Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema full-time

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-komposizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi hu skont il-“Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis’, li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turżmu — Ħaddiema full-time

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24858.

Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta sal-aħħar tal-2024 m'għandhomx kont bankarju f'Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejj il-proċess biex Malta jkollha National Risk Assessment ġdid. Bħala parti minn dan il-proċess, ser tkun qed tiġi riveduta u aġġornata l-istatistika mill-NRA preċedenti, inkluz dawk rigward kumpaniji registrati f'Malta, li m'għandhomx kont bankarju f'Malta. F'dan l-istadju, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta, peress li l-paragun bejn iż-żewġ sorsi ta’ data għadu jrid isir.

Kumpaniji reġistrati f'Malta — PE number

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta sal-aħħar tal-2024 kellhom PE Number (Permission to Employee number)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji reġistrati f’Malta sal-aħħar tal-2024 u li kellhom numru tal-PE attiv huwa 20,431.

Kumpaniji reġistrati f'Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom persuni impjegati, l-kumpaniji reġistrati f'Malta sal-aħħar tal-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha mhux disponibbli u tiġi ppubblikata iktar tard matul din is-sena.

Selmun Palace Hotel — Proċess ta’ trasferiment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet? Jista' jgħid ukoll meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 25858.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema full-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fl-Uffiċċju u fis-Segretarjat tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Prim Ministru huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta’ Malta Repubblika – spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24612 u jgħid x'kienet l-ispiża totali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta' Malta Repubblika? Jista’ jagħti lista sħiħa dettaljata ta’ kull spiża u lil min tħallset?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25115.

Enemalta p.l.c. — Dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18207, tista' l-Ministru tippreżenta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' Enemalta p.l.c. għas-sena 2022 u għas-sena 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta’ Enemalta għas-sena 2022. Ninsab infurmata li għadu għaddej il-proċess biex jinħadmu d-dikjarazzjonijiet tas-sena 2023.