Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vjolenza domestika – Aggressuri ordnati biex joħorġu mir-residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fl-2026 fejn l-aggressur ġie ordnat joħroġ mir-residenza fejn kien hemm ukoll is-survivor? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew evalwati każijiet ta’ vjolenza domestika f’kull DV Hub bejn l-2024 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi fil-preżenti l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika daqshekk dettaljata u għaldaqstant mhux f’posizzjoni li tipprovdi dak rikjest.

FSWS - STOP! the Violence & Abuse Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta‘ vjolenza domestika fejn l-aggressur ġie ordnat jagħmel il-programm ‘STOP! the Violence & Abuse Service’ mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Vjolenza domestika – Każijiet assenjati lill-maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' vjolenza domestika assenjati għal kull maġistrat bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tlett maġistrati li bejnithom hemm assenjati total ta’ 1,509 sommarji u 247 kumpilazzjonijiet.

Servizzi tas-saħħa mentali – Pazjenti – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li użaw is-servizzi tas-saħħa mentali fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema servizzi tas-saħħa mentali qed tirreferi.

Vjolenza domestika – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni f’każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nisa li bħalissa qegħdin taħt ordni ta‘ protezzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Vjolenza domestika – Tipi ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ vjolenza domestika li kienu rrapurtati matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu jinvolvu abbuż fiżiku, emozzjonali jew sesswali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kellhom iktar minn tip wieħed ta’ abbuż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx din it-tipta’ statistika.

Vjolenza domestika – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ kawżi li jinkludu kawżi sommarji u kumpilazzjonijiet 2021 110 2022 124 2023 184 2024 425 2025 541 2026 222 sat-13 ta’ Lulju, 2026 Total 1606

Gender Clinic – Pazjenti – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mill-Gender Clinic fl-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2025, il-Gender Wellbeing Clinic kellha total ta’ 104 referenzi ġodda, li jwasslu t-total ta’ referenzi għal 611 minn mindu fetħet il-klinika f’Novembru 2018.

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet fiċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li attendew korsijiet fiċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta fis-sena akkademika 2025/6 huwa ta’ 263 student.

L-Università ta’ Malta – Ranking internazzjonali – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed tieħu l-Università ta’ Malta biex ittejjeb ir-ranking internazzjonali tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Università ta’ Malta tejbet ir-ranking tagħha hu hi impenjata li tkompli ttejjeb ir-ranking tagħha kemm reġjonalment kif ukoll globalment. Ninsab infurmat li għal dan il-għan il-kumitat għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità stabbilixxa grupp ta’ ħidma ddedikat sabiex jiżgura il-kwalità, konsistenza u akkuratezza tad-data li tiġi sottomessa lill-aġenziji tar-rankings. L-għan ta’ dan il-grupp huwa li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni li tiġi pprovduta lill-aġenziji tar-rankings, għall-benefiċċju tal-integrità u r-reputazzjoni tal-UM f’dawn ir-rankings internazzjonali. Apparti dan, peress li l-pubblikazzjonijiet indiċizzati u ċ-ċitazzjonijiet (citations) għandhom  l-ikbar impatt meta kkumparati ma’ indikaturi oħra, il-Kumitat għal-Assigurazzjoni tal-Kwalità qiegħed jilħaq ukoll numru ta’ Fakultajiet, Istituti, Ċentri u Skejjel fi ħdan l-Università bl-użu ta’ preżentazzjonijiet, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Librerija.   L-għan ta’ dan kollu huwa li jiżdied l-għarfien dwar dawn ir-rankings u l-importanza tal-pubblikazzjonijiet indiċizzati.

