Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta m'għandhomx kont bankarju f'Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji Maltin li għandhom kont bankarju ma’ istituzzjonijiet liċenzjati Malta ġew analżżati waqt ezerċizzju li sar sabiex jiġu assessjati ir-riskji nazzjonali ta’ ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terrorizmu, liema rapport ġie ppublikat fl-2023 (National Risk Assessment).
L-informazzjoni li ġiet analizzata waqt dan l-ezerċizzju hija bbazata fuq informazzjoni li nġabret sa’ Awwissu 2022, fuq kumpaniji Maltin mill-Malta Business Registry, u fuq informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji li jinsabu fis-Centralised Bank Account Register li jiġi amministrat mill-FIAU.
Dan l-ezerċizzju jindika li bejn wiehed u ieħor, 42% tal-kumpaniji Maltin għandhom kont bankarju bl-IBAN Malti.
Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta m'għandhomx kont bankarju f'Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm kienu reġistrati kumpaniji f'Malta sal-aħħar tal-2023 u kemm minn dawn il-kumpaniji ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2023 (sena bażi 2022);
b. kemm kienu reġistrati kumpaniji f'Malta sal-aħħar tal-2022 u kemm minn dawn il-kumpaniji ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2022 (sena bażi 2021)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt :
Sena bażi
Numru totali ta’ kumpaniji
Numru ta’ kumpaniji li ma bagħtux il-formola tat-taxxa
2021
45,767
17,481
2022
48,843
24,511
Fid-dawl li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira Tas-Sliema qed joħolqu inkonvenjent kbir lir-residenti ta’ Tas-Sliema, partikolarment dawk li jgħixu fil-viċinanzi ta’ din it-triq, jista' l-Ministru jagħti data definittiva sa meta jkunu finalizzati x-xogħlijiet attwali u sa meta High Street tkun miftuħa għat-traffiku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Infrastracture Malta għaddejja b’ħidma infrastrutturali fi Triq il-Kbira tas-Sliema, b’ħidma mifruxa fuq aktar minn 4,600 metru kwadru – ekwivalenti għal ground u nofs tal-11 aside. Qabel bdiet il-ħidma fuq il-proġett, saret konsultazzjoni wiesgħa ma’ numru ta’ entitajiet biex isiru xogħlijiet varji fosthom trinek għad-distribuzzjoni tal-enerġija, l-ilma u t-telekomunikazzjoni. Saret ħidma fuq il-bankini u għaddejjin b’bini mill-ġdid tat-triq. Dawn ix-xogħlijiet, li qed isiru b’investiment ta’ ftit aktar minn miljun ewro, mistenni jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Community Policing hux qed isir fil-lokalitajiet li ġejjin:
Gżira, Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, St Julian's, Paceville, Sliema, Għargħur, Msida, Swatar, San Ġwann, Kappara, Swieqi, Madliena, Ta' Xbiex?
Jekk mhumiex, jista’ jgħid liema toroq huma parti mill-iskeda tal-Community Policing u x'ħinijiet qed isiru għassa f'dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi is-servizz tal-Pulizija tal-Komunitá ġie ntrodott fl-Imsida, Ta’ Xbiex u Swatar fl-aħħar tas-sena 2023 u bħalissa qed jopera mill-Kunsill Lokali ġewwa Ta’ Xbiex, sakemm jitlesta x-xogħol ta’ rinnovazzjoni l-għassa tal-Gżira. Is-servizz fin-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq u l-Għargħur ġie ntrodott reċentement u ċjoè f’Marzu ta’ din is-sena. Fil-lokalitajiet ta’ Pembroke, San Ġiljan, Paceville, San Ġwann, il-Kappara, is-Swieqi u l-Madliena, dawn bdew joperaw bejn is-sena 2020 u 2022 u joperaw mill-għassa tas-Swieqi. Rigward tas-Sliema is-servizz hu previst li jibda din is-sena. Il-ħinjiet li jiġu koperti f’dawn il-lokalitajiet mill-Pulizija tal-Komunità, jvarjaw u fl-istaġun tax-xitwa jibdew mis-7.30 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija u xift ieħor mill-10 ta’ filgħodu sad-9.30 ta’ filgħaxija. Fis-sajf jibdew mis-7.30 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija u shift ieħor minn nofsinhar sal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet li jinsabu taħt ir-residenzi f’The Strand Tas-Sliema humiex liċenzjati biex idoqqu mużika barra? Jekk mhumiex, sa liema ħin il-liċenzja tagħhom tippermettilhom idoqqu l-mużika u jekk din il-liċenzja tawtorizzahomx li jagħmlu inkonvenjenzi lir-residenti li jgħixu fuq dawn il-ħwienet?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560, 15806, 16047, 16429 u 16586 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddej l-aħħar fazi tal-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet wara li kien hemm approvazzjoni formali mill-Kabinett biex dan isir.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560, 15806, 16047 u 16429 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560, 15806 u 16047 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560 u 15806 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304 u 15560 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15304 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu permess li jaġixxi ta' interpretu f'kawżi fil-Qorti li jinvolvu persuni li ma jifhmux il-Malti jew l-Ingliż?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-interpreti fil-Qrati Kriminali jiġu maħtura skont l-artikolu 452 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u fil-Qrati Ċivili jiġu maħtura skont l-artikolu 596 tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jagħti d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' SportMalta għas-snin 2021, 2022 u 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2021 u tal-2022 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li tal-2023 ikun konkluż matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-istaġun 2021/22 saret talba speċifika mill-PBS lill-UEFA biex jiġu mixtrija ammont kbir ta' biljetti fejn minn tal-inqas kien hemm seba’ biljetti mixtrija f'isem individwu wieħed għall-finali li saret fi Franza, li t-total tal-ispiża ta' din l-ordni kienet ta' €7,400, liema ħlas minn dan l-individwu sar f'kont personali ta' impjegat tal-PBS u mhux fil-kont bankarju tal-PBS ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.
Jista' l-Minsitru jagħti rendikont tal-ammont totali ta' biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA bħala rights holder tal-kompetizzjonijiet tagħha f'dawn l-aħħar erba' staġuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għall-kompetizzjonijiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il biljett inxtara għall-kompetizzjonijiet:
a. UEFA Champions League staġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha);
b. UEFA Europa League staġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha); u
ċ. UEFA Europa Conference League 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għall-kompetizzjonijiet imsemmija.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PBS ma tagħmel ebda qligħ mill-biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mingħand il-UEFA u li dawn jinbiegħu face value?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.