Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu tal-Malti minn tobba, infermiera u carers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-lingwa tal-Malti hix wieħed mill-prerekwiżiti biex tobba, infermiera u carers minn pajjiżi barranin ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-pazjenti f’servizzi tas-saħħa offruti fis-Settur Pubbliku permezz ta’ kuntrattur privat? Jekk iva, x’inhu l-livell li qed jingħata? Jekk le, x’obbligu qed jintefa’ fuq il-kuntratturi biex il-ħaddiema tagħhom jiġu inċentivati jagħmlu dan il-kors tal-ilsien Malti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11187.

Monument bħala tifkira ta’ Jean Paul Sofia

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex ikun hemm monument għal Jean Paul Sofia li jkun iddedikat għall-vittmi kollha tal-kostruzzjoni, u simbolu kontra r-regħba u l-egoiżmu li teqred ħajjet in-nies?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-familja ta’ Jean Paul Sofia kienet esprimiet ix-xewqa li fuq is-sit tal-inċident isir ġnien. Il-Gvern huwa miftuħ għal din l-idea.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni kull sena mill-2012 sal-2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika uffiċjali miġbura f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea tirreferi għal korrimenti u mwiet u mhux għal inċidenti. Għaldaqstant waqt li l-OHSA tiġbor statistika dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol, statistika dwar korrimenti tista’ tinkiseb mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-okkorenzi joħorġu mit-talbiet għal ħlas ta’ benefiċċju taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni minn Jannar sa Awwissu tal-2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika uffiċjali miġbura f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea tirreferi għal korrimenti u mwiet u mhux għal inċidenti. Għaldaqstant waqt li l-OHSA tiġbor statistika dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol, statistika dwar korrimenti tista’ tinkiseb mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-okkorenzi joħorġu mit-talbiet għal ħlas ta’ benefiċċju taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Pjan għal persuni li minħabba problema ta’ droga huma homeless

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jindirizza l-bżonnijiet ta' persuni li minħabba problema ta’ droga, jispiċċaw homeless?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill Ministeru kkonċernat.

Pjan għal persuni li minħabba problema ta’ droga huma homeless

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jindirizza l-bżonnijiet ta' persuni li minħabba problema ta’ droga jispiċċaw homeless?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li għamlu użu mill-helpline 1579

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni kkuntattjaw il-Helpline 1579, f'kull xahar minn mindu ġie mniedi f’Novembru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-Mental Health Helpline ħa 7,252 telefonati mindu ġie mniedi f’Novembru 2022. lt-tabella t'hawn taħt turi l-informazzjoni mitluba. Novembru 2022 331 Diċembru 2022 580 Jannar 2023 495 Frar 2023 433 Marzu 2023 666 April 2023 608 Mejju 2023 630 Ġunju 2023 612 Lulju 2023 706 Awwissu 2023 690 Settembru 2023 739 Ottubru 2023 762

