Legislature:
Category:
Reset
Active:

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4903 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f’Tas-Sliema, huwa tmienja u għoxrin (28). Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar. List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - Sliema Local Council Case Full Ref Sliema EC/00003/22 Sliema EC/00016/22 Sliema EC/00169/22 Sliema EC/00110/23 Sliema EC/00112/23 Sliema EC/00173/23 Sliema EC/00182/23 Sliema EC/00190/23 Sliema EC/00164/23 Sliema EC/00166/23 Sliema EC/00165/23 Sliema EC/00167/23 Sliema EC/00169/23 Sliema EC/00170/23 Sliema EC/00217/23 Sliema EC/00172/23 Sliema EC/00039/24 Sliema EC/00176/24 Sliema EC/00003/25 Sliema EC/00044/25 Sliema EC/00078/25 Sliema EC/00091/25 Sliema EC/00178/25 Sliema EC/00013/26 Sliema EC/00016/26 Sliema EC/00088/26 Sliema EC/00122/26 Sliema EC/00129/26

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4902 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f’San Giljan, huwa sittax (16). Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar. List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - San Giljan Local Council Case Full Ref San Giljan EC/00001/22 San Giljan EC/00020/23 San Giljan EC/00059/23 San Giljan EC/00154/23 San Giljan EC/00179/23 San Giljan EC/00195/23 San Giljan EC/00213/23 San Giljan EC/00061/24 San Giljan EC/00062/24 San Giljan EC/00092/24 San Giljan EC/00143/24 San Giljan EC/00053/26 San Giljan EC/00063/26 San Giljan EC/00085/26 San Giljan EC/00095/26 San Giljan EC/00101/26

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fil-Gżira, huwa disgħa (9). Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar. List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - Gzira Local Council Case Full Ref Gzira EC/00027/24 Gzira EC/00013/24 Gzira EC/00045/24 Gzira EC/00042/25 Gzira EC/00055/25 Gzira EC/00065/25 Gzira EC/00162/25 Gzira EC/00005/26 Gzira EC/00115/26

Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3885 u 4458 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3884 u 4457 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3883 u 4456 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman – Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3882 u 4455 u jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, 1.    Illi l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jagħmlu spezzjonijiet regolari fiż-żoni kollha fejn hemm “encroachment concessions” relatati ma’ mwejjed u siġġijiet ta’ stabbilimenti tal-ikel. 2. Meta jkun hekk jeħtieġ, li l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jitolbu l-assistenza ta’ uffiċjali oħrajn minn awtoritajiet illi għandhom ukoll ġurisdizzjoni fuq din il-materja, bħal Transport Malta, Malta Tourism Authority, Planning Authority u anke l-Pulizija.  Dan kollu fi sforz kordinat ħalli dak li jkun jara preżenza ta' kull min għandu l-obbligu li jinforza l-ligijiet, u jifhem illi l-abbuż huwa ħażin.   F’dawn l-okkażjonijiet, l-uffiċjali kollha jkunu murija bi pjanti li jindikaw ċar il-konfini approvati minn kulħadd. Fejn jinstabu każijiet ta’ abbużi, l-operaturi jiġu avżati sabiex jottemperaw ruħhom mal-konfini kif approvati fil-permessi u l-konċessjonijiet. 3.   Rigward il-kwistjoni tal-immarkar tal-konfini, joħrog ċar mill-policies approvati li jgħoddu għal kulħadd, illi dawn għandhom isiru mill-awtoritajiet regolatorji de quo. 4. Finalment, irid jiġi spjegat li l-Awtorità tal-Artijiet, kuntrarju għal awtoritajiet oħra, ma timponix avviżi ta’ infurzar, iżda                      tista’ toħroġ notifiċi ta’ żgumbrar minn art pubblika tramite ordnijiet ġudizzjarji skont il-provvedimenti tal-Kapitolu 573                      tal-Liġijiet ta’ Malta.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3879 u 4388 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3880 u 4387 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3881 u 4386 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3885 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3884 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3883 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman – Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3882 u jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3879 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3881 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

KM Malta Airlines – Servizzi ta’ konsulenza professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3490 u jgħid kemm nefqet KM Malta Airlines fuq servizzi ta’ konsulenza professjonali mill-bidu tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-isem tal-konsulenti jew tad-ditti li ngħataw dawn il-kuntratti; ii.   jipprovdi l-ammont imħallas lil kull wieħed minnhom; iii.  jgħid is-servizzi li għalihom ġew ingaġġati; u iv.  jgħid jekk dawn is-servizzi ngħatawx permezz ta’ sejħa għall-offerti, proċess kompetittiv jew b’għotja diretta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Kontijiet finanzjarji awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3489 u jgħid jekk il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ KM Malta Airlines, li twaqqfet fl-2023, ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi u ppreżentati lill-Malta Business Registry, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan id-dewmien, jindika jekk ingħatawx estensjonijiet addizzjonali u jagħti data sa meta dawn il-kontijiet huma mistennija li jiġu ppreżentati u ppubblikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif għidt fid-diskors tal-Budget, għaddejjin b’taħditiet ma’ numru ta’ kumpaniji tal-avjazzjoni bil-għan li jinstab sieħeb strateġiku għal-linja tal-ajru tagħna. Għaldaqstant minħabba s-sensittività tat-tali proċess, kwalunkwe pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ser issir wara l-għeluq ta’ dawn id-diskussjonijiet.

AIMS – Rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483, jista’ l-Ministru jgħid meta huma mistennija jitlestew il-proċessi interni relatati mar-rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) għas-snin 2023, 2024 u 2025, u jispjega r-raġunijiet għaliex dawn il-proċessi għadhom ma tlestewx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmati li qed isir ix-xogħol biex il-Bord tad-Diretturi jkun jista’ japprova tali rapport fil-ġimgħat li ġejjin.