Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtrat u kemm swiet is-sistema l-ġdida tat-Telaixo li biha l-ħaddiema tal-PBS jippanċjaw b'mod elettroniku in u out, u jekk inġabrux quotes qabel intgħażlet din is-sistema? Jista jgħid ukoll mingħand min inġabru dawn il-quotes?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PBS imxiet mal-proċeduri tal-procurement stabbiliti sabiex inxtrat is-sistema ta’ Talexio. Din kienet waħda mill-miżuri li l-PBS ħadet sabiex tiżdied l-effiċjenza.
PBS — Programm Mustaċċuni – ħlas għall-produzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu qed jitħallsu għall-produzzjonijiet tal-programm Mustaċċuni fl-iskeda li għaddiet Ottubru 2021 - Mejju 2022? Kemm tħallsu l-producer, il-preżentatur, kontributuri u kemm kienet tiswa l-produzzjoni permezz tal-Outside Broadcasting Unit tal-PBS kull ġimgħa li sar il-programm, li issa m'għadux isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm ġew jiswew lill-PBS programmi, anke dawk li kienu b'ko-produzzjoni ma' media houses privati jew ma' producers individwali, tul l-iskeda Ottubru 2021 - Mejju 2022, is-segwenti:
Lenti;
Carter jirrapporta;
Ninvestigaw x'qed nieklu;
Moħħok hemm;
Xtra;
Xtra Sajf;
Insights;
U Ejja;
Sibtek;
SportLive+;
Sport Għawdex;
GFA Round; u
Motorsmt?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Peress li l-ispiża biex jittella’ l-programm Love Island tal-2006 fuq l-istazzjon ITV ġewwa l-Ingilterra, kienet ta’ £12 miljun, jista’ l-Ministru jgħid kif se jagħmel il-PBS biex isib fondi meta hu fatt magħruf li f’xahar (it-tul tal-programm) ma jistgħux jinġabru biżżejjed reklami biex ikopri spiża simili? Jista’ l-Ministru jassigura li flus il-poplu mhux se jintużaw għal dan it-tip ta’ programm, meta l-PBS ma kellux biżżejjed flus biex iżomm programmi bħal Xarabank u oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali.
Wara t-tħabbira mill-PBS li f’Mejju tal-2023 se tibda tixxandar l-ewwel edizzjoni tal-programm internazzjonali Love Island, jista’ l-Ministru jikkonferma li dan il-programm ta’ natura kummerċjali:
a. għadda mill-proċess kollu ta’ tendering tal-PBS, jiġifieri ġie sottomess meta nħarġet il-Public Statement of Intent mill-PBS;
b. saret l-evalwazzjoni mill-Bord Editorjali; u
ċ. sussegwentament saru n-negozjati mal-producers biex jiġi aċċettat bħala wieħed mill-programmi fuq l-istazzjon nazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-programm Love Island ġie sottomess meta nħarget is-sejħa tal-Public Statement of Intent u saret l-evalwazzjoni tiegħu mill-Bord Editorjali. Sussegwentament saru n-negozjati mal-producers sabiex ġie aċċettat bħala wieħed mill-programmi għal fuq l-iskeda ta’ TVM.
