Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema tax-xatt

Question

B’referenza għall-Ħaddiema tax-Xatt, jista’ l-Ministru jgħid x’penali jew konsegwenzi jistgħu jiġu imposti mill-Ewropa fuq pajjiżna, jekk il-gvern jibqa jgħaddas rasu u jħalli s-sitwazzjoni kif inhi jew iraqqaha b’mod kosmetiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15196 dwar l-użu tal-frekwenzi electromagnetiċi fir-range bejn 2GHZ u 300GHZ u b’mod partikolari għall-mistoqsija (b) fejn staqsejt lill-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni (MCA) jekk l-Awtorità staqsietx għal parir tas-Supretendent tas-Saħħa fejn hu pubblikament hu magħruf, fejn anke l-MCA hi mgħarrfa wkoll, li Superetendent tas-Saħħa stqarret hekk: “Given 5G devices and networks are a new concept, the potential increase in overall exposure to EMF is unclear . In view of the uncertainty of exposure potential exposure from 5G and the possible resulting health effects especially in the long term, and considering the high level of urbanization in Malta, the precautionary principle underlying public health should be more upheld and more time allowed for international studies to be carried out and updated guidelines from ICNIRP ...which are currently being revised be issued.” Malta Public Health Authority, (Sep 2019), għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-MCA qed tinnega dan il-fatt u din id-dikjarazzjoni pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konklużjoni li hu għamel li l-MCA qiegħda tinnega direzzjoni uffiċjali tas-Supretendent tas-Saħħa mhix korretta. L-MCA taħdem b’mod kontinwu mal-entitajiet responsabbli mis-saħħa pubblika fejn tinforma lill-istess entitajiet bir-riżultati miksuba mill-miżuri dwar emissjonijiet tar-radjazzjoni mhux jonizzanti kif iġġenerati minn sistemi ta’ komunikazzjoni bla fili. Għaldaqstant, kif ġie diġà spjegat fir-risposta mogħtija għall-PQ 15196, l-MCA tesiġi l-konformità mal-istandard ta’ emissjoni tar-radjazzjoni adottat u ppubblikat mill-ICNIRP peress li ma ġie identifikat l-ebda standard ieħor ta’ din ix-xorta mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa hekk kif jista’ jiġi speċifikat bil-liġi.

Property Malta — tmexxija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14581 dwar Property Malta Foundation u r-rapport finanzjarju tas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat il-pjan nazzjonali fit-tul tal-Industrija tal-Proprjetà li hu wieħed mir-remits ta’ din il-fondazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mir-remits ta din il-Fondazzjoni huwa propju "To Develop a national long-term product positioning strategy for the industry". Fil-fehma tagħna din tirreferi għal mod ta' kif ghanda tigi promossa il-brand "Malta" fuq is-swieq internazzjonali. Din l-mira qed tintleħaq bil-branding li sar diġa’ kemm bħala logo, website u d-disinn ġenerali li jintuża fil-fieri internazzjonali li dejjem iġib isem Malta fuq quddiem. B'hekk qed isir "product positioning" diġa li huwa rifless fl-aġir u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Id-dokumenti relatati tal-brand "Property Malta" qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14713, li tirrigwardja d-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), peress li din l-interpellanza taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, jista' l-Ministru: a. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li juru biċ-ċar li l-użu tal-frekwenza electromagnetics fir- range bejn 2GHz u 300GHz b’mod pulsating huma safe għas-saħħa tal-bniedem u tal-entitajiet bioloġiċi oħra; u b. jgħid meta kienu l-okkażżjonijiet fejn l-MCA talbet u ħadet il-parir tas-Supretendenza tas-Saħħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal ma diġà ġie spjegat fi tweġibiet oħra mogħtija: (a.) L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) mhix l-awtorità kompetenti u m’ għandiex responsabbilitajiet u kompetenzi fuq aspetti tas-saħħa. (b.) Ir- Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali) (L.S.399.28), jirrkjedu li intrapri¿i awtorizzati mill-MCA għandhom iħarsu ordnijiet mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika bħala adegwati biex tiġi zgurata l-limitazzjoni għall-espozizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi. L-MCA ma rċeviet l-ebda direzzjoni minn awtoritajiet oħra biex tenforza standards ta’ emissjoni tar-radjazzjoni aktar stretti minn dawk tal-ICNIRP kif stipulati fl-istess regolamenti.

Abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju

Question

Billi l-mużika f’żoni rurali fil-konfini ta’ lokalitajiet ma hijiex kontrollata mil-liġi skont il-ħtiġijiet u x-xjenza tal-lum u-l-istess jiġri minn parties privati f’żoni residenzjali fejn l-inkonvenjent u d-disturb matul il-lejl b’mod regolari lir-residenti partikolarment minn diskoteki hu wieħed li qed jaffettwa s-saħħa tal-familji u peress li dan hu tniġġis li jaffettwa s-saħħa fiżika, mentali u soċjali tal-bniedem, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressaq l-abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju li ilu fuq l-ixkaffa sentejn minkejja li ġie diskuss fil-Kabinett? Dan se jkun ifisser li ġej sajf ieħor ta’ inkonvenjent?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju

Question

Billi l-mużika f’żoni rurali fil-konfini ta’ lokalitajiet ma hijiex kontrollata mil-liġi skont il-ħtiġijiet u x-xjenza tal-lum u l-istess jiġri minn parties privati f’żoni residenzjali fejn l-inkonvenjent u d-disturb matul il-lejl b’mod regolari lir-residenti partikolarment minn diskoteki hu wieħed li qed jaffettwa s-saħħa tal-familji u peress li dan hu tniġġis li jaffettwa s-saħħa fiżika, mentali u soċjali tal-bniedem, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressaq l-abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju li ilu fuq l-ixkaffa sentejn minkejja li ġie diskuss fil-Kabinett? Dan se jkun ifisser li ġej sajf ieħor ta’ inkonvenjent?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ligijiet dwar storbju minn stabilimenti kummerċjali Kemm jekk huma f’żoni rurali, Kif ukoll f’żoni residenzjali diġà jezistu u huma kkontrolati minn entitajiet li jaqghu taht Ministeri oħra. Intant, il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar se jistudja best practices ta’ pajjiżi oħra u jhares lejn l-impatt ta’ dan l-istorbju fuq il-biodiversità f’żoni rurali.

Abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju

Question

Billi l-mużika f’żoni rurali fil-konfini ta’ lokalitajiet ma hijiex kontrollata mil-liġi skont il-ħtiġijiet u x-xjenza tal-lum u l-istess jiġri minn parties privati f’żoni residenzjali fejn l- inkonvenjent u d-disturb matul il-lejl b’mod regolari lir-residenti partikolarment minn diskoteki hu wieħed li qed jaffettwa s-saħħa tal-familji u peress li dan hu tniġġis li jaffettwa s-saħħa fiżika, mentali u soċjali tal-bniedem, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressaq l-abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju li ilu fuq l-ixkaffa sentejn minkejja li ġie diskuss fil-Kabinett? Dan se jkun ifisser li ġej sajf ieħor ta’ inkonvenjent?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Property Malta — tmexxija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14581 dwar Property Malta Foundation u r-rapport finanzjarju tas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali u finanzjarju tas-sena 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Property Malta — tmexxija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14581 dwar Property Malta Foundation u r-rapport finanzjarju tas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-Board Allowance li tammonta għall-€39,525 u lil min tħallsu skont l-ismijiet li ssottometta fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-membri tal-bord mgħotija bħala risposta għall-PQ14581 kienet dik ta' Mejju 2020. Annessa fit-tabella t’hawn taħt hemm il-lista tal-membri tal-bord fis-sena 2018 u l-Allowances li ingħataw. PROPERTY MALTA FOUNDATION Board Allowances 2018 Name Details (Eur) Peter Paul Caruana Board Member 3,500.00 Vincent Bone Board Member 3,500.00 Michael Stivala Board Member 3,500.00 Antoine Mallia Board Member 3,500.00 Michael Bonello Board Member 3,500.00 Alfred Camilleri Board Secretary 8,975.00 Sandro Chetcuti Chairman 10,000.00 Joseph Vella Bonnici Board Member 2,375.00 Stephen Mercieca Board Member 675.00 Total Allowances 39,525.00