Shelters għal persuni bi problema ta’ droga

Question

Peress li bħalissa shelters għall-persuni homeless ma jaċċettawx persuni li jkunu qed jużaw id-droga u peress li x-shelters tal-emerġenza jaċċettaw persuni għal ftit ġranet biss, jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern għandux pjan li joffri xi tip ta' akkomodazzjoni b'sapport għal persuni li għandhom problema tad-droga kif ukoll homeless (qed nirreferi għal persuni li ma jkunux għadhom lesti li jagħmlu programm ta' rijabilitazzjoni u ħafna drabi jispiċċaw barra t-triq, jittallbu)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Ministeru għandu numru ta’ Public Social Partnerships ma’ għadd ta’ NGOs li joffru servizz lil dawk il-persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom. L-NGOs li qed issir referenza għalihom huma: 1. Dar Patri Leopoldu 2. Dar Tereża Spinelli (Dar Patri Leopoldu u Dar Tereża Spinelli t-tnejn immexxija mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem tal-Patrijiet Kappuċċini) 3. Il-YMCA Communal Home 4. Dar Nikki Cassar (YMCA Communal Home u Dar Nikki Cassar it-tnejn immexxija mill-NGO YMCA Valletta) 5. Dar Emmaus (Dar Emmaus hija immexxija mill-Fondazzjoni Kenn u Tama ġewwa Għawdex) u 6. Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores (Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores huma immexxija minn Fondazzjoni Dar il-Hena li hija inizjattiva bejn ażjenda privata, CARITAS Malta u dan il-Ministru). Matul din is-sena dawn l-entitajiet qed jirċievu bejniethom total ta’ € 1,998,580 bħala ħlas dirett mill-Ministeru għas-servizz li jagħtu. Dawn id-djar kollha għandhom regola, fost regoli oħrajn, li ma jaċċettawx persuni li jkollhom “problema ta’ droga”. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mhuwiex l-każ li dawn in-nies jispiċċaw barra t-triq u dan għal żewġ raġunijiet; L-ewwel nett, id-djar ta’ Fondazzjoni Dar il-Hena jaċċettaw nies li jkunu qed jirċievu trattament għall-problema tagħhom u jkunu stabbli fl-imġieba tagħhom għax ikunu qed isegwu t-trattament indikat lilhom. It-tieni nett, ninsab infurmat li sa issa dawk il-persuni li ma jaqgħux f’din il-kategorija, jiġifieri li għandhom problema ta’ droga, iżda ma huma jieħdu l-ebda trattament, qegħdin jagħmlu referral għall-Isptar Monte Carmeli fejn qed jiġu aċċettati minħabba kundizzjonijiet oħra ta’ saħħa mentali. Għaldaqstant mhux korrett li wieħed jgħid li dawn l-persuni qed jispiċċaw barra jittallbu, anki għaliex huma jikkwalifikaw wkoll għal ċerti benefiċċji soċjali. Il-problema tkun li jista’ jagħti l-każ li l-benefiċċiji li huma ntitolati għalihom ma jiġux utilizzati bl-aħjar mod mill-benefiċċjarji.

Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel – infermiera minn pajjiżi barra mill-UE

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera minn pajjiżi minn barra mill-UE, "third country nationals", li huma reġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel bejn Awwissu 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi n-numru ta’ infermiera minn pajjiżi barra mill-UE li ġew irreġistrati fid-data mitluba minnha huwa dak ta' 64.

Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel – infermiera minn pajjiżi barra mill-UE

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera li ġejjin minn pajjiżi barra mill-UE u li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel bejn Awwissu 2023, maqsuma pajjiż pajjiż, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of Non EU nurses registered from August 23 to 7th September 23 Indian Pakistani Colombian 60 3 1

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – ilmenti riċevuti fl-2022

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq xiex kienu l-ilmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fl-2022? Kemm minn dawn ġew riżolti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn 48 ilment fl-2022 ġew riżolti 40. L-ilmenti kienu varji u kienu jinkludu: ilmenti dwar ikel fl-isptar, side effects ta’ mediċini, trattament ta impjegati fuq il-post tax-xogħol minħabba problema psikjatrika, talbiet sabiex jinbidel il-konsulent mediku u oħrajn.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – ilmenti riċevuti fl-2023

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq xiex kienu l-ilmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fl-2023? Kemm minn dawn ġew riżolti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 46 ilment fl-2023 s’issa ġew riżolti 39.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – involuntary admissions jew treatment orders mhux ġustifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali deherlu li involuntary admissions jew treatment orders ma kinux ġustifikati fl-2022 u fl-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali deherlu li fl-2022, 5 involuntary admissions minn total ta’ 751 ma kinux ġustifikati u fl-2023, 2 involuntary admissions minn total ta’ 579 ma kinux ġustifikati.

Sptar Mount Carmel – Seclusion room

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntużat is-seclusion room ġewwa l-Isptar Mount Carmel għal kull xahar bejn Jannar u Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tikkjarifika xi trid tfisser b’seclusion room.

Sptar Mount Carmel – pazjenti b’issues soċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Mount Carmel purament minħabba issues soċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi numru ta’ pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel, waqt li fiequ minn kundizzjoni psikjatrika akuta, għandhom problemi soċjali inkluż ta’abbuż tad-droga li xorta għad għandhom ħtieġa ta’ appoġġ.

