Jista’ l-Ministru jgħid liema qafas jeżisti biex jitkejjel l-impatt edukattiv, emozzjonali u finanzjarju fit-tul tal-investiment f’sistema edukattiva inklużiva u b’riżorsi tajbin għaż-żgħażagħ b’diżabilità intellettwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull istituzzjoni oħra, l-iskejjel speċjalizzati jgħaddu minn external reviews li fihom jiġi imkejjel b’mod kwalitattiv is-servizz li jingħata, ibbażat fuq standards maħruġa mid-Dipartiment għall-Istandards u Kwalità fl-Edukazzjoni. Dan jikkumplimenta r-review interna li ssir minn kull skola.
Infurmat li matul is-sena skolastika l-kapijiet jagħmlu reviżjoni tal-operat u l-impatt tiegħu mad-Direttur Ġenerali. Infurmat ukoll li s-sena skolastika li ġejja se jkun varat mudell ta’ external review li hu ffukat biss fuq l-inklużjoni, bi standards li huma ffukati fuq din l-area.
Tista’ l-Ministru tgħid liema qafas jeżisti biex jitkejjel l-impatt edukattiv, emozzjonali u finanzjarju fit-tul tal-investiment f’sistema edukattiva inklużiva u b’riżorsi tajbin għaż-żgħażagħ b’diżabilità intellettwali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
L-Iskola Guardian Angel — Studenti li spiċċaw il-ħdax-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex tiġi assigurata l-way forward għal dawk l-istudenti li spiċċaw il-ħdax-il sena fl-Iskola Guardian Angel? X’soluzzjonijiet qed jiġu kkunsidrati biex il-ġenituri ta’ dawn l-istudenti jkollhom moħħhom mistrieħ dwar il-futur ta’ uliedhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet kollha, u ġie studjat il-profil tal-istudenti, qed isiru tħejjijiet sabiex il-programm li se jiġi offrut għal dan il-grupp ta’ studenti ikun jirrifletti l-ħiliet tagħhom.
L-Iskola Guardian Angel — Studenti li spiċċaw il-ħdax-il sena
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ser jittieħdu biex tiġi assigurata l-way forward għal dawk l-istudenti li spiċċaw il-ħdax-il sena fl-Iskola Guardian Angel? X’soluzzjonijiet qed jiġu kkunsidrati biex il-ġenituri ta’ dawn l-istudenti jkollhom moħħhom mistrieħ dwar il-futur ta’ uliedhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel — President Kunsill tal-Iskola
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru naqas milli jaħtar President tal-Kunsill tal-Iskola għaċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, skont l-obbligu legali tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu biex jiġi żgurat li dan ma jerġax jiġri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru msemmi għandhom President.
Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel — President Kunsill tal-Iskola
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Ministeru naqas milli jaħtar President tal-Kunsill tal-Iskola għaċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, skont l-obbligu legali tiegħu? Tista’ tgħid ukoll x’passi ttieħdu biex jiġi żgurat li dan ma jerġax jiġri?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex tiġi żgurata rappreżentanza tal-istudenti fil-Kunsill tal-Iskola taċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, speċjalment għaż-żgħażagħ li ma jitkellmux?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet fl-iskola kien hemm 77 student li 11 minnhom kienu parti mill-kunsill tal-istudenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex tiġi żgurata rappreżentanza tal-istudenti fil-Kunsill tal-Iskola taċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, speċjalment għaż-żgħażagħ li ma jitkellmux?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ċentru ta’ Riżorsi Guardian Angel — Involviment tal-ġenituri u tal-professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex jiġi garantit l-involviment tal-ġenituri u tal-professjonisti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull skola, l-iskola ta’ Guardian Angel għandha l-Kunsill Skolastiku li jiġi ffurmat minn ġenituri u rappreżentanza tal-istaff. L-iskola taddotta wkoll open door policy fejn ġenituri, staff jew professjonisti jistgħu jitkellmu mal-Kap tal-Iskola jew Deputati Kapijiet.
Ċentru ta’ Riżorsi Guardian Angel — Involviment tal-ġenituri u tal-professjonisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex jiġi garantit l-involviment tal-ġenituri u tal-professjonisti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Studenti b’diżabilità intellettwali u multipla — Taħriġ għat-tuturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet strutturati biex jiġi żgurat li t-tuturi jirċievu taħriġ għal żvilupp professjonali regolari u speċjalizzat biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-istudenti b’diżabilità intellettwali u multipla? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull skola oħra, l-iskejjel speċjalizzati huma magħmula minn edukaturi u mhux tuturi. Dawn l-edukaturi igawdu l-istess numru ta’ sigħat ta’ taħriġ bħal kull edukattur ieħor. Jekk l-iskola tħoss li hemm bżonn sigħat addizzjonali, il-Kap tal-Iskola u l-Kapt tal-Kulleġġ jagħmlu talba lid-Direttur Ġenerali.
Dwar it-temi tal-istess taħriġ, dawn jintgħażlu wara li ssir evalwazzjoni interna mis-Senior Leadership Team u anke diskussjoni mal-istess edukatturi. Dan sabiex jiġi żgurat li t-temi li jintgħażlu jirriflettu l-bżonnijiet kurrenti tal-iskola
Studenti b’diżabilità intellettwali u multipla – Taħriġ għat-tuturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet strutturati biex jiġi żgurat li t-tuturi jirċievu taħriġ għal żvilupp professjonali regolari u speċjalizzat biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-istudenti b’diżabilità intellettwali u multipla? Jekk iva, tista’ tgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ċ-Ċentri tar-Riżorsi huma segregati b’mod li t-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu fihom ma jitħallewx jaqsmu l-bitħa u jitħalltu ma’ studenti oħrajn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda ħin it-tfal ma jiġu segregati, tant hu hekk li ċertu attivitajiet jiġu organizzati flimkien.
