Legislature:
Category:
Reset
Active:

Adozzjonijiet – Diskussjonijiet ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pajjiżi li għaddejjin diskussjonijiet magħhom biex ikunu jistgħu jiġu adottati tfal minnhom, inkluż minn koppji tal-istess sess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Adozzjonijiet – Tfal li kienu taħt kura alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu taħt kura alternattiva u li ġew adottati minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Studju dwar it-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10669 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar studju li sar dwar it-trasport pubbliku mill-Ministeru u/jew Transport Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13417.

Santa Venera — Konservatorju Vinċenzo Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Konservatorju Vinċenzo Bugeja f'Santa Venera hux ser jagħlaq il-bibien tiegħu fil-futur qarib? Jekk iva, x'ser isir mis-servizzi residenzjali li jospitaw u jassistu adolexxenti vulnerabbli u fejn ser imorru dawn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm għal din il-binja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MCC – Nefqa fuq Attività

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-użu tas-sala ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) fl-attività li informazzjoni dwarha qed tingħata separatament u li waslet fi tmiemha fit-8 t’Ottubru 2023? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-fatturi u l-irċevuti relatati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Każi ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9283 u 10849, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru suwiċidji minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11788.

Każi ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9283 u 10849, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru suwiċidji mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari f'termini ta' ġeneru u jekk il-persuna hijiex ta' nazzjonalità Maltija jew le? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi numru statistikament sinifikanti bejn Maltin, immigranti jew turisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda trend statistikament sinifikanti fin-numru tas-suwiċidji mis-sena 2013 sal-2022 fil-Maltin, Residenti Barranin jew turisti. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Residenti f'Malta Turisti Sena Nazzjonalità Maltija Nazzjonalità mhux Maltija Turisti 2013 19 3 5 2014 28 4 4 2015 29 5 4 2016 20 4 3 2017 21 4 1 2018 19 4 3 2019 18 3 1 2020 16 6 0 2021 32 3 2 2022 21 5 3

Każi ta’ suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena u skont il-ġeneru u l-età?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi każijiet fejn Attempted Suicide ġie rreġistrat bħala discharge diagnosis jidhru fit-tabella hawn taħt: Females Males Age Group Age Group Year <25 25-44 45-64 >65 F total <25 25-44 45-64 >65 M Total Grand Total 2018 45 42 28 7 122 27 40 17 9 93 215 2019 41 23 35 5 104 21 46 16 12 95 199 2020 40 44 36 9 129 42 41 22 10 115 244 2021 38 42 19 6 105 28 44 28 9 109 214 2022 23 28 11 4 66 20 26 14 3 63 129 2023 (Jan-July) 18 20 7 3 48 4 17 5 2 28 76

Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm il siegħa ta’ qtugħ ta’ provvista tal-elettriku kien hemm f’Lulju, Awwissu u Settembru, tal-2023 f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u tgħid ukoll kemm minn dawn kienu skedati għall-manutenzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interepellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Enemalta — Investiment għal provvista aħjar tal-elettriku

Question

Fid-dawl li fl-4 t’Awwissu 2022 ġie rrapurtat li l-Enemalta għamlet 15-il miljun investiment fis-sena għal provvista aħjar tal-elettriku, tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tal-15-il miljun investiment fl-aħħar sena biex ikun hemm provvista tad-dawl mingħajr interruzzjoni? Tista’ l-Ministru tqiegħed d-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta’ kif sar l-investiment fl-aħħar sentejn mill-Enemalta biex tissaħħaħ is-sistema li twassal il-provvista tal-elettriku lill-klijenti f’Malta u Għawdex. Dan l-investiment li ammonta għal total ta’ €31,434,374 kien jinkludi upgrading taċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni, tqegħid ta’ kilometri ta’ cables ta’ vultaġġi differenti, l-installazzjoni ta’ linji ġodda f’diversi lokalitajiet, substations ġodda, l-immodernizzar u l-awtomatizzazzjoni ta’ ħafna substations eżistenti fost xogħlijiet oħrajn.

Remunerazzjoni lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'konsulenzi jew ħatriet okkupa l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kienu dawn il-konsulenzi u l-ħatriet u kemm jitħallas għal kull konsulenza u ħatra? Jista’ jgħid ukoll x'konsulenzi jew ħatriet kien għadu qed jokkupa f'Awwissu 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li qed tagħmel referenza għaliha ma ngħatat ebda konsulenza jew ħatra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet fi ħdanu fil-perjodu li qed tirreferi għalih.

