Jista' l-Ministru jippubblika l-ismijiet tal-persuni kollha Maltin u barranin li xtraw biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA għall-istaġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22 u 2022/23 (inkluż il-finali kollha)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema jew proċedura biex il-pubbliku bħala tax payer ikun jista' jixtri biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema metodu jinxtraw il-biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA, jekk hux bil-credit card tal-kumpanija, credit card personali ta' xi uffiċjal fil-PBS, jew permezz ta' invoice li titħallas wara, minn min u kif titħallas din l-invoice?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.
Peress illi t-tappiera li tinsab quddiem il-proprjetajiet 145 u 146 fi Triq it-Torri, Tas-Sliema tagħmel storbju kbir kull darba li karozza ssuq minn fuqha li qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-proprjetajiet fil-qrib u peress illi t-triq madwar din it-tappiera hija bil-ħsara u xi ħadd ipprova jsewwi dan bi strixxi tal-gomma li issa qed jinqalgħu, kif jidher mir-ritratt mehmuż, jista' l-Ministru jispjega għaliex din it-tappiera ma ġietx imsewwija kif suppost u jgħid meta se tiġi rranġata, biex b'mod immedjat jieqaf l-inkonvenjent kbir li qed isir lir-residenti taż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Attachments:WhatsApp Image 2023-12-12 at 09.18.20.jpeg
Peress li fil-Pixxina Nazzjonali hemm diversi tined li huma neqsin u oħrajn huma miksura kif jidher fir-ritratti mehmuża, jista’ l-Ministru jgħid meta t-tined neqsin se jitwaħħlu u meta dawk imkissrin ser jiġu sostitwiti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm rinnovar fil-pixxina msemmija.
Fid-dawl li fil-laqgħa li saret fit-12 ta’ Awwissu 2023 bejn l-Assoċjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, fejn intalab li tiġi ppreżentata proposta (li qed tintbagħat separatament), jista’ l-Ministru jispjega għaliex għadha ma ngħatatx tweġiba fuq din il-proposta (li ġiet preżentata fil-15 ta’ Ottubru 2023), jekk din hux qed tiġi kkunsidrata u jekk hux se tingħata soluzzjoni immedjata għall-fatt li m’għandhomx faċilitajiet fejn jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom wara l-għeluq għar-rinnovament tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u SportMalta jiltaqgħu b'mod regolari ma’ numru ta' assoċjazzjonijiet li jressqu 'l quddiem proposti li jvarjaw fin-natua tagħhom, b'uħud li jistgħu jsiru b'mod immedjat u oħrajn li jieħdu ż-żmien biex isiru.
SportMalta qiegħda f'kuntatt kontinwu mal-Federazzjoni biex f'dan il-mument tassistihom f'dak li huwa possibbli f'dan iż-żmien partikolari.
Attachments:20 LANE LAYOUT-Edward.pdfProposal for Ministry of Sports.docx
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira (High Street), tas-Sliema u meta din ser tinfetaħ għat-traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa ser jiġu ffinalizzati sal-aħħar ta’ din is-sena filwaqt li hu previst li x-xogħol taż-żewġ fażijiet l-oħra ser jiġu konklużi f’April 2024.
Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa — Ħlas lir-rebbieħa tal-midalji tad-deheb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rebbieħa kollha tal-midalji tad-deheb fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa ngħatawx il-ħlas li ġew imwiegħda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se ssir ċerimonja fil-31 ta' Ottubru biex l-atleti rebbieħa ta' midalja tad-deheb jiġu ppremjati mill-Kumitat Olimpiku Malti.
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2431 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex li huwa stess qal li kien se jitlesta sa Diċembru tal-2020, tlesta kważi tliet snin tard?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel tender li ġie ppublikat kien ikkanċellat peress li l-ebda offerta ma kienet technically compliant. Saru wkoll xi diskussjonijiet interni li jikkonċernaw il-proċess ta’ xiri pubbliku għal dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispiża tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex żdiedet għal €14-il miljun, mit-€8 miljun li kien ġie budgeted, kif kien intqal fl-istqarrija (PR190472) tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, tas-07 ta’ Marzu 2019, fiż-żmien fejn hu stess kien is-Segretarju Parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11335. Saru wkoll r-reviżjonijiet neċessarji skont il-prezzijiet tas-suq u għalkemm l-irħas offerta kienet għola mill-istima, din ġiet aċċettata mill-GCC wara li ngħatat ġustifikazzjoni mill-perit u kif ukoll għax ma nqabiżx il-persentaġġ aċċettabli mill-Public Procrurement Regulations.