Property Malta — tmexxija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14581 dwar Property Malta Foundation u r-rapport finanzjarju tas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż tal-fieri internazzjonali li huma msemmija fir-rapport waħda waħda u jagħti wkoll il-break down ta’ kull nefqa ta’ kull fiera maqsuma fi ħlasijiet dwar vjaġġar, entertainment, memberships, participation fees u nfiq ieħor?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-ispejjez tal-fieri huma annessi fit-tabella t’hawn taħt; PROPERTY MALTA FOUNDATION CirtyScape Expo Dubai (October 2018) Breakdown of Costs Details Value (Eur) Direct Stand Related expenses including participation fees, stand build and on-stand features 173,955.27 Flights & Accomodation 6,666.00 Entertainment - Membership Fees - Total Expenditure 180,621.27

COVID-19 — pazjenti

Question

Filwaqt li nfaħħar l-inizjattivi f’waqthom li ttieħdu s’issa mill-Ministeru tas-Saħħa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jiddettalja: 1. il-kawża eżatta ta’ kull persuna li isimha qiegħed imniżżel fil-lista ta’ dawk li mietu li kellhom test pożittiv tal-COVID-19; 2. it-tul ta’ konvalexxenza tal-persuni kollha li rriżultaw pożittivi għall-istess COVID-19 mid-data tat-test u li llum jinsabu li fiequ; 3. in-numru ta' persuni li rriżultaw b'test pożittiv tal-COVID-19, li rreġistraw sintomi baxxi u/jew negliġibbli; 4. in-numru ta’ pajenti li rriżultaw b’test pożittiv tal-COVID-19 li nżammu taħt il-kura ta’ sptar għal iktar minn ġurnata waħda; 5. in-numru ta’ pazjenti li rriżultaw b’test pożittiv tal-COVID-19 li kellhom bżonn assistenza respiratorja ġewwa l-isptar; 6. in-numru ta’ pazjenti li rriżultaw b’test pożittiv tal-COVID-19 li kienu ħadu l-vaċċin tal-influwenza f’dawn l-aħħar 8 xhur; u 7. il-metodoloġija u d-dettalji kollha li wasslu lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġi stabbilit li kien hemm testijiet pożittivi fil-gżejjer Maltin tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet fi ħdan id-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka, mis-sitt persuni li l-COVID-19 ikkontribwixxiet għall-mewt tagħhom, f'ħamsa minnhom il-kawża prinċipali tal-mewt hija kkunsidrata li kienet il-COVID-19, mentri fil-persuna l-oħra l-COVID-19 kienet kawża kontributorja, minħabba li l-kawża tal-mewt prinċipali kienet relatata mal-musrana. Aktar dettalji ma jistgħux jingħataw għaliex jistgħu jwasslu għal identifikazzjoni tal-persuni individwali, liema informazzjoni hija ta' sensittivita' kbira għall-qraba tal-mejta, skont il-parametri tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, 2018. Il-medja ta’ ġranet ta’ konvalexxenza tal-persuni li rriżultaw pożittivi għall- COVID-19 mid-data tat-test u sakemm instabu li fiequ hija ta’ 16 il-ġurnata. Ninfurmah ukoll illi 25% tal persuni li rriżultaw b'test pożittiv tal-COVID-19, ma kellhomx sintomi. Jekk tnaqqas ir-residenti ta Hal Far Tent Village ir-rata hija ta 13%. 19% tal pazjenti li rriżultaw b’test pożittiv tal-COVID-19 nżammu taħt il-kura tal- isptar Mater Dei għal iktar minn ġurnata waħda fl-Infectious Disease Unit u kien hemm ukoll 11 il- persuna li kellha bzonn il-kura fl-Intensive Theraphy Unit, li minn dawn erba’ pazjenti kellhom bżonn assistenza tal-ventilator ġewwa l-ITU ta’ Mater Dei. 55% ta’ pazjenti li rriżultaw b’test pożittiv tal-COVID-19 qalu li ħadu l-vaċċin tal-influwenza is-sena l-oħra. Id- Dipartiment ghas-Saħħa mexa ma’ kriterji u case definition ta’ każijiet pożittivi għall- COVID 19, fejn mexa ma’ linji gwida ippublikati kontinwament, mill-WHO kif ukoll mill-ECDC. Din il- case definition kienet tiġi aġġornata mil-WHO u l-ECDC hekk kif kien hemm żviluppi ġodda fuq dan il- virus . Din il- case definition kienet mgħotija lil kull tabib/a tas-saħħa pubblika, u wkoll tobba fil-privat. Kull persuna li kienet taqa’ taħt dawn il-kriterji, kienet qed tiġi mibgħuta biex tieħu l-kampjun u jiġi ttestjat.

Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-istudji li juru biċ-ċar li l-użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ b'mod ta' pulsing huma safe għas-saħħa tal-bniedem u tal-entitajiet bioloġiċi oħra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Testijiet tat-tekonoliġija 5G

Question

Jista’ l-Ministru: i. isemmi liema belt jew raħal ġie magħżul mill-Gvern skont it-talba tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex isiru t-testijiet tat-teknoloġija 5G; ii. isemmi meta dawn it-testijiet għandhom isiru; u iii. jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttriċi tas-Saħħa Pubblika li ma jiġix attivat il-5G ġewwa l-Gżejjer Maltin qabel ma jkunu saru t-testijiet li juri li mhux ser ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hu qed isir l-ebda test għat-teknoloġija 5G, filfatt ma hemm l-ebda operaturi kummerċjali lokali jew entità oħra li attwalment irreġistrat mal-MCA għall-użu ta’ frekwenzi biex isiru testijiet għat-teknoloġija 5G. L-MCA ma rċeviet l-ebda direzzjoni minn awtoritajiet tas-Saħħa biex tenforza standards ta’ emissjoni tar-radjazzjoni aktar stretti minn dawk tal-ICNIRP minnħabba t-teknoloġija 5G.

Użu tal-bandwidth 2.5GHZ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i. x'inhi l-policy tal-gvern fir-rigward tal-użu tal-bandwidth 2.4 GHZ sabiex jiġi attivat servizz tal-internet li jissejjaħ 4.5G jew 4G plus, li kumpanija hawn Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, skont il-website tagħha, qiegħda diġà toffri download speeds enormi ta' 1000 GHZ kull sekonda, u ċjoè l-istess speed li qed jiġi reklamat mad-dinja kollha bħala l-ispeed il-ġdid li qed toffri t-teknoloġija 5G; ii. jekk kienx hemm studji li saru fuq l-użu tas-safety tar-routers domestiċi li qiegħda tuża din l-istess kumpanija, sabiex toffri dan id-download speed, kif ukoll sabiex topera sistema nazzjonali ta' "hotspots" għall- open wifi għall-mobiles tal-kumpanija? U jekk fl-affermativ, jistax il-Ministru jippreżenta kopji ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra; u iii. jekk kienx hemm studji li saru fuq l-użu tas-safety tar-routers industrijali bħal dawk li qed jintużaw fl-iskejjel? U f’każ affermativ, jistax il-Ministru jippreżenta kopji ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika ta’ Malta dwar l-użu tal-medda tal-frekwenzi fit-2.4 GHz hi skont id-Deċizjoni tal-Kummissjoni Ewropeja Nru. 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal uzu ma’ tagħmir għal meded qosra (short range devices), kif emendata l-iktar riċenti f’Awwissu 2019 permezz ta’ Deċi¿joni (UE) 2019/1345. L-uzu ta’ din il-medda (iġifieri 2400-2483.5 MHz) f’Malta għall-tagħmir wideband tat-trazmissjoni tad-data hu skont Anness tad-Deċz¿joni (paragrafu 57c tat-Tabella 2). Dan minkejja li Malta setgħat timponi kundizzjonijiet dwar l-uzu ta’ din il-medda anqas stretti, bħal per ezempju, tippermetti livell aktar għoli tal-qawwa tat-trazmissjoni. L-użu ta’ din il-medda hu fuq bażi newtru tat-teknoloġija biex tiffaċilità l-introduzzjoni ta’ tagħmir għal meded qosra aktar effiċjenti u għaldaqstant b’veloċità aħjar. Għandu jiġi kjarifikat li l-medda 2.4 GHz mhix identifikata fuq bażi Ewropeja inkluz Malta, għall-trazmissjonijiet tat-teknoloġija mobbli bħal 4G u 5G. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tad-domonda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Immigranti irregolari jirritornaw lura lejn il-Libja — użu ta' wċuħ ta' baħar merkantili

