Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-faċilitajiet sportivi kollha li jinsabu fi skejjel tal-Gvern, maqsuma skont il-kulleġġ u l-iskola rispettiva u għal kull skola, jindika:
i. x’tip ta’ faċilitajiet sportivi hemm (grawnds, gyms, courts, pixxini, tracks, eċċ.);
ii. is-sena li fiha nbnew jew saru l-aħħar xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew tisbiħ sostanzjali; u
iii. l-kundizzjoni attwali tagħhom?
Għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi - Fondi allokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi allokati mill-Gvern, minn SportMalta jew minn kwalunkwe entità pubblika oħra lill-għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista dettaljata ta’ kull għaqda, federazzjoni, assoċjazzjoni jew klabb sportiv li rċieva finanzjament matul dawn is-snin, filwaqt li għal kull wieħed jindika:
a. l-isem tal-entità;
b. l-ammont mogħti;
ċ. id-data tal-ħlas;
d. l-iskema jew il-programm li taħtu ngħata l-finanzjament; u
e. l-iskop li għalih ingħata l-finanzjament?
Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk kienx hemm applikazzjonijiet għal finanzjament li ġew miċħuda jew approvati biss parzjalment matul l-istess perjodu u, jekk iva, jippreżenta lista tagħhom flimkien mar-raġunijiet għaliex ma ġewx approvati fl-intier tagħhom;
ii. xi kriterji jintużaw sabiex jiġu evalwati u approvati dawn l-applikazzjonijiet għal finanzjament; u
iii. kemm kien l-ammont totali allokat għall-finanzjament tal-għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi għal kull waħda mis-snin imsemmija?
Ħal Kirkop - Kulleġġ San Benedittu - Faċilitajiet sportivi
Question
B’referenza għall-faċilitajiet sportivi fil-Kulleġġ San Benedittu, fil-Kumpless ta’ Ħal Kirkop, li skont diversi rapporti ilhom snin jistennew manutenzjoni u investiment, jista’ l-Ministru jgħid:
i. jekk inħariġx tender sabiex isiru dawn ix-xogħlijiet u li għalaq fis-6 ta’ Marzu 2026;
ii. għaliex, erba’ xhur wara l-għeluq tat-tender, ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx;
iii. f’liema stadju jinsab il-proċess ta’ evalwazzjoni u għoti tat-tender;
iv. meta huwa mistenni li jingħata t-tender, jiġu ffirmati l-kuntratti meħtieġa u jibdew ix-xogħlijiet fuq il-post;
v. x’inhuma x-xogħlijiet li ser isiru u x’inhu l-valur finanzjarju tal-proġett;
vi. kemm-il offerta ġiet sottomessa għal dan it-tender u kemm minnhom instabu konformi mar-rekwiżiti tat-tender;
vii. kemm studenti, atleti, coaches u membri tal-komunità huma mistennija jibbenefikaw minn dan il-proġett; u
viii. x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm aktar dewmien u li dawn il-faċilitajiet jingħataw l-investiment meħtieġ fl-iqsar żmien possibbli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tender CT2006/2026 għal xogħolijiet fil-faċilitajiet sportivi ta’ Ħal Kirkop ġie ppubblikat fit-2 ta’ Frar 2026. Infurmat li wara li kien hemm oġġezzjoni pre-kontrattwali mressqa fil-25 ta’ Frar 2026, li sussegwentementkienet irtirata minn min għamilha fl-14 ta’ Mejju2026, il-perjodu ta’ pubblikazzjoni ġie estiż sat-23 ta’ Lulju 2026, kif jidher fuq etenders.gov.mt.
Il-proġett jinkludi synthetic rubber flooring, synthetic turf flooring, fencing u sistema ta’ floodlights għall-pitch tat-turf.
Il-faċilitajiet se jintużaw mill-istudenti matul il-ħintal-iskola, filwaqt li SportMalta se tużahomfilgħaxija, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċigħall-programm Let's Move Malta, attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet sportivi, avvenimenti sportivi u bħala korsa tal-ġiri għall-komunità.