Sptar Mount Carmel – pazjenti bi problema ta’ droga jew homeless

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel għandhom problema ta’ droga u huma homeless?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 17-il pazjent ġewwa l-Isptar Mount Carmel li għandhom problema ta’ droga u li huma homeless.

Community Treatment Order – infermiera li jagħmlu monitoraġġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera tal-Outreach li jagħmlu monitoraġġ tal-pazjenti taħt Community Treatment Orders (CTOs)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 26 infermier li jagħmlu xogħol ta' monitoraġġ tal-pazjenti taħt Community Treatment Order.

Kliniċi tas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandna kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità f'Malta u f'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’Malta għandna 7 kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità. Waqt li f’Għawdex hemm is-Psychiatric Out-patients li jinsab ġewwa Gozo General Hospital għal-pazjenti fil-komunità.

Kliniċi tas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema lokalitajiet hemm kliniċi tas-saħħa mentali u x'catchment area għandhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kliniċi tas-saħħa mentali hemm skont l-informazzjoni hawn taħt: Zone 1: South Catchment Area: (Klinika tas-saħħa mentali f’Raħal il-Ġdid (Paola) Paola – Birżebbuġia – Fgura – Għaxaq – Gudja – Marsaxlokk – Sta. Luċija – Tarxien – Żejtun – Mqabba – Żurrieq – Qrendi – Kirkop – Luqa (Klinika tas-saħħa mentali f’Bormla (Cospicua) Birgu – Bormla – Kalkara – Isla (Senglea) – Marsaskala – Żabbar - Xagħra Zone 2: Central Catchment Area: (Klinika tas-saħħa mentali fil-Furjana) B’Kara – Fleur De Lys – Floriana – G’Mangia – Ħal Far – Ħamrun – Marsa – Pietà – Safi – Sta. Venera – Gżira – Ta’ Paris - St. Julians Zone 3: North Catchment Area: (Klinika tas-saħħa mentali fl-Mtarfa): Attard – Baħrija – Balzan – Bidnija – Binġemma – Buskett – Ċirkewwa – Dingli, Il-Fiddien – Għadira – Għajn Tuffieħa – Lija – High Ridge – Iklin – Imtaħleb, Kunċizzjoni, Limbordin – Magħtab – Manikata – Mdina – Mtarfa – Rabat – Salina – San Pawl tat-Tarġa – Selmun – Ta’ Qali – Wardija – Żebbiegħ (Klinika tas-saħħa mentali f’Ħal-Qormi): Qormi – Siġġiewi – Żebbuġ – Baħar iċ-Ċagħak – Ibraġġ – Kappara – Msida – Paceville – Pembroke – San Ġwann – Sliema – St. Andrews – St. Julians – Swatar – Swieqi – Ta’ Giorni – Ta’ Xbiex – The Village (Klinika tas-saħħa mentali fil-Mosta): Mosta – Naxxar – Madliena – Mellieħa – Għarghur – Mġarr – Mselliet (Klinika tas-saħħa mentali fil-Qawra): Qawra – Buġibba – St. Paul’s Bay – Burmarrad – Xemxija

Kliniċi fil-komunità — pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm issegwi pazjenti fil-komunità kull klinika ta-saħħa mentali? Jista’ jgħid jekk tabib (GP) jistax jirreferi persuni direttament għal servizz ta’ psikologu mingħajr ma jirreferi għal psikjatra f’dawn il-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità, peress li ssib persuni li jkunu lesti li jmorru għand psikologu imma ma jkunux lesti li jmorru għand psikjatra u ma jkunux iridu mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tabib tal-familja jista' jirreferi persuni direttament għas-servizz ta’ psikologu mingħajr ma jirreferi għal psikjatra. Kull klinika tas-saħħa mentali ssegwi numru ta’ pazjenti fil-lokalitajiet rispettivi kif spjegat fis-segwenti: Furjana: 2951 Paola: 1428 Qormi: 2703 Cospicua: 1021 Mtarfa: 1826 Mosta: 212 Qawra: 149