PBS — bejgħ tal-airtime lill-producers tal-programm Love Island
Question
F’każ li l-PBS se jbiegħ l-airtime lill-producers ta’ Love Island, jista’ l-Ministru jgħid x’garanziji ħa l-PBS biex jiġbor il-flus tal-airtime meta ċ-ċifri juru li biex tipproduċi dan il-programm, l-ispejjeż huma fil-miljuni? X’jiġri f’każ li l-producers ifallu? Minn fejn se jiġbor flusu l-PBS? Jista’ jassigurana li ma sar l-ebda arranġament fejn il-PBS ikun qed joħroġ minn ġewwa, kemm flus kif ukoll f’forma ta’ servizzi, minflok ma jdaħħal ta’ programm kummerċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
PBS – monitoraġġ waqt ix-xandira tal-programm Love Island
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ monitoraġġ se jagħmel il-PBS biex jara li r-regoli tal-Awtorità tax-Xandir jiġu segwiti kollha waqt ix-xandira tal-programm Love Island, li hu magħruf li f’ċertu mumenti juri sitwazzjonijiet kemxejn skabrużi addattati biss għall-adulti? Xi prekawzjonijiet se jieħu l-PBS u kemm se jiswew lill-istazzjon dawn il-miżuri qabel ma jixxandar dan il-programm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-programm, bħal programmi kollha tal-PBS, se jgħaddi mill-proċeduri interni tal-quality control tal-PBS.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu – għoti ta’ fondi lil entitajiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-entitajiet sportivi kollha, kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna, li qed jingħataw fondi mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu permezz ta' sponsorships jew kwalunkwe mezz ieħor, flimkien mal-ammont ta' fondi li qed tingħata kull entità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena rikorrenti l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tat 13-il sponsorship lill-entitajiet sportivi. L-ammont totali li ingħata kien ta’ €114,240.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn tobba f’Malta u kemm minnhom huma speċjalisti? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tobba li huma speċjalisti huma Ġinekoloġi u kemm huma Ostetriċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba reġistrati f’Malta hawn 3392 u minnhom 1712 huma speċjalisti. L-ispeċjalità tal-Ostetrija u l-Ġinikoloġija hija Speċjalitá waħda u mhux żewġ speċjalitajiet separati.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' impjegati full-time li bħalissa huma fuq il-kotba tal-PBS u jidentifika r-rwol ta' kull wieħed u jgħid f'liema grad qegħdin miċ-Chairman 'l isfel, inkluż il-lista taċ-Chief Officers kollha, il-Managers kollha kemm dawk fi grad Manager 1 u 2 u anke dawk fil-gradi l-oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
PBS Ltd - Full-time Employees
ADMINISTRATIVE OFFICER
BROADCAST OFFICER RADIO
BROADCAST OFFICER RADIO
BROADCAST OFFICER RADIO
BROADCAST OFFICER TV
BROADCAST OFFICER TV
BROADCAST OFFICER TV
BROADCAST TECHNICAL OFFICER
BROADCAST TECHNICAL OFFICER
BROADCAST TECHNICAL OFFICER
BROADCAST TECHNICAL OFFICER
BROADCATS TECHNICAL OFFICER
CAMERA OPERATOR
CHIEF FINANCIAL OFFICER
CHIEF OFFICER NEWS
CHIEF OFFICER OPERATIONS & PROGRAMMING
CHIEF OFFICER QUALITY & CONTENT
CHIEF OFFICER SPORTS
CHIEF OPERATIONS OFFICER
CO-ORDINATOR FINANCE
CO-ORDINATOR INVENTORY
CO-ORDINATOR NEWS
CO-ORDINATOR NEWS
CO-ORDINATOR NEWS
CO-ORDINATOR PROGRAMMES
CO-ORDINATOR QC
CO-ORDINATOR TECHNICAL
CO-ORDINATOR WEB
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR / PRODUCER
DIRECTOR OF PHOTOGRAPHY
DIRECTOR/EDITOR
DIRECTOR/EDITOR
DIRECTOR/EDITOR
DIRECTOR/EDITOR
