Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – Allowances tal-ETS

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, li l-kumpanija qed taħdem ma’ konsulenti legali Maltin, Brittaniċi u Svizzeri biex tirkupra allowances nieqsa li kienu nnegozjati taħt is-Sistema Ewropea tal-Kummerċ ta’ Emissjonijiet (ETS) permezz ta’ intermedjarju Svizzeru, u fid-dawl tal-fatt li f’Awwissu lil Enemalta rriżultalha li madwar €60 miljun f’ċertifikati tal-karbonju ma setgħux jinstabu, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni sħiħa dwar l-intermedjarju Svizzeru involut f’dawn it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari, tista’ l-Ministru tipprovdi: i.    L-identità sħiħa tal-intermedjarju Svizzeru, inkluż l-indirizz legali u l-istruttura korporattiva tiegħu li turi min huma l-Beneficial Owners; ii.    Kopji tal-ftehimiet, kuntratti, jew arranġamenti li bihom Enemalta kienet qed tikkummerċjalizza l-allowances tal-ETS permezz tiegħu; iii.    Kronoloġija dettaljata tat-tranżazzjonijiet kollha tal-ETS magħmulin permezz tal-intermedjarju; iv.    Kopji jew sommarji tad-due diligence u l-verifiki regolatorji li saru qabel ma sar l-ingaġġ tal-intermedjarju; v.    Rekords tal-komunikazzjonijiet bejn Enemalta u l-intermedjarju, inklużi emails u minuti ta’ laqgħat; u vi.    Dettalji dwar il-passi legali li qegħdin jittieħdu biex jiġu rkuprati l-allowances nieqsa u dwar il-livell ta’ kooperazzjoni li Enemalta jew il-Gvern irċevew mingħand dan l-intermedjarju Svizzeru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Enemalta, fuq parir tal-avukati u l-konsulenti tagħha, qed timxi fit-termini tal-ftehim viġenti bejn iż-żewg partijiet sabiex il-parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmi ftehim. F’dawn iċ-ċirkostanzi, f'dan l-istadju kkunsidrati l-obbligi kuntrattwali tal-Enemalta skont l-imsemmi ftehim, kif ukoll l-interessi kummerċjali tal-Enemalta fiċ-ċirkustanzi u l-proċessi kuntrattwali li qed tadopera, mhux fl-aħjar interess tal-Enemalta jew tal-azzjonisti tagħha li t-taghrif u d-dokumenti li qed jintalbu jinġiebu fid-dominju pubbliku. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li kif għidt diġá f’dan il-Kamra, dwar is-suġġett tkellimt ukoll mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija fejn infurmajtu bid-disponibbiltà tat-tmexxija tal-Enemalta għal komunikazzjoni diretta f’każ li jħoss il-ħtieġa.

KM Malta Air - Rapporti finanzjarji awditjati u management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti finanzjarji awditjati tal-KM Malta Air mill-bidu sa tmiem is-sena 2024? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts għall-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 32480.

Ċittadini mhux Maltin – Karozzi rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTCA - Ksur ta’ data

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32202 u jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom?  Jista’ jgħid ukoll: i.    x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data; ii.    x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati; iii.    x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur; iv.    peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u v.    jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31866 u 32168 u jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31863 u 32143 u jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283.

Ħal Farruġ – Proġett – Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31860 u 32142 u jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onoreveli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

MTCA - Ksur ta’ data

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom?  Jista’ jgħid ukoll: x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data; x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati; x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur; peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31866 u jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31863 u jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31860 u jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.