Infurmat li l-Iskola Primarja Mainstream ta’ Qrendi u ċ-Ċentru tar-Riżorsi ta' Helen Keller jaqsmu l-istess bitħa u sala. Fil-fatt, jiġu organizzati diversi attivitajiet flimkien, kemm fil-bitħa kif ukoll fis-sala, bħal Sports Days, Bike Ride, attivitajiet tal-Milied u dawk tal-Karnival, quddies u assemblies speċjali. Għalhekk, hemm inklussivita attiva bejn it-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu ż-żewġ skejjel.
Fil-każ tas-Sannat Special Unit, l-istudenti jkunu flimkien fil-ħin tal-break u anke xi attivitatjiet organizzati mill-iskola.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li ċ-Ċentri tar-Riżorsi huma segregati b’mod li t-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu fihom ma jitħallewx jaqsmu l-bitħa u jitħalltu ma’ studenti oħrajn?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Żgħażagħ mhux verbali — Komunikazzjoni bis-sinjali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jiġu implimentati fl-iskejjel kollha madwar Malta, mudelli effettivi ta’ komunikazzjoni bis-sinjali sabiex iż-żgħażagħ mhux verbali jkollhom din l-għodda bażika universali għad-dispożizzjoni tagħhom meta jiġu biex jitilqu mill-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta tmur id f’id mal-prijoritajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, hekk kif l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri huma perfettament allinjati mal-Politika Nazzjonali tal-Inklużjoni. Fl-iskejjel diġà qed jintużaw sistemi ta’ Komunikazzjoni Awtentika Alternattiva bl-Ingliż Augmentative and Alternative Communication (AAC), dawn jinkludu kemm mezzi no-tech, low-tech kif ukoll high-tech, skont il-bżonnijiet individwali tal-istudent. Eżempju ta’ mezz no-tech, huwa l-użu fl-iskejjel tal-key word signing li hija sistema fejn jiġu enfasizzati biss il-kliem ewlenin f’sentenza permezz ta’ sinjali. Filfatt ħafna skejjel diġà jirċievu taħriġ bażiku fil-key word signing mill-speech and language pathologists, speċjalment taħriġ lill-Learning Support Educators (LSEs) meta jintalab il-bżonn mill-iskejjel rispettivi.
Għodod
low-tech
jinkludu sistemi bħal
PECS
(
Picture Exchange Communication System
), fejn l-istudenti jużaw
flashcards
jew simboli biex jikkomunikaw, kif ukoll
bords ta’ komunikazzjoni
jew
bords bl-alfabett
li jistgħu jindikaw b’subgħajhom. Dawn huma soluzzjonijiet sempliċi iżda effettivi, speċjalment meta ma jkunx hemm aċċess għal teknoloġija elettronika.
Min-naħa l-oħra, mezzi
high-tech
jistgħu jinkludu
tablets
jew
devices elettroniċi
li jipproduċu ħoss jew diskors sintetiku meta l-istudent jagħżel simbolu jew frażi bħal pereżempju l-użu ta’ apps bħal
Proloquo2Go
jew
GoTalk NOW
. F’każijiet aktar kumplessi, l-istudenti jużaw sistemi b’
kontroll bil-ħarsa tal-għajnejn (
eye gaze
)
, speċjalment għal studenti b’mobilità limitata. Dawn is-sistemi kollha għandhom rwol kruċjali biex itejbu l-indipendenza tal-istudent u jħeġġu parteċipazzjoni attiva fil-klassi. L-edukaturi li jkunu qed jaħdmu ma’ dawn l-istudenti jiġu pprovduti b’taħriġ addekwat, flimkien mal-kustodji rispettivi tagħhom, sabiex tiġi żgurata kontinwazzjoni effettiva bejn dak li jsir id-dar u dak li jsir fl-ambjent tal-iskola. Permezz ta’ dawn l-għodod kull student jista’ jesprimi ruħu b’mod denju u indipendenti.
Żgħażagħ mhux verbali — Komunikazzjoni bis-sinjali
Question
Tista’ l-Ministru tikkonsidra li jiġu implimentati fl-iskejjel kollha madwar Malta mudelli effettivi ta’ komunikazzjoni bis-sinjali sabiex iż-żgħażagħ mhux verbali jkollhom din l-għodda bażika universali għad-dispożizzjoni tagħhom meta jiġu biex jitilqu mill-iskola?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tneħħija ta’ għodod edukattivi/sistemi ta’ assistenza
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex tneħħew ċerti għodod edukattivi jew sistemi ta’ assistenza mingħajr konsultazzjoni minn qabel, bħal CLICKER 8, u ġew riattivati u installati mill-ġdid wara pressjoni li saret u wara li l-liċenzja ġiet irtirata għal diversi xhur mingħajr avviż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Clicker 8 ma ġietx imneħħija u qed topera b’mod normali.
Tneħħija ta’ għodod edukattivi/sistemi ta’ assistenza
Question
Tista’ l-Ministru tispjega għaliex tneħħew ċerti għodod edukattivi jew sistemi ta’ assistenza mingħajr konsultazzjoni minn qabel, bħal CLICKER 8, u ġew riattivati u installati mill-ġdid wara pressjoni li saret u wara li l-liċenzja ġiet irtirata għal diversi xhur mingħajr avviż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.