Marsalforn, Triq Kaptan Frank Debono – Servizz free-to-air
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6992 u għat-tweġiba għaliha fejn il-Ministru kien wieġeb "nerġa’ ntenni u nikkonferma li s-servizz free-to-air ser jibqa’ garantit lill-familji Maltin u Għawdxin li jużaw l-aerial u dan propju għaliex dan il-Gvern iħoss il-polz taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin”, u peress li hemm rapporti minn diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex li hemm min mhux qed jirnexxielu jaqbad l-istazzjonijiet tat-TV lokali bl-antenna tat-TV u fejn m'hemmx sinjal tat-TV, fost l-oħrajn fi Triq Kaptan Frank Debono, Marsalforn, Għawdex (qed jintbagħat ritratt separatament ta’ apparat li juri li m’hemmx sinjal tat-TV). għaldaqstant, jista’ l-Ministru jispjega s-sitwazzjoni fuq is-servizz free-to-air u jispjega għaliex ħafna nies madwar Malta u Għawdex qed ikollhom problemi biex jaqbdu l-istazzjonijiet tat-TV lokali bl-aerial tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Diġà kelli opportunità nispjega pubblikament kif il-Gvern ra li s-servizz free-to-air li hemm referenza ghalih fid-domanda parlamentari ikkwotata fl-interpellanza jissokta f’pajjiżna.
Meta jkun hemm xi każijiet singoli ta’ persuni li jirrapportaw lilna li jkollhom diffikultà biex jaqbdu t-trasmissjoni għal raġunijiet li jistgħu jkunu differenti, aħna nirreferu lill-operatur tas-servizz (Go plc) li dejjem tat il-koperazzjoni u assistenza sħiħa tagħha.
Intant se nkun qed nirreferi lill-operatur tas-servizz il-każ marbut mat-Triq imsemmija f’Marsalforn.
MTA – Delegazzjoni taċ-Ċikliżmu tal-Vatikan 2023 — Infiq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex tisponsorja lid-delegazzjoni taċ-ċikliżmu tal-Vatikan fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċikliżmu tal-2023 li sar fi Glasgow bejn it-2 u s-6 ta' Awwissu 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda nefqa mill-MTA f’dan ir-rigward.
MTA — Delegazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu 2023 - Infiq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex tisponsorja lid-delegazzjoni Maltija taċ-ċikliżmu fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċikliżmu 2023 li sar fi Glasgow bejn it-2 u s-6 ta' Awwissu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda delegazzjoni Maltija u għaldaqstant ma saret l-ebda nefqa f’dan ir-rigward.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 517, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fid-diskussjonijiet dwar jekk is-sidien ta' garage spaces jistgħux japplikaw għall-EV Meters? U jekk iva, x'kienu l-iżviluppi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li saru emendi fir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku (L.S.545.01) permezz ta’ L.S. 162 ta’ 2022. Partikolarment is-sub-regolament 5 tar-regolament 37 tar-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku (L.S.545.01) jipprovdi għall-installazzjoni ta’ meter għall-iċċarġjar ta’ EV f’parkeġġ privat komunali jew spazji privati riservati għal vettura.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega r-raġuni għaliex il-Continuous Glucose Monitors, sa issa, qed jingħataw b’xejn biss, lill-pazjenti Diabetic Type 1 sal-età ta’ 35 sena u mhux lill-pazjenti kollha Diabetic Type 1, meta monitors bħal dawn jistgħu jfissru li jsalvaw il-ħajja ta’ pazjent? Jista' jagħti data preċiża sa meta dawn il-Continuous Glucose Monitors se jingħataw b'xejn lill-Pazjenti Diabetic Type 1 kollha, ta' kull età?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li fl-2021 kien beda proġett pilota għall-użu tal- Continuous Glucose Monitors għal tfal u zgħazagħ sa 16 il-sena, u wara li dan irrizulta li kien ta’ suċċess kbir, dan il-proġett pilota gie estiż għal servizz kontinwu. Il-pjan kien illi dan is-servizz jiġi estiż b’mod inkrimentali għal etajiet akbar. Fil-fatt hekk qiegħed isir. Fl-2022 il-Continuous Glucose Monitors u s-servizz tal-Call Centre tela’ l-ewwel sa 21 sena u wara sa 23 sena.
Ix-xahar li għadda s-servizz bil- monitors mingħajr ħlas reġa ġie estiż sa 35 sena u fix-xhur li ġejjin jkompli jiġi estiż.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex li huwa stess qal li kien se jitlesta sa Diċembru tal-2020, tlesta kważi tliet snin tard?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispiża tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex żdiedet għal €14-il miljun, mit-€8 miljun li kien ġie budgeted, kif kien intqal fl-istqarrija (PR190472) tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, tas-07 ta’ Marzu 2019, fiż-żmien fejn hu stess kien is-Segretarju Parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3008 u 10907 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li pproduċew programmi fuq TVM u TVM News għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3009 u 10908 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li se jkunu qed jipproduċu programmi fuq TVM u TVM News għall-iskeda Ottubru 2022-Settembru 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.