JUNIOR IT ADMINISTRATOR
MANAGER I
MANAGER I (Project Manager Buildings & Maintenance)
MANAGER I CORPORATE SERVICES
MANAGER I DIGITAL TRANSFORMATION
MANAGER I OPERATIONS
MANAGER I PROGRAMMES
MANAGER I RESEARCH & DEVELOPMENT
MANAGER II ADMINISTRATION
MANAGER II ARCHIVES
MANAGER II BUSINESS DEVELOPMENT
MANAGER II NEWS
MANAGER II QUALITY CONTROL
MANAGER II RADIO
MANAGER II RESOURCE
MANAGER II SALES
MANAGER II SALES ADMIN
MANAGER II STRATEGIC DEVELOPMENT
MANAGER II TECHNICAL OPERATIONS
MANAGER II WEB
MESSENGER
QC OFFICER
QC OFFICER
Recent Grade
RECEPTIONIST/CLERK
SALES
SALES
SALES
SALES
SENIOR ADMINISTRATIVE OFFICER
SENIOR ADMINISTRATIVE OFFICER
SENIOR CLERK
SENIOR CLERK - SALES ADMIN
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
SENIOR STUDIO OPERATOR
STUDIO OPERATOR
STUDIO OPERATOR
STUDIO OPERATOR
STUDIO OPERATOR
Seconded
TRADESMAN
TRADESMAN
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
VIDEO JOURNALIST
Seconded
VIDEO JOURNALIST
Seconded
Peress li fl-2013 SportMalta kienet tat lill-klabb Swieqi United FC l-użu tal-grawnd tal-futbol f’Santa Clara School għal 17-il sena u peress li l-klabb tal-futbol kiber bil-kbir matul l-aħħar snin u dak il-grawnd tal-futbol m'għadux kbir biżżejjed u għalhekk qed ikollhom jitħarrġu fil-grawnds tal-futbol li ġejjin: Ħamrun Spartans FC, Junior College, Pembroke Athleta, Sirens FC, San Ġużepp f’Santa Venera, u oħrajn, jista’ l-Ministru jispjega jekk:
a. hemmx xi pjanijiet fis-seħħ biex il-grawnd tal-futbol attwali f'Santa Klara jiġi estiż, biex ikun jista' jakkomoda l-bżonnijiet ta' dan il-Futbol Klabb li qed jikber;
b. jekk hemmx xi pjanijiet fis-seħħ biex tiġi lokalizzata żona oħra fil-viċinanzi tal-lokalità tal-klabb, li se tipprovdi lil dan il-Futbol Klabb b'faċilitajiet ta' taħriġ permanenti;
ċ. jekk il-klabb tal-futbol inżammx/qed jinżamm infurmat b’xi diskussjonijiet relatati ma’ dan ta’ hawn fuq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Komunità tas-Sajd bil-qasba u l-Isport – post xieraq
Question
Peress li l-Komunità tas-Sajd bil-Qasba u l-isport qed tiffaċċja kontinwament diffikultajiet biex isibu postijiet xierqa fejn jipprattikaw id-delizzju tagħhom u jorganizzaw kompetizzjonijiet tas-sajd sportivi u peress li dawn l-avvenimenti u dan l-isport għandhom ukoll il-potenzjal li jattiraw barranin lejn gżiritna, jista’ l-Ministru jispjega jekk:
a. hemmx xi pjanijiet biex tinstab żona permanenti fejn din il-komunità tista' tipprattika l-passatemp tagħha u torganizza l-kompetizzjonijiet tagħhom? Jekk iva, għal kemm aktar iridu jistennew?
b. jekk m'hemmx pjanijiet biex tinstab żona permanenti, hemm pjanijiet biex jinstabu żoni magħżula, fejn din il-komunità titħalla tipprattika l-passatemp tagħha u torganizza l-avvenimenti tagħha, mingħajr ma jkollha tiffaċċja diffikultajiet kontinwi biex jinkisbu l-permessi meħtieġa? Jekk iva, għal kemm aktar iridu jistennew? Jekk bħalissa m'hemmx pjanijiet biex din il-komunità sportiva tiġi megħjuna, jista' jispjega r-raġuni għaliex il-Ministru ma pprovax isib soluzzjoni għall-problema tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn għandhom x’jaqsmu faċilitajiet u spazji sportivi, Sport Malta jiddiskutu ma’ assoċjazzjonijiet sportivi li jkunu qed jirrapreżentaw xi sport partikulari. Jekk issir talba dwar spazzju pubbliku biex dan jintuża għal skopijiet sportivi, jiskatta l-proċess mal-awtoritajiet konċernati sabiex eventwalment il-ftehim li jkun qed jiġi propost jitressaq quddiem il-Parlament għal approvazzjoni.
