Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri sistemiċi qed jittieħdu sabiex abbużi fl-għoti tal-Allowance tad-Diżabiltà Severa, ma jerġgħux iseħħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi ghall-istqarrija numru 231326 tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2015 - Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2015 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2015 kien ta’ 2,812 bi spiża ta’ €14.1m
Tajjeb jingħad illi matul dawn l-għaxar snin il-Gvern introduċa diversi riformi għall-persuni b’diżabilità, b’waħda minn tal-bidu tkun l-infurzar ta’ liġi li kienet ilha fis-seħħ 50 sena illi min iħaddem irid jingaġġa mill-anqas 2 fil-mija tal-ħaddiema tiegħu persuni b’diżabilità. Dan xpruna lill-Gvern sabiex fl-2015 jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), sabiex persuni li jgawdu mill-Assistenza għal Diżabilità Severa (dak iż-żmien kienet għadha tissejjaħ pensjoni) ma jitnaqqsilhom xejn mill-benefiċċju jekk ikunu qed jaħdmu, ikun xi jkun is-salarju tagħhom
Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2017 - Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2017 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2017 kien ta’ 3,275 bi spiża ta’ €16.9m.
Wara li fl-2015 ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), fl-2017 bis-saħħa ta’riforma oħra ntrodotta ġew emendati wkoll anomaliji fl-istess liġi, bħal per eżempju illi persuna trid bilfors ikollha ż-żewġ dirgħajn jew iż-żewġ riġlejn b’malfunzjoni sabiex tibbenefika mill-assistenza.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10365 dwar ir-rata per capita ta' educational psychologists f'kull Kulleġġ ta' skejjel, jista' l-Ministru jipprovdi n-numru (ratio) ta’ kemm kien hemm educational psychologists per capita f’kull kulleġġ fis-sena skolastika 2022–2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ educational psychologists tinħadem skont in-neċessità ta’ kull kulleġġ u mhux per capita.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10364 u 10365, jista’ l-Ministru jgħid u jiċċara x’inhi n-neċessità jew l-esiġenza ta’ kull kulleġġ li fuqha tinħadem ir-rata ta’ kemm għandu jkun hemm educational psychologists f’kull kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din tinħadem skont kemm tfal jiġu riferuti minn kull kulleġġ.
Skejjel — lista ta' stennija għal assessjar minn Educational Psychologists
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10016 u 10363, fejn il-Ministru qal li hemm 263 tfal jistennew għal assessment minn educational psychologist u li l-istennija ma ddumx aktar minn sena, jista’ l-Ministru jagħtina x-xahar u s-sena ta’ meta sar kull referral li hemm pendenti bħalissa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dakinhar ‘l hawn l-ammont ta’ tfal jistennew għal assessment minn educational psychologist niżel għal 206. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalita b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Skejjel – lista ta’ stennija għal assessjar minn Educational Psychologists
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10364 u 10365, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu biex il-lista ta’ 263 tifel u tifla li qed jistennew għal assessment minn educational psychologist tiġi eliminata minnufih?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li ser jiżdiedu n-numru ta psychology practitioners, is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel qed jaħdem biex japplika metodi stabiliti fil-qasam tal-psikoloġija ta’ assessjar u interventi varji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dawn il-metodi huma wkoll evidence-based.
Looked After Children Service — Każijiet f’Lujlu 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) f’Lulju 2023? Kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker? Kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kif weġibt f’għadd ta’ tweġibiet għal interpellanzi oħra lil diversi membri ta’ din il-Kamra, hija proċedura stabbilita tal-FSWS għal numru ta’ snin minħabba raġunijiet marbuta mal-validità u l-integrità tal-istatistika u data li tinġabar minnha, l-istatistika tal-istess Fondazzjoni tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena.
Jiġifieri, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u li, għaldaqstant, tkun ippubblikata bejn Awwissu u Settembru tas-sena kurrenti waqt li għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-istatistika tkun ippubblikata bejn April u Mejju tas-sena ta’ wara.
Għaldaqstant, mhux possibbli li dan it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta jingħata f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Lulju 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kif weġibt f’għadd ta’ tweġibiet għal interpellanzi oħra lil diversi membri ta’ din il-Kamra, hija proċedura stabbilita tal-FSWS għal numru ta’ snin minħabba raġunijiet marbuta mal-validità u l-integrità tal-istatistika u data li tinġabar minnha, l-istatistika tal-istess Fondazzjoni tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena. Jiġifieri, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u li, għaldaqstant, tkun ippubblikata bejn Awwissu u Settembru tas-sena kurrenti waqt li għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-istatistika tkun ippubblikata bejn April u Mejju tas-sena ta’ wara.
Għaldaqstant, mhux possibbli li dan it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta jingħata f’dan l-istadju.
