Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pixxina Nazzjonali – tined neqsin u miksura

Question

Peress li fil-Pixxina Nazzjonali hemm diversi tined li huma neqsin u oħrajn huma miksura kif jidher fir-ritratti mehmuża, jista’ l-Ministru jgħid meta t-tined neqsin se jitwaħħlu u meta dawk imkissrin ser jiġu sostitwiti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

PBS — Bord Editorjali - membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3037, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, u jgħid min huma l-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom u kemm hi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Membri tal-Bord Editorjali tal-PBS ġew maħtura għal perjodu ta’ tliet snin bid-data effettiva mit-13 ta’ Ġunju 2022. Title Surname Name Position Mr Sammut Joseph Chairperson Mr Flores Charles Member Dr Fenech Martin Member Infurmat illi r-remunerazzjoni taċ-Chairperson tammonta għal €16,305, filwaqt illi tal-membri tammonta għal €3,000. Intant, tajjeb li jiġi mfakkar illi tali ħatriet ilhom pubbliċi sa minn Awwissu tas-sena 2022, hekk kif dawn kienu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-ismijiet mitluba kienet fid-dominju pubbliku, u mhux mistura kif jittenta jallega l-Onor. Interpellant f'xi intervisti li ta lil xi ġurnali.

PBS — Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1157, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jippubblika r-rapporti mill-2016 sal-lum li l-Bord Editorjali tal-PBS huwa obbligat li jippubblika skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para. 6d)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kif ingħad fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1157, ir-rapport imsemmi jiġi preżentat mill-Bord Editorjali lill-Bord tad-Diretturi permezz ta' dokument li jkun fih l-għażla tal-programmi li jiġu shortlisted mill-istess Bord. Minn din il-lista, infurmat li ssir l-iskeda finali li mbagħad tiġi preżentata lill-azzjonista prinċipali tal-PBS u ċjoè l-Gvern. Intant infurmat li l-ispirtu ta' dak li titlob in-National Broadcasting Policy qed jiġi sodisfatt bil-preżentazzjoni tal-iskeda finali.

PBS – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3036, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, u jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom u kemm hi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-PBS ġew maħtura għal perjodu ta’ tliet snin bid-data effettiva mit-13 ta’ Ġunju 2022. Title Surname Name Position Dr Sammut Mark Chairperson Dr Woods Edward Director Mr Calleja Ray Director Mr Camilleri Jeremy Director Mr Grech Engelbert Director Mr Marshall Albert Director Dr Portelli Marthese Director Mr Micallef Pablo Director Ms Zarb Adami Adriana Director Infurmat illi r-remunerazzjoni taċ-Chairperson tammonta għal €26,087, filwaqt illi tal-membri tammonta għal €3,000. Intant, tajjeb li jigi mfakkar illi tali ħatriet ilhom pubbliċi sa minn Awwissu tas-sena 2022, hekk kif dawn kienu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-ismijiet mitluba kienet fid-dominju pubbliku, u mhux mistura kif jittenta jallega l-Onor. Interpellant f'xi intervisti li ta lil xi ġurnali.

Yacht tal-qlugħ — Spiża għall-akkwist

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6644, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-akkwist tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta", li tnieda fil-21 ta' Diċembru 2022?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Yacht tal-qlugħ — Tħaddim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6645, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Peress li l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" huwa yacht tekniku u kkumplikat ħafna biex jitħaddem, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għall-akkwist ta' yacht tal-qlugħ daqshekk ikkumplikat u tekniku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Ġwann – Ġnien George Zarb bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B’referenza għall-Ġnien George Zarb li jinsab bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell f’San Ġwann, fejn bħalissa qed isiru xogħlijiet infrastrutturali kif jidher mir-ritratti annessi, jista' l-Ministru jgħid: a. jekk il-ġnien hux se jitneħħa; b. jekk hux se jinqalgħu xi siġar u jekk iva, kemm-il siġra u liema siġar ser jitneħħew; u ċ. x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6803 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