Infurmat li l-entità li ħarġet it-tender qed issegwi l-proċedurikollha tax-xiri pubbliku u dawk kuntrattwali u legali sabiex il-proġett jitwettaq skont it-termini tal-kuntratt.
Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35767 u jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Persuni li twieldu qabel l-1962 – Aġġustamenti tal-pensjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35766 u jgħid meta se jitħallas l-aġġustament tal-pensjoni għal dawk li twieldu qabel l-1962?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi permezz tal-Budget 2024 ddaħħlu żewġ miżuri sabiex jindirizzaw żewġ anomaliji maħluqa bir-riforma fil-pensjonijiet tal-2006.
L-ewwel miżura permezz ta’ emenda li ddaħlet fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali fl-2024 stess, kienet illi l-pensjonanti twieldu meta twieldu, għandhom jiżdiedu ta’ kull sena b’dak l-ammont li jkun jikkorrispondi għal sebgħin fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali kif pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mwaqqaf bis-saħħa tal-artikolu 9 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta għas-sena kalendarja ta’qabel miżjuda bi tletin fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni kif pubblikata mill-imsemmi Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena kalendarja ta’ qabel.
Dan qabel kien japplika biss għall-pensjonanti li twieldu mill-1962 ‘il quddiem.
It-tieni miżura li wkoll bdiet titħaddem mill-2024 tirrigwarda proċess gradwali li fi tmiemu se jkun hemm Dħul Pensjonabbli Massimu wieħed għall-pensjonanti kollha, twieldu meta twieldu. B’dan il-mod dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u lis-salarju kurrenti tagħhom li kieku għadhom jaħdmu jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu tagħhom, bdew jirċievu żieda addizzjonali fil-pensjoni tagħhom li dvarja skont is-salarju. Dan seħħ fis-snin 2024 u 2025, fejn il-pensjonanti kollha eliġibbli rċevew ż-żidiet li ħaqqhom.
Il-proċess fuq iż-żidiet lil din il-kategorija ta’ pensjonanti ħaqqha għal din is-sena beda fi Frar u se jkun intemm sal-aħħar ta’ Mejju 2026.
Ta’ min jgħid lid-divarju maħluq fl-2006 fid-Dħul Pensjonabbli Massimu bejn il-pensjonanti li twieldu qabel u wara l-1962, permezz ta’ din il-miżura fl-aħħar 3 snin tnaqqas minn €6,407 għal €3,584, waqt lid-Dħul Pensjonabbli Massimu ta’ dawk imwielda qabel l-1962 żdied b’€5,076 fis-sena.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – Użu mhux awtorizzat ta’ indirizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħareġ numru tas-sigurtà soċjali lil persuna mhux awtorizzata li tuża l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll min se jinżamm responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u x’passi se jittieħdu biex l-użu mhux awtorizzat ta’ dan l-indirizz residenzjali jitwaqqaf immedjatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji sħaħ tal-ftehimiet kollha li ntlaħqu mal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana taħt l-Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, Att 30 tal-2025, l-Abbozz ta’ Liġi Nru 142, inkluż:
• in-numru ta’ ftehimiet li ntlaħqu;
• l-ammont oriġinali tat-taxxa dovuta qabel kwalunkwe aġġustament;
• l-ammont finali mħallas wara l-ftehim;
• l-ammont u r-rata tal-penali jew imgħax applikati;
• it-termini ta’ ħlas mogħtija (inkluż perjodu u skeda ta’ ħlas); u
• u jekk kienx hemm każijiet fejn parti mill-ammont dovut ġiet imħassra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal‑15 ta’ April 2026, b’kollox ġew konklużi 11‑il ftehim, li jkopru 16‑il taxpayer distint u li jinkludu kemm kumpaniji kif ukoll individwi. Permezz ta’ dawn il‑ftehimiet, iż‑żieda fit‑taxxa totali ammontat għal
€34,230,949
, flimkien ma’ dawn ġew imposti multi addizzjonali oħra ta’
€3,044,161
.