Looked After Children Service – social welfare professionals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-caseload tas-social welfare professionals fil-Looked After Children Service (LAC) f’Lulju 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kif weġibt f’għadd ta’ tweġibiet għal interpellanzi oħra lil diversi membri ta’ din il-Kamra, hija proċedura stabbilita tal-FSWS għal numru ta’ snin minħabba raġunijiet marbuta mal-validità u l-integrità tal-istatistika u data li tinġabar minnha, l-istatistika tal-istess Fondazzjoni tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena. Jiġifieri, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u li, għaldaqstant, tkun ippubblikata bejn Awwissu u Settembru tas-sena kurrenti waqt li għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-istatistika tkun ippubblikata bejn April u Mejju tas-sena ta’ wara.
Għaldaqstant, mhux possibbli li dan it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta jingħata f’dan l-istadju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4916, fejn intqal li minn mindu tnieda l-Masters fis-Social Work (MSW) fl-2018, 36 student bdew, u wħud komplew, dan il-kors, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti kienu impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) meta bdew il-kors tal-MSW?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat minnha f’din il-mistoqsija parlamentari kien hemm żewġ (2) impjegati li għamlu l-kors imsemmi u baqgħu impjegati magħna, waqt li l-FSWS ingaġġat ukoll żewġ (2) impjegati oħra li għandhom il-kwalifika tal-MSW.
Minbarra dawn l-erba’ (4) impjegati bil-kwalifika tal-MSW, għandi pjaċir ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellanta li preżentament hemm seba’ (7) impjegati li qed isegwu dan il-kors li jwassal għall-grad akkademiku ta’ Master in Social Work (MSW). Dan huwa riżultat tal-impenn tal-management tal-FSWS li jippubbliċiżża dan il-kors ta’ studju fost l-impjegati meta jkun se jiftaħ u anki li jagħmel l-arranġamenti mal-impjegati konċernati ħalli jkunu jistgħu jattendu għall-kors.
Irid ikun iċċarat li waqt li l-FSWS tagħmel dak kollu possibli biex tħeġġeġ lill-impjegati japplikaw kemm għal dan il-kors u kemm għal korsijiet oħra ta’ studju, id-deċiżjoni aħħarija tibqa’ tal-individwu. Fil-kuntest partikolari ta’ dan il-Masters in Social Work irid jingħad ukoll li kemm jiġu aċċettati studenti u min jiġi aċċettat huwa għal kollox f’idejn id-Dipartiment tal-Ħidma Soċjali u Politika Soċjali fi ħdan il-Fakultà għall-Benesseri tas-Soċjetà tal-Università ta’ Malta.
Peress li qed jiġi rrapportat li immigranti ekonomiċi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea qed jiġu sfruttati anke minn aġenti lokali, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx min huma dawn l-aġenti? Jekk iva, se jittieħdu passi kontrihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull meta aġenzija Identità tirċievi rapport sostanzjat dwar allegat abbuż, isiru l-verifiki meħtieġa u tittieħed l-azzjoni neċessarja, fil-maġġor parti bl-involviment tal-awtoritajiet pertinenti li taħt il-mandat tagħhom taqa’ l-allegazzjoni rrappurtata, bħall-Pulizija, DIER u Jobsplus.
Identity Malta – passi kontra l-isfruttament ta’ immigranti ekonomiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti u sistematiċi qed jittieħdu, anke permezz ta’ Identity Malta, biex twaqqaf li immigranti ekonomiċi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jiġu sfruttati, anke minn aġenti lokali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ir-responsabbiltajiet tal-aġenzija Identità fid-dawl tal-immigranti ekonomiċi huma li tirregola l-Proċedura ta’ Applikazzjoni Waħda għal Permess Uniku fir-Rigward ta’ Residenza u Xogħol u Ġabra Komuni ta’ Drittijiet għal dawk il-Ħaddiema ta’ Pajjiżi Terzi li jirrisjedu Legalment f’Malta. Ir-rwol prinċipali tal-Aġenzija Identità huwa li tevalwa applikazzjonijiet sottomessi għandha, u dawn jgħaddu għal skrutinju ieħor minn entitajiet pertinenti oħra. L-aġenzija tagħmel ukoll monitoraġġ b'mod attiv fuq id-data sottomessa għal attività dubjuża fuq ix-xejriet tal-impjieg ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u ssegwi billi tirrapporta ksur ikkonfermat lill-awtoritajiet responsabbli, wara li tkun għamlet il-kontrolli meħtieġa nklużi laqgħat diretti ma' min iħaddem li jidher li qed jiksru l-liġi.
Bħala parti mid-dmirijiet ta’ konformità tagħha, l-Aġenzija Identità twettaq spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol u anke f’postijiet ta’ residenza, f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra.