Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li sabiex ġenitur/i japplika/w għal Skolasajf irid ikollhom email account?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni li timtela direttament minn fuq il-portal tal-FES tirrikjedi email. Min m’għandux email jista’ j¿ur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov u jingħataw l-assistenza dovuta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema online għall-applikazzjoni ta' Skolasajf tirrikkjedix li persuna jkollha tħallas mill-ewwel, ċjoè qabel ir-reġistrazzjoni? X'jiġri jekk il-ġenitur ma jistax iħallas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas isir mar-reġistrazzjoni. F’ka¿ li l-ġenitur ma jħallasx, jiġi notifikat permezz ta’ email li l-ħlas għadu pendenti. Dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu jistgħu jibbenefikaw minn sekma 9 jew BM40 liema skemi jeżentaw lill-ġenitri mill-ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel fi ħdan il-Ministeru huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ Skema 9.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-eleġibbiltà għall-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibbilta jinsabu hawn taħt;
1. Benefiċjarji tal-Fund for European Aid to the most Deprived (FEAD) li għandhom żewġt itfal jew aktar bejn it-3 u s-16-il sena
2. Familji ta’ tifel wieħed jew tifla waħda li jiddependu fuq benefiċċji mhux kontributorji
3. Familji b’żewġt itfal jew aktar li kull sena jaqilgħu paga minima nazzjonali jew inqas
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil iż-żmien ta' stennija biex ġenitur/i jkun/u infurmat/i jekk it-tfal tagħhom humiex eleġibbli jew le għall-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda stennija sabiex il-ġenituri jsiru jafu jekk it-tfal humiex eliġibbli jew le għall-Iskema 9.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9084 u 9371 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9083 u 9370 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2022 instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 kien hemm:
- Disa’ (9) missirijiet illi ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja dwar nuqqas ta' ħlas tal-manteniment
- Ħamsa u għoxrin (25) missirijiet li ngħataw libertà kondizzjonata fuq nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment
- Tlett (3) ommijiet li ngħataw libertà kondizzjonata fuq rifjut t’aċċess,
- Tnejn u tlettin (32) omm u mitejn u disgħa u ħamsin (259) missirijiet weħlu sentenza ta' twiddiba u ċanfira.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8417 u 9080 u jgħid kemm kien hemm social workers jaħdmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), sena b'sena, mis-sena 2012 sas-sena 2022? Għal kull sena jista’ jgħid:
a. kemm minn dawn il-professjonisti telqu mill-FSWS;
b. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu transfer fi ħdan l-istess fondazzjoni biex saru Terapisti jew Counsellors; u
ċ. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu kariga fil-Management fi ħdan l-FSWS?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn is-snin 2012 u s-sena 2022 kien hemm dawn is-Social Workers jaħdmu mal-FSWS:
Sena
Numru ta' Social Workers
2012
175
2013
181
2014
191
2015
201
2016
199
2017
192
2018
207
2019
255
2020
303
2021
308
2022
319
It-tweġibiet għall-partijiet l-oħra tal-mistoqsija tal-Onor. Interpellanta huma kif ġej:
a) in-numru ta’ professjonisti li telqu kien kif ġej:
Sena
Irriżenjaw
Irtiraw
Mietu
2012
5
0
0
2013
9
0
0
2014
3
0
0
2015
4
0
0
2016
9
0
0
2017
3
3
0
2018
3
2
1
2019
9
2
0
2020
3
0
1
2021
7
1
0
2022
17
1
0
b) In-numru ta’ professjonisti li ħadu transfer fi ħdan l-istess Fondazzjoni sabiex saru Terapisti jew Counsellors sena b’sena kien hekk:
Sena
Numru ta' Social Workers li saru Terapisti/Counsellors
2012
1
2013
0
2014
0
2015
0
2016
3
2017
1
2018
0
2019
0
2020
1
2021
1
2022
2
ċ) In-numru ta’ professjonisti li ħadu kariga fil-Management kien kif ġej:
Sena
Social Workers li ħadu kariga fil-Management
2012
1
2013
0
2014
0
2015
0
2016
1
2017
5
2018
5
2019
1
2020
5
2021
3
2022
1
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9081 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8418, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jispeċifika f'termini ta' numru u kategoriji l-kwalifiki li għandhom dawn is-Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) (ċjoè skont is-suġġett u/jew kategorija tal-kwalifika f'Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 120 Social Welfare Professionals li huma impjegati mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).
Dawn is-Social Welfare Professionals ma jagħmlux xogħol ta’ Social Workers. Fil-fatt, kif diġà weġibt fit-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Nru 2348 f’Settembru tas-sena l-oħra, “Is-Social Welfare Professional hu titlu, illi fl-FSWS jingħata lil dawk il-professjonisti illi huma ggradwati f’suġġetti umanistiċi illi għandhom it-taħriġ neċessarju sabiex jassistu lin-nies fuq diffikultajiet prattiċi. Filwaqt li Social Welfare Professional ma jistax jieħu inkarigu b’mod indipendew, jew jagħmel interventi li huma iktar intiżi sabiex jgħinu lil persuna tinbena għal bidla, dawn il-professjonisti jagħmlu ħafna xogħol siewi ta’ assessjar, verifiki, ġbir ta’ informazzjoni, assistenza prattika mal-klijenti, eċċ.”