Mill‑11‑il ftehim konkluż:
· 7 ġew imħallsa kompletament;
· 2 ingħataw terminu ta’ sitt (6) xhur;
· 1 ingħata terminu ta’ disa’ (9) xhur; u
· 1 huwa suġġett għal programm strutturat ta’ ħlas li jestendi fuq perjodu ta’ tnax‑il (12) sena.
Ir‑rata tal‑multi addizzjonali mposti hi stabbilita skont l‑Iskeda (Regola 3) tal‑Avviż Legali 177 tal‑2025, riprodott hawn taħt:
SCHEDULE
(rule 3)
Endangered Tax (€)
Endangered Tax (€)
Progressive Rate (%)
Up to 1,500,000
15.0
1,500,001
2,500,00
20.0
2,500,001
4,000,000 and over
25.0
Each rate applies only to the portion of the amount falling within its respective bracket
L‑ebda ammont ta’ taxxa jew multi addizzjonali imposti skont l‑Att XXX tal‑2025 ma ġiet imnaqqsa. Madankollu, fejn taxpayers kienu eliġibbli, ingħataw remissjoni parzjali ta’ multi amministrattivi u ta’ imgħax skont il-policies fis-seħħ.
Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33962, u ċjoè: Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jintużaw il-pilastri tal-iċċarġjar li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO, li waqqfet l-operat tagħha f’Settembru 2022, u li minnhom hawn aktar minn 400 pilastru?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi aġġornament dwar il-proġett pilota biex jirregola l-kirjiet għal żmien qasir (Short term lets) fil-Belt Valletta u s-Swieqi?
Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jintużaw il-pilastri tal-iċċarġjar li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO, li waqqfet l-operat tagħha f’Settembru 2022, u li minnhom hawn aktar minn 400 pilastru?
Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhumiex qed jintużaw il-pilastri tal-iċċarġjar li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO, li waqqfet l-operat tagħha f’Settembru 2022, u li minnhom hawn aktar minn 400 pilastru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-pilastri tal-iċċarġjar li kienu tal-kumpanija GOTO jammontaw għal 69 u mhux “aktar minn 400 pilastru”, kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Ninformah li l-Climate Action Authority ħadmet ma’ Transport Malta biex il-pilastri li kienu mmexxijin mill-GoTo jgħaddu għandha, biex wara li jsiru t-tiswijiet u l-kordinamenti meħtieġa, jkunu jistgħu jintużaw. Dawn il-pilastri, għaddew għand il-Climate Action Authority f’Jannar. L-Awtorità issa se tibda l-preparamenti meħtieġa biex dawn il-pilastri jkunu jistgħu jibdew jintużaw.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32445 u 32719 u jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sal-2024, il-medja tal-persentaġġ ta’ ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom, kien ilaħħaq il-11.38% tal-karozzi reġistrati. Tajjeb li ninfurmah ukoll li dak il-persentaġġ jinkludi kemm ċittadini tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll Third-Country Nationals.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32710 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu San Ġwann li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
San Ġwann
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
69
Pensjonijiet Kontributorji
Total
2,200
Pensjoni tar-Romol
Total
465
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
67
Total
2,801
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32709 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Pietà li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Il-Pieta
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
32
Pensjonijiet tal-Irtirar
Total
662
Pensjoni tar-Romol
Total
151
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
15
Total
860
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32708 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu s-Swatar li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-benefiċċjarji li joqghodu s-Swatar huma mniżżlin fl-istatistika li ngħatat għal Imsida. Dan peress li s-Swatar mhux lokalita’ per se imma jagħmel parti mill-Imsida jew Birkirkara.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32707 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Imsida li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
L-Imsida
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
55
Pensjonijiet tal-Irtirar
Total
1,249
Pensjoni tar-Romol
Total
280
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
30
Total
1,614