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern qed juża s-servizz ta' numru ta' wċuħ tal-baħar merkantili biex jisfurzaw l-immigranti irregolari li jkunu fl-ibħra Mediterranji jirritornaw lura lejn il-Libja u li l-Forzi Armati ta' Malta ntalbu jikkoperaw magħhom? Kemm hu l-ħlas ta' din l-ispiża? Kif saret is-sejħa tal-offerta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern dejjem għamel ħafna iżjed mill-obbligi li hu marbut bihom biex isalva l-ħajjiet tal-immigranti.

Djar Residenzjali għall-persuni b’diżabilità – servizz ta’ respite

Question

Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità li qed joffru s-servizz ta’ respite f’pajjiżna? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri ta’ dawn il-persuni b’diżabilità biex jagħmlu użu mir-respite u għal kemm żmien jingħata dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Ċentri ta’ Matul il-Jum u Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità – drittijiet u responsabilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-drittijiet u r-responsabiltajiet tal-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u tad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport dejjem tagħti aċċess u tippermetti lill-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha sabiex jeżerċitaw id-drittijiet u r-responsabilitajiet tagħhom skont il-liġi, skont l-istandards maħruġa mill-Awtorità għall-Istandards ta' Ħarsien Soċjali, ir-regolamenti tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità, kif ukoll drittijiet internazzjonali stabbiliti minn liġijiet tal-UE u l-UNCRPD. Dawn id-drittijiet jinkludu: § Id-dritt għal informazzjoni dwar is-servizz li qed jirċievu, waqt li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardjaw lilhom; § Id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tin¿amm dwarhom mill-Aġenzija, skont kif tippermetti l-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data; § Id-dritt li jagħżlu liema programm jipparteċipaw fih u li jitolbu tibdil fil-programm jew servizz li qed jirċievu; § Id-dritt li jitolbu informazzjoni dwar finanzjar tas-servizz (fil-każ ta’ servizz residenzjali); § Id-dritt li jagħżlu staff imħarreġ bħala key workers tagħhom skont ir-riżorsi disponibbli; § Id-dritt li jirrifjutaw servizz, sakemm din it-talba ma tkunx ta’ detriment għalihom; § Id-dritt li jingħataw l-opportunità u l-għajnuna meħtieġa sabiex iwasslu l-opinjoni tagħhom, inkluż id-dritt li joffru suġġerimenti għal tibdil u titjib fis-servizz; § Id-dritt li jingħataw servizz personalizzat u komplut, inkluż servizzi oħra tal-Aġenzija kif ukoll minn entitajiet oħra; § Id-dritt li jkunu rispettati, waqt li jirċievu servizz b’dinjità skont il-bżonn individwali tagħhom; § Id-dritt li jirċievu trattament mediku skont il-bżonn; § Id-dritt għal kunfidenzjalità u li jingħataw servizz mingħajr ebda diskriminazzjoni; § Id-dritt għal privatezza u sigurtà; § Id-dritt li jgawdu d-drittijiet ċivili tagħhom; § Id-dritt li jirrappurtaw inġustizzja u/jew abbuż lill-Aġenzija u/jew awtoritajiet esterni oħra, mingħajr riperkussjonijiet; § Id-dritt li jingħataw mezz ta’ trasport aċċessibbli waqt l-użu tas-servizz kif ukoll jiġu mgħejuna jużaw mezzi ta’ trasport pubbliku skont l-abbiltajiet u l-bżonnijiet tal-persuna; § Id-dritt għal inklużjoni fil-komuntà u f’attivitajiet li jilħqu l-bżonnijiet u l-gosti tagħhom u li jiċċelebraw avvenimenti speċjali; Ir-responsabilitajiet jinkludu: § Li jirrispettaw benefiċjarji oħra u lil min qed itihom servizz; § Li jieħdu ħsieb propjetà tal-Aġenzija; § Li jieħdu ħsieb affarijiet personali ta’ benefiċjarji oħra, inkluż li ma jintużawx affarijiet personali mingħajr permess tas-sid, ma jsirx serq u l-anqas ħsara; § Li jinfurmaw jekk hux ser jattendu (fil-każ ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum); § Li jinfurmaw dwar tibdil fil-kundizzjoni ta’ saħħa jew fit-trattamenti li jkunu qed jirċievu; § Li jinfurmaw dwar tibdil fid-dieta jew allerġiji; § Li javżaw meta jkunu ma jifilħux u jibqgħu d-dar kemm fl-aħjar interess tagħhom kif ukoll fl-aħjar interess ta’ benefiċjarji oħra u staff, waqt li jsegwu d-direzzjoni tat-tabib; § Li jinfurmaw dwar tibdil fl-imġieba tagħhom li tista’ tkun ta’ periklu għalihom infushom u għal ħaddieħor; § Li jinfurmaw dwar bidla fis-sitwazzjoni soċjali u familjari tagħom, li tista’ taffettwa l-provvediment tas-servizz; § Li jirrappurtaw inġustizzji jew imġieba mhux xierqa fil-konfront tagħhom waqt il-provvediment tas-servizz, lil rappreżentanti tal-Aġenzija jew awtoritajiet esterni oħra; § Li jipparteċipaw b’mod attiv fl-iżvilupp u titjib tal-operat tal-Aġenzija; § Li jirrispettaw il-kunfidenzjalità marbuta mas-servizz kif ukoll il-konfini professjonali.

