Servizz għal persuni bi problema ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm biex ikun hemm team 24/7 magħmul minn persuni mħarrġa li joħorġu jintervjenu fuq il-post meta jkun hemm persuna, li ma jkunux għadha taħt Treatment Order jew Community Treatment Order, li tkun ta’ periklu għaliha nnifisha jew għal ħaddiehor minħabba problema ta' saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Crisis Resolution Home Treatment huwa offrut lil pazjenti adulti, li mhux qed jiġu segwiti minn tim komunitarju tas-saħħa mentali u li jkunu fi kriżi tas-saħħa mentali iżda ma jeħtiġux dħul psikjatriku. Pazjenti li jkunu f’din il-kriżi jistgħu jagħmlu użu mis-Servizz ta’ Emerġenza Psikjatrika f’Mater Dei, li hu offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa. It-tabib psikjatriku jirreferi l-pazjent għas-servizzi psikjatriċi lit-Tim Crisis Resolution Home Treatment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789, fejn saret referenza għall-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kriterji jridu jilħqu l-persuni biex jagħmlu użu minn dan is-servizz? Jista’ jgħid jekk il-pazjent iridx ikun diġà taħt kura psikjatrika biex jagħmel użu minn dan is-servizz? Persuna li tkun għadha ma tużax is-servizzi ta’ saħħa mentali u tkun qiegħda fi kriżi, tista' tagħmel użu mill-Crisis Resolution Home Treatment? Jekk iva, kif?
Taħriġ lill-pulizija dwar każijiet ta' persuni li jkunu ta’ periklu għalihom nnifishom jew għal ħaddieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jirċievu l-pulizija biex ikunu jistgħu jintervjenu minnufih f'każ fejn persuna tkun ta’ periklu għaliha jew għal ħaddieħor minħabba problemi ta' saħħa mentali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija huwa konxju mill-bżonn, illi membri fi ħdanu jingħataw taħriġ biex ikunu kapaċi jindirizzaw u jintervjenu, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu individwi, li jista’ jkollhom problemi ta' saħħa mentali. Permezz tat-Taqsima ta’ Taħriġ u Żvilupp tal-Korp, l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u bl-assistenza ta’ professjonisti f’dan il-qasam, hemm varjetà ta’ taħriġ li jingħata fuq dan is-suġġett, li jkopri rekluti qabel jibdew id-doveri tagħhom, kif ukoll uffiċjali tal-pulizija li jkunu diġà jservu fil-korp, pulizija ta’ riserva, u ċjoè dak imsejjaħ ‘in-service training’. Partikolarment, esperti mir-Richmond Foundation u mis-SEDQA, jipprovdu tagħlim dwar kwistjonijiet marbuta ma’ saħħa mentali, bi skop li fost kwalitajiet oħra, l-istess tagħlim irendi tkabbir ta’ għarfien u abilitajet necessarji waqt li l-uffiċjali jkunu ikkonfrontati u jridu jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet. L-istess taħriġ jingħata wkoll lill-uffiċjali li jkunu ġew promossi fi grad ta’ surġent jew spettur tal-Pulizija. Taħriġ addizzjonali dwar ħiliet u prattiċi importanti oħra, jingħataw ukoll lill-uffiċjali stazzjonati fit-taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika, li jiggwidawhom biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet. Dan barra mit-taħriġ dwar l-abilitajiet neċessarji f’dan ir-rigward, li jingħata lill-uffiċjali li jservu fit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità waqt il-korsijiet ta’ induzzjoni, qabel ma dawn imorru f’din it-taqsima. Ma’ dan hemm ukoll is-sessjoni ta’ taħriġ organizzat mill-Employee Support Programme, lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku inkluż rekluti tal-Pulizija fuq temi ta’ dan is-suġġett, li jingħata wkoll mill-Aġenziji msemmija aktar 'il quddiem. It-taħriġ fil-korp ser ikompli u diġà hemm pjani għal aktar taħriġ fiż-żmien li ġej, li jkopri kull fattur ta’ riskju ta’ saħħa mentali, sabiex waqt li l-komunità inġenerali tkun tista’ tingħata servizz aħjar, jiġi mħares ukoll kull riskju illi l-uffiċjali tal-Pulizija jistgħu jiżviluppaw, sussegwenti għal l-esperjenzi stressanti li jħabbtu wiċċhom magħhom f’dawn il-każijiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm swali ġewwa l-Isptar Mount Carmel? Kemm minn dawn is-swali huma magħluqa u mhux qed jintużaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġewwa l-Isptar Mount Carmel hemm:
17-il sala li bħalissa qed jintużaw;
4 swali li qed jiġu ristrutturati;
3 swali li jinsabu fl-istadju tad-disinn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel bħalissa? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti huma taħt treatment order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mount Carmel bħalissa hemm 271 pazjent. 50 minnhom qiegħdin fuq Treatment Order.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10019 u 10421 u jgħid kemm ġiet tiswa l-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10546.
Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10455 u jgħid kemm kienet is-somma allokata biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work ma' studenti prospettivi fis-snin 2021, 2022 u 2023 rispettivament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Dawn iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari bin-numru 10898 u 10899 qed jiġu mwieġba flimkien għax huma marbutin ma’ xulxin peress li jittrattaw l-istess suġġett, kif ser jiġi spejgat f’ din it-tweġiba konġunta.
Nibda biex ngħid li l-obbligu tal-FSWS mhuwiex li jippromuovi xi professjoni partikolari imma li l-FSWS iżżid u ttejjeb is-servizzi tagħha.
Il-promozzjoni biex studenti prospettivi jidħlu jistudjaw f’ xi kors universitarju partikolari kienet minn dejjem il-mansjoni tal-Fakultà għall-Benessri tas-Soċjetà (Faculty for Social Well-Being – SWB). Minn żmien għal żmien din il-Fakultà talbet lill-FSWS għal għajnuna finanzjarja sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Din l-għajnuna hija elenkata fit-tabella mehmu¿a ma’ din it-tweġiba.
Rigward it-tieni mistoqsija, jiġifieri Nru. 10899, wieħed irid jara kif ¿viluppa dan il-kuntest b’ riferenza partikolari għall-professjoni tas-social work. Dan billi l-FSWS appellat għal diversi drabi biex ma jsirx biss marketing ġeneriku imma marketing speċifiku immirat lejn studenti tas-sekondarja. Saru u qed isiru laqgħat dwar dan mal-Fakultà bil-għan li s-sena dieħla ssir inizjattiva f’ dan il-livell. Sa issa ma hemmx budget speċifiku għal dan imma la l-FSWS, la dan il-Ministeru u lanqas il-Gvern, mhuma se jonqsu milli jagħtu l-impenn tagħhom f’ dan ir-rigward. Fil-fatt, l-aħbar riċenti li l-kors tas-social work se jkun wieħed minn dawk li jikkwalifika għal stipendju għola minn korsijiet oħra ta' studju, huwa xhieda tanġibbli ta' kif dan il-Gvern ma jixxaħħaħx ma' din il-professjoni.
Għotjiet lill-Fakultàgħall-Benesseri tas-Soċjetà
Biex tkun promossa l-professjoni tal-Ħidma Soċjali (
Social Work
)
Data
Ammont
Dean's Award
2017
150
Unity Magazine
18/07/2017
800.01
Dean Award Sponsorship
01/03/2019
500
Unity Magazine
01/08/2019
800
Unity Magazine
01/10/2022
300
UOM Video (
Promotion for Masters in Social Work Management
)
08/07/2022
354
Dean Award Sponsorship
01/02/2023
500
Two Billboards Social Wellbeing
20/02/2023
1500
Unity Magazine
01/08/2023
4500
Total
€9404.01
Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10456 u jgħid kemm se tkun is-somma allokata biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work ma' studenti prospettivi fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 10898.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5287, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'sar mill-pjan għal sptar mentali temporanju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nħareġ tender f’April 2023, tlestiet l-evalwazzjoni u ġie ppubblikat ir-riżultat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5287, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm tender ġdid għal sptar temporanju tas-saħħa mentali? X'sar mill-proċess tal-evalwazzjoni għal dan it-tender?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789, fejn id-Deputat Prim Ministru jirreferi għal lista twila ta' servizzi fil-komunità, peress li l-ebda wieħed minn dawn is-servizzi ma jinkludi short-term in-patient care bl-istess mod li kienet toffri l-Psychiatric Unit, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa’ tinfetaħ din il-Psychiatric Unit? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex ġaladarba bosta persuni kienu jippreferu jagħmlu użu minn dan is-servizz ġewwa l-Isptar Mater Dei b'mod volontarju milli jmorru l-Isptar Mount Carmel?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Ġustizzja – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
FSWS — Breakdown tan-nefqa li saret fuq il-konferenza f'għeluq il-25 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10020 u 10420 u jagħti break down tan-nefqa kollha li saret fuq il-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10546.