Kif diġà spjegajt fit-tweġiba li qed nagħmel referenza għaliha, “n-nomenklatura ta’ Social Welfare Professional (SWP) mhix waħda li vvintata l-FSWS imma hija diċitura li qed tintuża wkoll barra minn Malta u dan minħabba li f’ pajjiżi barranin ukoll hemm nuqqas ta’ social workers u li, allura, qed jiġi indirizzat ukoll b’ dan il-mod.
Intant, il-kwalifiki ta’ dawn is-Social Welfare Professionals huma kif ġej:
Kwalifika
.
Numri ta' Impjegati
B.Psy (Hons); Master of Science in Addiction Studies
1
B.A (Hons) in Health and Social Care; MBA
1
B.A (Hons) in Sociology; Master of Arts in Psychology
1
B.A English and Philosophy; B.Psy (Hons)
1
B. Psy. (Hons); Masters in Gestalt Psychotherapy; B.Psy (Hons)
1
B. Sc (Hons) Home Economics (MELIT)
1
B.A Psychology and Italian
1
B.A (Hons) Criminology
4
B.A (Hons) in Maltese
1
B.A (Hons) in Social Policy
2
B.A (Hons) in Social Policy; Masters in Gender, Society and Culture
1
B.A (Hons) in Youth and Community Studies
6
B.A (Hons) Philosophy and Psychology; Higher Diploma in Psychology
1
B.A (Hons) Social Wellbeing
4
B.A English and Psychology
1
B.A in English & Psychology; Higher Diploma in Psychology
2
B.A in English and Psychology
1
B.A in Italian and Psychology; Higher Diploma in Psychology
1
B.A in Philosophy
1
B.A in Philosophy and Psychology
2
B.A in Philosophy and Psychology; Higher Diploma in Psychology
2
B.A in Psychology and Sociology
1
B.A Psychology and Communications & Masters in Forensic Psychology
1
B.A. in Health and Social Care (Management)
20
B.A. Psychology and Sociology
1
B.A. (Hons) Social Policy
2
B.A. Criminology
1
B.A. French; MA in Teaching and Learning
1
B.A. Italian & Psychology; Higher Diploma in Psychology
1
B.A. Majoring in Psychology
1
B.Psy & Theatre Studies
1
B.Psy (Hons)
42
B.Psy (Hons) & MS in Psicologia Scolastica
1
B.Psy (Hons); Post graduate Diploma in Systemic Family Therapy
1
B.Psy. (Hons); MSc Forensic Psychology
1
B.Psy. (Hons); MSc in Autisim Studies
1
BA English & Psychology; Higher Diploma in Psychology; MA in Management of Social Care Services
1
BA Sociology and Psy
1
Bachelor of Laws
1
Diploma in Social Studies Gender Development; MA Understanding Domestic & Sexual Violence
1
LL.B Hons (LAW)
1
M.A. Criminology
1
Master's in Spirituality
1
Postgraduate Diploma in Applied Systemic Family Therapy
1
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8634 u 9082 u jagħti klassifikazzjoni tas-servizzi li rrikorrew għalihom it-22,007 persuni li talbu l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa diġà ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-FSWS. Illlum l-FSWS qiegħdha tippubblika l-istatistika tagħha darbtejn fis-sena. Jiġifieri f’Marzu meta tippubblika r-rapporti tas-sena sħiħa preċedenti (Jannar – Diċembru) għal kull aġenzija u direttorat kif ukoll sommarju ta’ dawn ir-rapporti. F’Settembru mbagħad ikun ippubblikat ir-rapport tal-ewwel sitt xhur (Jannar – Ġunju) tas-sena kurrenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9083 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2022 instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9084 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8421 u jgħid x'tip ta' sentenza ngħatat għal kull każ li nstabu ħatja tfal taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 9078.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8417 u jgħid kemm kien hemm social workers jaħdmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Socjali (FSWS), sena b'sena, mis-sena 2012 sas-sena 2022? Għal kull sena jista’ jgħid:
a. kemm minn dawn il-professjonisti telqu mill-FSWS;
b. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu transfer fi ħdan l-istess fondazzjoni biex saru Terapisti jew Counsellors; u
ċ. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu kariga fil-Management fi ħdan l-FSWS?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8418, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jispeċifika f'termini ta' numru u kategoriji l-kwalifiki li għandhom dawn is-Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni (FSWS) (ċjoè skont is-suġġett u/jew kategorija tal-kwalifika f'Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8634 u jagħti klassifikazzjoni tas-servizzi li rrikorrew għalihom it-22,007 persuni li talbu l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2022 instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.