Gżejjer Maltin – taqsim tal-art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin f’persentaġġ bħala kampanja (b’veġitazzjoni naturali u semi-naturali), art agrikola u dik żviluppata (inkluż żoni industrijali) fil-preżent?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Kumitat dwar l-approvazzjoni tal-mediċina kannabis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull kemm jiltaqa’ l-kumitat dwar l-approvazzjoni tal-mediċina kannabis kull sena minn meta twaqqaf? Kemm-il talba saret għall-approvazzjoni għal kull sena? Jista’ jgħid kemm ġew approvati għal kull sena? Dawk li ma ġewx approvati, x’għamla ta’ risposta jkollhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat dwar l-approvazzjoni tal-mediċina kannabis jiltaqa’ ta’ spiss, mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. Sal-14 ta’ Mejju 2020 ġew approvati 690 persuna. Kull applikazzjoni tiġi proċessata minn dan il-kumitat, dejjem jekk l-applikazzjoni jkollha d-dettalji kollha mniżżla. Jekk dawn id-dettalji jkunu neqsin, it-tabib jiġi nfurmat bil-miktub biex ġentilment jimla d-dettalji li jkunu neqsin. It-tabib dejjem ikun infurmat bid-deċiżjoni finali bil-miktub.

ARMS – verifiki tal-kontijiet tal-elettriku lil terzi persuni

Question

Peress li l-proċedura tal-ARMS hi li ma tagħtix informazzjoni lill-membri tal-istess familja dwar verifika tal-kont tal-elettriku, imma tobbliga li l-persuna li jkollha l-kont reġistrat fuqha biex hi biss tistaqsi, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-proċedura tinbidel, meta nafu li hemm sezzjoni ta’ nies li jitolbu għajnuna ta’ ħaddieħor biex jitkellmu f’isimhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija ARMS Ltd hija obbligata li timxi mal-liġi tad-data fejn kwalunkwe informazzjoni fuq il-kontijiet tingħata biss lil sid il-kont u mhux lil terzi persuni. Tista’ pero ssir prokura jew authoristation letter flimkien ma’ kopja tal-ID card minn sid il-kont, u dak li jkun ikollu aċċess sabiex jitkellem f’isimhom.