Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laboratorji tal-ittestjar tal-kannabis

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-laboratorji akkrediti magħżula mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) biex jittestjaw il-prodotti tal-kannabis li se jipproduċu l-assoċjazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull laboratorju li jilħaq ir-rekwiżiti maħruġa mill-Awtorità u li huma mniżżlin fid-Direttivi, jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-assoċjazzjonijiet. L-għażla tal-laboratorju se ssir mill-assoċjazzjonijiet stess fuq awtorizzazzjoni tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

Nuqqas ta' ħlas ta' manteniment — priġunerija

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9084, 9371 u 9712 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9130.

FSWS – Foundation Days fl-2022 – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa kull Foundation Day fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) li saret fl-2022? Jista’ jagħti break down tal-infiq ta' kull waħda minn dawn il-Foundation Days?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' infrastruttura għandha l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) biex tidentifika r-reati u l-abbużi tal-assoċjazzjonijiet li se jipproduċu l-kannabis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis bdiet tibni tim ta’ ‘Compliance and Enforcement’ li se jissorvelja l-operat tal-assoċjazzjonijiet permezz ta’ spezzjonijiet u monitoraġġ kontinwu. F’każ li jiġi identifikat abbuż, jiskatta minnufih proċess ta’ investigazzjoni formali mit-tim tal-ispettorat, l-Awtorità tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja filwaqt li l-individwi kkonċernati jiġu mressqa quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja jew il-Qorti Kriminali skont in-natura tal-każ konċernat. Il-multi amministrattivi huma indikati fit-tieni skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 628.01.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – sistema dwar il-ġbir tad-data u tracking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għandhiex sistema ċentralizzata tal-ġbir tad-data u tracking?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis diġà għandha sistemi kompjuterizzati sabiex iżżomm l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tassigura li l-kannabis tiġi kkunsmata b’mod responsabbli hekk kif provdut fil-liġi. Dan filwaqt li bħalissa għaddej proċess sabiex l-Awtorità toħroġ tender biex tiġi stabbilita sistema ċentralizzata bl-għan li kull assoċjazzjoni tiġbor l-informazzjoni bl-istess metodu sabiex tassigura li l-informazzjoni miġbura ma tvarjax minn assoċjazzjoni għal oħra.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – ħruġ ta’ liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fin-nuqqas ta' sistema ċentralizzata tal-ġbir tad-data u tracking fi ħdan l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) kif se jibdew jinħarġu l-liċenzji mingħajr sistema proprja ta' regolamentazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 10025.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – regolamentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) se tkun qed tassigura li l-ammont tajjeb ta' kannabis se jkun qiegħed jiġi kkultivat mill-assoċjazzjonijiet li jipproduċu l-kannabis? X'sistemi se jintużaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi waqt l-istadju tal-applikazzjoni, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis tevalwa l-metodi ta’ kultivazzjoni u t-tagħmir li se jintuża, in-numru ta’ pjanti li se jiġu kkultivati, id-durata ta’ kull ċiklu ta’ kultivazzjoni u d-domanda mistennija mill-membri, skont id-daqs tal-assoċjazzjoni. B’hekk l-Awtorità se tkun qed tassigura li jkun hemm proporzjon ekwu bejn in-numru ta’ pjanti kkultivati u d-domanda mistennija. Dan filwaqt li l-Awtorità se tkun qed twettaq spezzjonijiet u monitoraġġ regolari.

Korp tal-Pulizija – Taqsima tat-Traffiku – pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku (li huma attivi u mhux sospiżi) fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hija stess.

Korp tal-Pulizija – Taqsima tat-Traffiku – pulizija sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku sospiżi fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulzija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hija stess.

FSWS – konferenza f'għeluq il-25 sena — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

FSWS – break down tan-nefqa li saret fuq il-konferenza f'għeluq il-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down tan-nefqa kollha li saret fuq il-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

FSWS – konferenza bħala Foudnation Day

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm isiru konferenzi bħala Foundation Day fis-sena fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, mill-informazzjoni disponibbli u vverifikata internament jirriżulta li l-Foundation Day kienet issir darba fis-sena bejn is-snin 2004 – 2008, u twaqqfet fis-sena 2009. Matul dawk il-ħames (5) snin, din l-attività għall-impjegati kollha kienet issir ukoll fl-istess lukanda li fiha saret il-Foundation Day fis-17 ta’ Marzu, 2023.

Skema 9 – għażla ta’ benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal taħt l-Iskema 9 humiex intitolati għal ħaġa waħda biss minn dawn li ġejjin: i. kolazzjon; ii. stationery; jew iii. uniformi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-kollazzjon mhuwiex parti mill-Iskema 9, dan jiġi offrut permezz tal-breakfastclub lil dawk it-tfal kollha li jaslu l-iskola kmieni u jirregistraw ghal dan is-servizz. It-tfal kollha eliġibbli minn Skema 9 huma ntitolati għal stationery u għall uniformi. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li studenti eliġibbli għal Skema 9 jistgħu jgħażlu wkoll attivitajiet extra kurrikulari bejn FES Skolasajf, FES Klabb 3-16, SportMalta Summer jew Winter Programme.

Persuni li jibbenefikaw minn uniformi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk student li bbenefika minn uniformi, iridx jistenna sentejn oħra biex jerġa’ jibbenefika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti kollha li huma eliġibbli għal Skema 9 huma ntitolati għall-vawċer tal-uniformi kull sena.