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet taċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta li huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-età medja tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt; Maskil Femminil Ġeneru ieħor 125 137 1

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li kkwalifikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li kkwalifikaw miċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta, minn mindu twaqqaf l-istitut, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti kienu mature students?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mit-twaqqif taċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta' Malta mis-sena akkademika 2014/2015, total ta' 3,145 student irnexxielhom ilestu b'suċċess taqsima ta' studju, kif muri fit-Tabella 1. Minnhom, 61 student irnexxielhom jilħqu l-livell ta' Ċertifikat, Diploma jew Degree, kif muri fit-Tabella 2. Ta' min ifakkar li dan il-programm huwa orjentat lejn studenti li, minħabba raġunijiet varji, qatt ma kellhom l-opportunità jsegwu kors fil-livell terzjarju jew inkella jeħtieġu flessibbiltà sabiex jistudjaw. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-istudenti huma maturi. Tabella 1 Sena Akkademika Total 2014/5 187 2015/6 351 2016/7 267 2017/8 352 2018/9 370 2019/0 247 2020/1 196 2021/2 262 2022/3 293 2023/4 297 2024/5 323 Tabella 2 - Sena Akkademika Total 2015/6 7 2016/7 10 2017/8 7 2018/9 9 Nov 2020 3 Nov 2021 / Mar 2022 6 Nov 2022 / Mar 2023 5 Nov 2023 / Mar 2024 6 Nov 2024 / Mar 2025 4 Nov 2025 / Mar 2026 4 Total 61

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet offruti bħalissa miċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul din is-sena akkademika ġew offruti 22 kors miċ-Ċentru msemmi, fl-Università ta’ Malta.

MCAST – Korsijiet tal-MG2i – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet tal-MG2i fl-MCAST li huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-età medja tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-iktar tagħrif riċenti juri dan li ġej. F’livell wieħed hemm 100 student. Dan il-livell ikopri diversi suġġetti, fosthom Ingliż bażiku bħala lingwa barranija, u diversi korsijiet ta’ livell wieħed f’diversi lingwi bħal Ġermaniż, Taljan, Spanjol u Franċiż, kif ukoll korsijiet fil-kultura u t-tpinġija. F’livell tnejn hemm 155 student, fejn hawn wieħed isib korsijiet fil-lingwi f’livell ogħla, kif ukoll korsijiet fil-hairdressing, kura tas-siġar, żamma tan-naħal u welding fost suġġetti oħra. F’livell tlieta wieħed isib firxa wiesgħa ta’ korsijiet u għalihom hemm 808 studenti. Fost il-korsijiet f’dan il-livell hemm il-fotografija, installazzjoni tal-elettriku, korsijiet marbuta ma’ arti u disinn, IT u media, biċċerija u arti perfomattiva. F’livell erba’ hemm 315-il student f’suġġetti bħal bioloġija, kimika u fiżika, book-keeping u rapportaġġ finanzjarju, forensika diġitali, edukazzjoni inklussiva, prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet, il-manifattura ta’ ġojjellerija, is-sistemi ta’ enerġija rinovabbli u l-installazzjoni tagħhom, u welding f’livell ogħla fost oħrajn. F’livell ħamsa mbagħad hemm 222 student, bil-korsijiet f’dan il-livell huma marbuta ma’ diversi suġġetti fosthom uħud li diġa’ semmejt bħal l-edukazzjoni inklussiva imma f’livell ogħla minn dak li diġa’ rreferejt għalihom u suġġetti oħra bħar-riżorsi umani, project managment, quantity surveying, public speaking, manifattura b’teknoloġija għolja, is-saħħa u s-sigurtà fost oħrajn. F’livell sitta hemm 31 student bil-korsijiet huma dawk ta’ Bachelor of Arts (Honours) in Inclusive Education - TOP UP, Bachelor of Arts (Honours) in Procurement and Finance u Bachelor of Science (Honours) in Software Development. F’livell sebgħa mbagħad hemm diversi korsijiet f’livell ta’ Masters li għalihom jattendu 128 student. Fost suġġetti koperti hemm ir-riċerka, l-intelliġenzja artifiċjali, l-Business Administration, MBA, Areospace Engineering, Applied Environmental Science, it-teknoloġija tal-informatika u x-xjenza sportiva fost oħrajn. F’livell tmienja mbagħad hemm 26 persuna jagħmlu Professional Research Doctorate (DRes) on the Competitive Behaviour of Small Organizations. Dan ifisser total ta’ 2,421 studenti li minnhom 1,464 student ta’ sess maskili, 955 student ta’ sess femminili, u żewġ studenti ta’ ġeneru ieħor.