Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10023 u jgħid kemm ġiet tiswa kull Foundation Day fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) li saret fl-2022? Jista’ jagħti break down tal-infiq ta' kull waħda minn dawn il-Foundation Days?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha kemm għal Interpellanza Nru 10023 u kemm għal din (Nru 10546) jinsab fid-dokument mehmuż.
PQ 10546
Foundation Day 1- 16/12/22
Foundation Day 2- 17/03/23
25th Anniversary- 28/04/23
Description
€
Description
€
Description
€
venue + catering
10,719.00
venue + catering
28,562.00
Police escort
488.09
motivational speaker
531.00
Transport
778.80
Audiovisual
3,292.20
Senator Matteo Renzi Fee
20,000.00
Marketing And Promotion
413.00
Venue, Catering, Accomodation for speakers
6,891.34
backdrop and printed stage
3,186.00
Travel
5,009.83
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta’ dijanjosi tal-HIV bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2022? Jista’ jgħid kemm minn dawn bħala persentaġġ kienu nisa, irġiel u/jew persuni non-binary?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li kellhom dijanjosi tal-HIV bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru kien ta’ 103 persuni. Kien hemm 93 raġel u 10 nisa. Ma kien hemm ħadd non-binary.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan hemm maħsub għas-sajf marbut mas-saħħa sesswali u faċilitajiet ta’ ttestjar tal-HIV u STIs oħra, peress li se jkun hemm numru ta’ parties b’folol kbar li qed jiġu organizzati f’Malta fix-xhur li ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jikkollabora ma’ bosta organizzazzjonijiet komunitarji. Hemm ukoll kollaborazzjoni attiva ma' applikazzjoni ta' dating online popolari. Membri li jinsabu ġeografikament f'Malta se jirċievu messaġġi pop-up ta' għarfien dwar is-saħħa sesswali malli jidħlu fl-app. Il-frekwenza tal-messaġġi se tkun qed tiżdied matul il-perjodu tal-Europride. Saru diversi laqgħat mal-organizzaturi tal-Europride (ARC) biex nippjanaw attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-Europride. Matul dawn l-outreaches u avvenimenti, se jitqassmu materjal informattiv bħal posters, flyers u kondoms.
Bi tħejjija għall-Europride u attivitajiet oħra li qed isiru fil-perjodu tas-sajf, f'Lulju qed tibda kampanja ta' għarfien dwar is-saħħa sesswali tas-Sajf. Din il-kampanja se tkompli fix-xhur ta’ wara l-Europride. Il-kampanja tal-midja soċjali se tinkludi:
a. Prevenzjoni ta' STI
b. HIV/AIDS
ċ. PrEP u PEP
d. Inklużività u Kunsens
e. Ittestjar u servizzi disponibbli
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hemmx pjan biex l-MPOX vaccine jingħata lill-gruppi li huma f’riskju akbar minħabba l-parties li se jiġu organizzati f'Malta fix-xhur li ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MPOX vaccine se tiġi offruta lil dawk il-persuni li huma pożittivi għall-HIV u se tibqa' tiġi offruta lill-kuntatti ta’ każijiet konfermati tal-MPOX.
Billi l-Psychiatric Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei ngħalqet minħabba l-COVID-19, u issa jidher li l-pandemija ġiet ikkontrollata, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Psychiatric Unit terġa' tinfetaħ?
Bord tal-Professjoni tas-Social Work – allegazzjoni
Question
Fid-dawl li fl-Aġġornament ta' nhar it-Tlieta, 20 ta' Ġunju 2023, il-Ministru għamel allegazzjoni serja ħafna fuq il-Bord tal-Professjoni tas-Social Work (SWP) meta qal “imma mbagħad il-bordijiet m’għandomx iservu ta' gatekeeping ta! Jew nagħmlu xi vendikazzjoni lil xi ħadd għax missierek ikun X u jkun Y, u naf x'jien ngħid, naf x'jien ngħid", jista’ l-Ministru:
a. jelabora fuq din l-allegazzjoni mingħajr ma jikxef l-identità ta' terzi persuni;
b. jgħid jekk kienx qed jallega li saret xi forma ta' diskriminazzjoni abbażi ta' parentela;
ċ. jgħid kif sar jaf b'din l-allegazzjoni;
d. jgħid meta sar dan l-allegat każ;
e. jgħid meta sar jaf b'dan l-allegat każ;
f. jekk saritx komunikazzjoni maċ-Chairperson tal-Bord tas-SWP f'dan ir-rigward u jekk iva, meta u kif; jekk le għaliex; u
g. jgħid jekk il-każ ġiex riżolt u jekk iva, kif; jekk le għaliex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi m'għandix aktar informazzjoni xi nżid ma’ dak illi għedt fil-Parlament.
Refuġjata kwalifikata li ma tistax taħdem ta’ infermiera
Question
Fid-dawl li refuġjata hi kwalifikata imma ma tistax taħdem ta' infermiera, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji u għaliex jeżistu dawn il-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu fis-settur pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Refuġjati li ma jistgħux jaħdmu bħala infermiera fis-servizz pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jinbidlu l-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu bħala infermiera fis-settur pubbliku b'ġustizzja lejn min hu refuġjat u fiċ-ċirkostanzi ta' nuqqas kbir ta' infermiera?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Refuġjata kwalifikata li ma tistax taħdem ta’ infermiera
Question
Fid-dawl li refuġjata hi kwalifikata imma ma tistax taħdem ta' infermiera, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji u għaliex jeżistu dawn il-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Refuġjati li ma jistgħux jaħdmu bħala infermiera fis-servizz pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbidlu l-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu bħala infermiera fis-settur pubbliku b'ġustizzja lejn min hu refuġjat u fiċ-ċirkostanzi ta' nuqqas kbir ta' infermiera?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10022 u jgħid kemm saru Foundation Days fis-sena 2022 fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-informazzjoni disponibbli u vverifikata internament jirriżulta li l-Foundation Day kienet issir darba fis-sena bejn is-snin 2004 – 2008, u twaqqfet fis-sena 2009.
Matul dawk il-ħames (5) snin, din l-attività għall-impjegati kollha kienet issir ukoll fl-istess lukanda li fiha saret il-Foundation Day fis-17 ta’ Marzu, 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10012 u jgħid kemm hawn educational psychologists disponibbli f'kull Kulleġġ ta' Skejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm educational psychologist għal kull kulleġġ megħjun/a minn numru ta’ psychology practitioners u psychology assistants.
FSWS — Breakdown tan-nefqa li saret fuq il-konferenza f'għeluq il-25 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10020 u jagħti break down tan-nefqa kollha li saret fuq il-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10019 u jgħid kemm ġiet tiswa l-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tfal fil-lista ta' stennija għal Educational Psychologist
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 u jgħid kemm ilhom jistennew it-tfal li l-iktar ilhom fil-lista ta' stennija għal educational psychologist?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess minn meta jsir referral sakemm jinħareġ ir-rapport psikoloġiku ma jdumax aktar minn sena.
Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma allokata biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work ma' studenti prospettivi fis-snin 2021, 2022 u 2023 rispettivament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.