Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Lulju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Awwissu 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Parental Alienation — Kumitat ta’ Esperti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-kumitat ta’ esperti biex jindirizza l-parental alienation, li ġie mwaqqaf minnu u mill-Ministru tal-Ġustizzja fl-2021?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat ta’ esperti biex jindirizza l-parental alienation, li ġie mwaqqaf mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet ta’ Tfal u mill-Ministru għall-Ġustizzja, fl-2021 lesta t-terminu tiegħu u minfloku nħatar kumitat ieħor fejn hemm rappreżentanti miż-żewġ Ministeri.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Ġunju 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Lulju 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Awwissu 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Jannar 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, fi Frar 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Marzu 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Separazzjoni tal-Iskart — Ċitazzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal nuqqas ta' separazzjoni tal-iskart kif suppost, xahar b'xahar, minn April 2023 f’kull lokalitá minn mindu saret legalment obbligatorja li jiġi sseparat l-iskart (14 t’April 2023), sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari jew sa Settembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Avviż Legali 36 relatat ma’ l-infurzar dwar separazzjoni tal-iskart ġie ppublikat fl-14 ta’ Frar 2023 u sar effettiiv fl-14 ta’ April 2023. L-Onor. Membru konxju, illi fl-ewwel sitt xhur minn meta dan l-Avviż Legali sar effettiv, kien hemm kampanja edukattiva u għalhekk ma nħarġux taħrikiet f’dan il-perjodu.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters fi Frar 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Marzu 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’April 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet fuq Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Mejju 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2020 - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2020 u kemm kienet l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2020* kien ta’ 3,400 bi spiża ta’ €19.6m. *Pagament dovut fil-bidu ta’ Jannar 2021 kien antiċipat fl-aħħar ta’ Diċembru 2020.

Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2021 - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2021 u kemm kienet l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2021 kien ta’ 3,702 bi spiża ta’ €19.4m. Hawn wieħed irid isemmi li mill-2021 ‘il quddiem tfal li jkunu qed jirċievu l-Allowance għal Tfal b’Diżabilità malli jagħlqu is-16-il sena bdew jinqalbu awtomatikament fuq l-Assistenza għal Diżabilità Severa. Ta’ min isemmi li fl-istess żmien ġiet introdotta wkoll għall-ewwel darba l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, li jgawdu minnha dawk il-persuni b’diżabilità li ma’ jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol minħabba d-diżabilità severa tagħhom.

Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2022 - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2022 u kemm kienet l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2022 kien ta’ 3,930 bi spiża ta’ €21.9m. Wara l-emenda ta’ 2015 fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), riforma ta 2017 u dik il-miżura ta 2021, il-Gvern ma’ waqafx hemm u fl-2022 elimina għal kollox it-test tal-mezzi f’dawn l-assistenzi sabiex aktar persuni b’diżabilità jkunu eliġibbli. Mela huwa importanti li wieħed jevalwa wkoll iż-żieda fin-numri u fl-ispiża li kien hemm fl-aħħar snin f’dan il-kuntest kollu.

Assistenza għal Diżabiltà Severa — Spiża fl-2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa sa Awwissu tal-2023 u kemm kienet l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2023* kien ta’ 3,980 bi spiża ta’ €14.6m. * Sa Awwissu 2023