Prostituzzjoni u tlajjar — piena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10762, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid kemm kienet il-piena ta’ priġunerija għal nisa li nstabu ħatja ta’ prostituzzjoni u tlajjar rispettivament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett.

Statistika dwar kategorija tal-ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10679 u jagħti statistika tal-kategoriji tal-ilmenti li saru fl-2022 u fl-2023?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-maġġoranza tad-domandi u lmenti li jirċievi l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jistgħu jiġu kategorizzati kif ġej: •⁠ ⁠Mistoqsijiet rigward “grants”; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti rigward il-liċenzji tas-sewqan; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti rigward it-trasport pubbliku; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti rigward road-markings u sinjali tat-traffiku; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti rigward irmiġġi fil baħar; •⁠ ⁠Ilmenti rigward vetturi abbandunati kif ukoll vetturi pparkjati b’mod irregolari; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti relatati mal-‘Y-plates’; •⁠ ⁠Domandi u lmenti rigward parkeġġi riservati; •⁠ ⁠Mistoqsijiet u lmenti rigward xogħlijiet fit-toroq kif ukoll permessi tal-istess xogħlijiet.

Karozzi tal-Linja – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10667 u jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienu involuti karozza tal-linja minn Jannar sa Ġunju 2023?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur tat-trasport pubbliku rrapporta li ħames mija u disgħa u għoxrin (529) inċident li seħħew bejn il-karozza tal-linja u xi vettura oħra (wieħed jirrimarka li l-maġġoranza ta’ dawn kienu inċident minuri bħal “bumper to bumper”), kien hemm mitejn u erbgħa u għoxrin (224) inċident fejn il-karozza tal-linja laqtet xi oġġett, tliet (3) inċidenti li fihom kienu involuti xi persuni, kif ukoll mija u sitt (106) inċidenti li ma kinux ikklassifikati (miscellaneous).

TCNs — Infermiera f’karigi fi skala 1 sa 7

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) f’kull skala minn 1 sa 7, f’Settembru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il infermiera minn pajjiżi terzi, li okkupaw karigi fi skali 1 sa 7, f’ Settembru 2023.

TCNs — Inizjattivi li jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi, miżuri jew programmi li jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi (TCN), organizza l-Ministeru għas-Saħħa mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru diversi inizjattivi biex jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi (TCN). Il-Ministeru għas-Saħħa ħoloq kors mal-Entita’ tal Jobsplus imsemmi Embracing Diversity. Dan ser jkun offrut lil kull impjegat barranni ġdid fuq pratiċi lokali, użanzi, kif ukoll informazzjoni prattika li jkollu bżonn kull impjegat li jgħix hawn Malta. F’din l-aħħar sena, inħoloq working group fil-Ministeru għas-Saħħa fejn impjegati barranin qegħdin fuq dan il-grupp ma membri tal-Management u membri oħrajn f’dan il-qasam biex jiġu b’idejat fejn jistaw jinħolqu inizzjattivi biex jkun hemm iżjed miżuri biex itejbu kif wieħed jista’ jaddatta għal-ambjent tax-xoghol. Ċertu professjonijiet ukoll jipprovdu sistema fejn impjegat barrani jingħaqad ma’ impjegat lokali, biex jgħinu jaddatta għal-ambjent tax-xogħol li jsib ruħu ġo fih.

TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm u liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses għall-infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) biex ikunu jistgħu jirreġistraw bħala infermiera f’Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm jiswa u kemm idum dan il-kors?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hawn tlett (istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses għall-infermiera minn pajjiżi terzi (TCN). Dawn huma, MCAST, IDEA Academy u UoM. It-tul tal-course huwa kif indikat hawn taħt. MCAST –Tul tal-kors – 6 months F/T IDEA Academy– Tul tal-kors – 8 months F/T UoM –Tul tal-kors – 1 semester F/T

Taħriġ għal ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi tip ta’ programm li ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, fosthom tobba u infermiera, jagħmlu wara li jkunu tbiegħdu mill-prattika tal-professjoni tagħhom għal ħafna snin? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji tal-programm u min hu eleġibbli għalih? Jekk le, jara xi tip ta’ riskji minn professjonisti li jkunu ilhom is-snin ’il bogħod mill-prattika tal-professjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, fosthom tobba u infermiera, humiex obbligati li jagħmlu xi tip ta’ taħriġ ta’ Continuing Professional Development (CPD) kull sena? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji? Jekk le, jista’ jgħid kif qed jinċentiva taħriġ regolari u speċjalizzat mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba, infermiera u ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa li jirritornaw wara assenza, normalment jiġu integrati mill-ġdid fil-prattika permezz ta’ sistema informali ta’ superviżjoni u mentoring biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent. Tobba u infermiera kif ukoll professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa huma mħeġġa li jkomplu bl-edukazzjoni medika kontinwa, b’fondi annwali li huma marbuta ma’ edukazzjoni u żvilupp kontinwu. Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa huma appoġġjati b’fondi kif ukoll leave ta’ studju mħallas u mhux imħallas għal taħriġ u żvilupp ta’ wara l-lawrja kemm f’Malta kif ukoll okkażjonalment barra. In-Nursing Services Directorate jisponsorja programm bl-isem ta’ Clinical Skills Update (NUR1505) għal dawk l-infermiera li jerġgħu jiġu re-instated fis-settur pubbliku. Dan il-programm huwa taħt ir-responsabilità tal-Università tà Malta u jiġi offrut kull sena lill-infermiera kollha, fosthom lil dawn l-infermiera li jkunu tbiegħdu mill-prattika għal ħafna snin. Għalkemm mhux b’mod obbligatorju, it-Taqsima tal-Infection Control ġewwa Mater Dei tenfasizza lill-infermiera u qwiebel kollha li jsegwu korsijiet online indikati hawn taħt: Hand Hygiene Course Aseptic Non-Touch Technique Course L-infermiera u qwiebel huma obbligati li jagħmlu dawn is-CPD programmes kif imsemmi hawn taħt: Basic Life Support (għall-infermiera u qwiebel kollha). Intravenous Infusion Course (għall-infermiera u qwiebel kollha). Moving & Handling (għall-infermiera u qwiebel kollha). De-Escalation Programme (għall-infermiera tal-Mental Health Services). Award in Induction Training (għall-infermiera li jiġu trasferiti ġewwa l-ITU). 700 siegħa tà training lill-iScrub Nurses u lill-Anaesthetic Nurses li jkunu bdew jaħdmu ġewwa l-operating theatres. Breast Feeding Course (għall-qwiebel u l-infermiera kollha ġewwa l-NPICU). Induction Training Course (Theoretical & Practice) għall-infermiera u l-qwiebel li jiġu trasferiti ġewwa l-NPICU. Neonatal Life Support (għall-infermiera u l-qwiebel tal-NPICU). Paediatric Basic Life Support (għall-infermiera u l-qwiebel tal-NPICU). Infermiera li jaħdmu fit-taqsima tal-Emerġenza għandhom numru tà korsijiet li jridu jsegwu fosthom: Induction Programme (għall-infermiera fl-ewwel livell) Basic Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell) Paediatric Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell) Intermediate Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell) Triage Course (għall-infermiera fl-ewwel livell) Pre-Hospital Drugs Course (għall-infermiera fl-ewwel livell) Ambulance Control Room Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Updated BLS Course in Adults and Paediatrics (għall-infermiera fl-ewwel, fit-tieni u t-tielet livell) Advanced Life Support (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Spinal Immobilisation (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Rapid Response Vehicle Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Port-a-Cath course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Sepsis Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Stroke Pathway Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Plaster Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell) Intraosseous Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)

Università ta’ Malta – Studenti TCNs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eleġibbiltà biex studenti minn pajjiżi terzi (TCN) ikunu eżentati milli jħallsu l-miżati għal studenti internazzjonali għall-korsijiet fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex studenti minn pajjiżi terzi jkunu eżentati milli jħallsu l-miżati għall-korisjiet tal-Università ta’ Malta, jiddependi mill-istatus ta’ residenza tal-istess studenti. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ Meninġite

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni bil-meninġite minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu li talbet hi kien hemm 17-il każ ta’ Meninġite.