Fid-dawl li ftit ġimgħat ilu persuni li riedu japplikaw għall-Hybrid Remote Working Programme ntalbu jagħmlu kors, u peress li l-ġimgħa li għaddiet tħassru l-korsijiet għal dawk il-persuni li jridu jaħdmu b'mod remot, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux minnu? Jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament dwar ir-remote working policy u kif u sa meta jistgħu japplikaw persuni għall-Hybrid Remote Working Programme?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-faċilità ta’remote working se tibqa'. Bħal kull skema oħra, din l-skema tibqa' tiġi aġġornata u mtejba skont l-esiġenzi tas-servizz u ċ-ċirkostanzi partikulari.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1015 issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1016, issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1013 datata 26/05/2022 fejn staqsejt lill-Ministru jippubblika r-rapporti tal-PBS mill-2016 sal-lum fejn skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para 6d) l-istess Bord irid jippreżenta rapport kull sena, issa li għaddew erba' xhur u nofs u l-Ministru għadu ma ppreżentax ir-rapporti, fejn hu stess fir-risposta tiegħu għall-PQ 1157 wieġeb li l-iskeda finali tiġi ppreżentata lil-Gvern jista' jgħid lill-Kamra meta sejjer jippreżenta r-rapporti u jekk le, għaliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari bin-numru 1157.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus mill-fondi tal-EPSO (li huma fondi pubbliċi mogħtija mill-Gvern) kull wieħed mill-produtturi indipendenti li tellgħu programmi fuq l-istazzjonijiet tat-TV tal-PBS għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-programmi eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il-ġeneri:
· Programmi tat-tfal
· Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti
· Drama
· Programmi edukattivi, kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
· Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra
· Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
· Programmi reliġjużi
· Trasmissjonijiet tal-Parlament
F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-fondi jiġu allokati skont il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1546, peress li għaddew erba’ xhur u l-arbli tad-dawl għadhom ma ġewx installati, tista’ l-Ministru tgħid kemm irridu nistennew iktar qabel ma jiġu installati dawn l-arbli? (Ritratt ta’ fejn għandhom jitwaħħlu l-arbli qed jingħata separatament)
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta qegħda fil-proċess biex tordna arbli “custom made” biex jinbidlu dawk li sofrew ħsarat estensivi bil-maltemp. Sadanittant il-bankina u t-triq fil-promenade ta’ Tas-Sliema huma adegwatament imdawla b’arbli oħrajn li hemm fl-istess żona.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1545 rigward meta se jiġu sostitwiti r-railings tal-Promenade ta’ Tas-Sliema, bejn Fond Għadir u l-Waterpolo Pitch ta’ Tas-Sliema, li huma kollha sadid, peress li għaddew erba’ xhur oħra u dawn ir-railings għadhom ma ġewx sostitwiti, jista' l-Ministru jgħid kemm irridu nistennew iktar qabel ma jiġu sostitwiti? (Ritratti qed jingħataw separatament)
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ewwel sett ta’ ħadid iggalvanizzat inbidel fl-2021. Jekk it-temp jippermetti, it-tieni sett ta’ ħadid iggalvanizzat mistenni li jinbidel fi ftit ġimgħat oħra, li bi qbil mal-Kunsill Lokali se jkopri l-area ta’ bejn il-Fortizza u jasal sa fejn kien inbidel l-ewwel batch ta’ ħadid. Il-kumplament huwa proġettat li jinbidel f’fażijiet matul is-sena d-dieħla.