San Ġwann – Ġnien George Zarb bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B’referenza għall-Ġnien George Zarb li jinsab bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell f’San Ġwann, fejn bħalissa qed isiru xogħlijiet infrastrutturali kif jidher mir-ritratti annessi, jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokalim jgħid: a. jekk il-ġnien hux se jitneħħa; b. jekk hux se jinqalgħu xi siġar u jekk iva, kemm-il siġra u liema siġar ser jitneħħew; u ċ. x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li ‘Ġnien George Zarb’ kulma kien jikkonsisti qabel inbeda dan il-proġett, huwa f’żewġ wesgħat ta’ ħamrija mdawwra b’żewġ filati ġebel mingħajr ebda faċilitajiet, aċċess, jew karatteristika oħra li jagħmluh ‘ġnien’, apparti t-titlu ta’ ‘ġnien’. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li mhux talli dan il-‘ġnien’ mhux ser jitneħħa talli x-xogħol li qed isir illum fuq dan il-ġnien bħala parti mill-proġett mniedi mill-Kunsill Lokali, ser jittrasforma dawn iż-żewġ roqgħat ta’ ħamrija fi ġnien b’aċċessibbiltà inklussiva għal kull min ikun irid iżuru. Tali faċilitajiet infurmat li jinkludu bankijiet, bins, dawl u anke bike stands fost faċilitajiet oħrajn u dan filwaqt li jinżamm il-kunċett ta’ sostenibbiltà u armonija man-natura. Intant infurmat ukoll li s-siġar eżistenti kważi kollha ser jiġu integrati f’dan il-proġett minbarra tnejn, li qed jikkawżaw ħsarat fl-infrastruttura. Dawn huma siġar tal-‘ficus’. Fuq nota finali, infurmat li l-motivazzjoni wara dan il-proġett hija li nkomplu noħolqu spazji rikreattivi, ħodor u sostenibbli u b’aċċessibblità inklussiva madwar ir-raħal kollu ta’ San Ġwann. Dan l-impenn ġie kkonfermat ukoll reċentement hekk kif tħabbar li ser ikun qed isir proġett kbir ta’ spazju miftuħ li se jkun qed jitwettaq minn dan il-Gvern fil-lokalità. Tali proġett qed jitnieda bil-permess tal-Awtorità kkonċernata.

FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji

Question

F'konformità mal-gwida tal-FATF dwar it-trasparenza u s-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien benefiċjarji tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ngħataw il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet statali tagħna fl-2016 u jekk kienx hemm xi bidla fis-sjieda benefiċjarja ta’ din il-kumpanija fl-2017?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji

Question

F'konformità mal-gwida tal-FATF dwar it-trasparenza u s-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu s-sidien benefiċjarji tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ngħataw il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet statali tagħna fl-2016 u jekk kienx hemm xi bidla fis-sjieda benefiċjarja ta’ din il-kumpanija fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Taħriġ għall-baħrin ta’ yacht tal-qlugħ

Question

Jekk il-baħrin li se jkunu qed jiġru fuq il-yacht tal-qlugħ "Viva Malta” se jkunu Maltin, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħarrġu u x'baġit ġie allokat għat-taħriġ tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget totali annwali allokat lill-proġett huwa ta’ €150,000. Dan jinkludi t-taħriġ, vjaġġar, akkomodazzjoni, marinas u reġistrazzjonijiet.

Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa – rappreżentazzjoni minn atleti li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx atleti, li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija, li qegħdin fil-proċess li jintgħażlu, jew diġà ġew magħżula, biex jipparteċipaw f’isem Malta fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li ġejjin u li għalhekk se jieħdu post l-atleti ta’ nazzjonalità Maltija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jindaħalx f’tali għażla.

Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa – atleti li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jekk hemm atleti, li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija, li qegħdin fil-proċess li jintgħażlu jew li diġà ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li ġejjin, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-atleti , in-nazzjonalità tagħhom u d-dixxiplini li se jkunu qed jipparteċipaw fihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlammentari 6642.

Yacht tal-qlugħ — Spiża għall-akkwist

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-akkwist tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta", li tnieda fil-21 ta' Diċembru 2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-Yacht Viva Malta kien mixtri minn Yachting Malta li hija joint venture bejn il-Gvern u r-Royal Malta Yacht Club. Din l-entità taqa’ taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Yacht tal-qlugħ — Tħaddim

Question

Peress li l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" huwa yacht tekniku u kkumplikat ħafna biex jitħaddem, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għall-akkwist ta' yacht tal-qlugħ daqshekk ikkumplikat u tekniku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii l-Yacht ġie mixtri mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, għalhekk aħjar jekk il-mistoqsija tiġi diretta lil dak il-Ministeru.

Yacht tal-qlugħ — Tiġrijiet li se jkun qed jipparteċipa fihom

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema tiġrijiet, kemm fil-Mediterran kif ukoll barra mill-Mediterran, se jkun qed jipparteċipa l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta"? Jista’ jgħid f'liema dati se jkunu qed isiru dawn it-tiġrijiet, kemm se jkun kull ħlas ta' parteċipazzjoni għal kull tiġrija u meta se tkun l-ewwel tiġrija li fiha se jkun qed jieħu sehem dan il-yacht tal-qlugħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tat-tlielaq ser ikun iffissat mill-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar wara konsultazzjoni ma’ SportMalta. Hemm ħsieb li l-Yacht jieħu sehem f’disa’ tlielaq kull sena.

Yacht tal-qlugħ — Baħrin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-baħrin tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" hux se jkunu kollha Maltin jew kollha barranin jew jekk hux se jkunu kemm Maltin kif ukoll barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-iskop tal-Yacht huwa li jagħti opportunità lill-baħħara Maltin jikkompetu fi tlielaq internazzjonali, peró jista’ jagħti l-każ li l-Federazzjoni titlob xi baħħara barranin jipparteċipaw f’xi tlielaq biex iħarrġu l-atleti tagħna.

Ittra ta’ individwu

Question

B’referenza għall-ittra li l-individwu, lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bagħat lill-Ministru għas-Saħħa nhar is-26 ta’ Mejju 2021 u li kopja tagħha qed tingħata separatament ukoll, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u jekk hemmx il-ħsieb li titwieġeb din l-ittra u jekk hemmx il-ħsieb li jittieħed is-suġġeriment tal-individwu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ittra li qed jirreferi għaliha hu, kienet oriġinarjament intbagħtet mill-istess individwu lil Lawrence Gonzi meta kien Prim Ministru hu. Ninfurmah ukoll illi issa l-prassi li qed jissuġġerixxi l-individwu fl-ittra msemmija ilha fis-seħħ għal diversi xhur.

PBS – preżentaturi li qed jagħmlu programmi fuq TVM u TVM News

Question

Jista' l-Ministru jippubblika u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni li qed jieħdu l-preżentaturi, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li mhumiex impjegati tal-PBS iżda qed jagħmlu programmi fuq TVM u anke fuq TVM News+?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

PBS – eżerċizzju ta’ cost cutting intensiv internament

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li minn Ottubru tas-sena 2022 beda eżerċizzju ta' cost cutting intensiv internament fil-PBS biex jitnaqqsu l-ispejjeż, fejn jidher li anke l-overtime tal-ħaddiema tnaqqas drastikament? Għaliex sar dan? Jista' jkun hemm indikazzjoni li s-sena finanzjarja 2022 se terġa' tagħlaq bi żbilanċ għall-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-PBS qed issir reviżjoni tal-operat biex tiżdied l-effiċjenza u l-valur miżjud.