Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16493 fejn qed jingħad li l-informazzjoni diġà tinħareġ skont il-liġi, ma jaħsibx il-Ministru li din il-klawsola fil-liġi ma tħarisx is-Saħħa Pubblika meta hawn il-Pandemija tal-COVID-19, meta min jirbaħ l-offerta u min tefa’ l-offerta, huma notifikati fuq notice board biss, li hi mdendla wara receptionist?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16629 tal-istess Seduta.

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16493 fejn qed jingħad li l-informazzjoni diġà nħareġ skont il-liġi, ma jaħsibx il-Ministru li din il-klawsola fil-liġi ma tħarisx it-trasparenza soċjali meta min jirbaħ l-offerta u min tefa’ l-offerta huma notifikati fuq notice board biss li hi mdendla wara receptionist f’ħinijiet ristretti ta’ uffiċċju? Dan jitqies aċċess adekwat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16629 tal-istess Seduta.

Fabbriki tan-Nar – ħażna ta’ klorat, perklorat u nitru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu importat/maħżun kull sena klorat, perklorat u nitru li jintuża għall-fabbriki tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-15 ta’ Ottubru 2020 l-ammonti ta’ klorat, perklorat u nitru li jintużaw għall-fabbriki tan-nar u li ġie impurtat/maħżun kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Perklorat impurtat Perklorat maħzun ma l-importaturi Klorat impurtat Klorat maħzun għand il-Forzi Armati Nitru impurtat Nitru maħzun għand il-Forzi Armati 2020 Nil Nil 4,000 4,000 kgs 35,000 35,000 kgs

Il-Miżieb – kundizzjonijiet dwar l-għoti ta’ art lill-FKNK

Question

Peress li l-ispazju pubbliku fil-beraħ hu limitat ħafna u d-densità u l-intensità ta’ pajjiżna huma magħrufa, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-art tal-Miżieb lill-FKNK? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-kuntratt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra żewgt stqarrijiet li ħargu fil-jiem li għaddew waħda b’numru PR 201943 li ħarget fit-9 ta’ Ottobru mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u mill-Ministeru għal Għawdex u oħra b’numru PR 201955 tal-10 ta’ Ottubru mill-Gvern ta’ Malta. Flimkien mal-PRs qed npoġġu wkoll il-kuntratt, MoU u anke 3 pjanti.

Il-Miżieb – għoti ta’ art lill-FKNK

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-għoti tal-art tal-Miżieb lill-FKNK kienet deċiżjoni tal-Kabinett u ma ttellgħetx għal verifika quddiem il-Kumitat tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16551 tal-istess Seduta.

Il-Miżieb – kundizzjonijiet għall-għoti ta’ art lill-FKNK

Question

Peress li meta l-Ministru biddel il-kundizzjonijiet tal-Park tal-Majjistral kien ħareġ Avviż Legali, jista’ jgħid x’inhi raġuni għaliex id-deċiżjoni kienet li l-Gvern ma mexiex ma' din il-prassi fuq l-għotja tal-art tal-Miżieb lill-FKNK?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16551 tal-istess Seduta.

Il-Miżieb – rakkomandazjonijiet tal-Awtorità tal-Artijiet dwar l-għoti tal-art lill-FKNK

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità tal-Artijiet dwar l-għoti tal-art tal-Miżieb lill-FKNK?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16551 tal-istess Seduta.

Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet — Introduzzjoni ta’ Land Cadestre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkollna Land Cadastre u mhux Land Registry biss? Meta hu l-ħsieb li jitressaq abbozz biex tiġi emendata l-liġi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Kmamar tal-nar – inċidenti

Question

Peress li jidher li l-emendi fl-Ordinanza dwar l-Esplożivi li saru dan l-aħħar u l-policy dwar il-Kmamar tan-Nar tal-PA naqqsu r-rata ta’ inċidenti, jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, ta’ kemm inċidenti seħħew fil-kmamar tan-nar u kemm mietu f’dawn l-aħħar 20 sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti li seħħew fi kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex sena b’sena, bejn is-sena 2000 u Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Inċidenti fi’ kmamar tan- nar Sena Numru ta’ inċidenti Numru ta' mwiet Numru ta’ feruti 2000 5 2 1 2001 2 0 0 2002 7 1 4 2003 3 1 1 2004 1 0 0 2005 6 6 4 2006 3 0 1 2007 3 8 1 2008 1 0 0 2009 3 1 3 2010 5 10 5 2011 2 0 3 2012 3 5 1 2013 1 0 2 2014 1 0 0 2015 0 0 0 2016 2 0 2 2017 1 0 1 2018 2 1 6 2019 0 0 0 2020 (sa Settembru) 2 0 1 Total 53 35 36

VGH – Tender – rwol ta’ kumpanija

Question

B’referenza għat-tender tal-Vitals Global Healthcare (VGH), jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rwol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tinkiteb it-tender u/jew biex tagħti parir lill-gvern dwar din l-għotja u l-għażla tal-VGH?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, fl-ebda mument ma kellu rwol biex jinkiteb dan it-tender, jew jagħti xi parir dwar l-għotja u l-għażla ta’ min jieħu dan it-tender. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

VGH – Tender – rwol ta’ kumpanija

Question

B’referenza għat-tender tal-Vitals Global Healthcare (VGH), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien ir-rwol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tinkiteb it-tender u/jew biex tagħti parir lill-gvern dwar din l-għotja u l-għażla tal-VGH?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-ħruġ u l-adjudikazzjoni tat-konċessjoni tal-PPP tal-isptarijiet kienu mmexxija minn Projects Malta. Għaldaqstant nitlobu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ dawk it-tenders maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għax-xiri, ċens u/jew kera u/jew konċessjonijiet ta’ art agrikola, l-offerti li saru min rebaħ it-tenders rispettivi u f’liema data? Jista’ jgħid min kienu l-membri tal-bordijiet ta’ aġġudikazzjoni għall-għotja tal-istess tenders?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Artijiet, dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta’ min rebaħ it-tenders u dettalji oħra, ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġa inħarġet fil-pubbliku, skont il-liġi.

Gżejjer Maltin – taqsim tal-art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14578 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin f’persentaġġ bħala kampanja (b’veġetazzjoni naturali u semi-naturali), art agrikola u dik żviluppata (inkluż żoni industrijali) fil-preżent?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li għab-bażi tal-Corine Land Cover tal-2018, it-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin huwa kif ġej: • Żviluppata (inklużi żoni industrijali) – 28.3% • Art agrikola – 52% • Kampanja (b’veġetazzjoni naturali u semi-naturali) – 18.3% Ta’ min iżid ukoll illi fil-Gżejjer Maltin madwar 28.9% tal-art hija mħarsa u protetta jew skedata b’liġijiet ambjentali jew tal-ippjanar, bi 13.8% ta-art tifforma parti min-netwerk Natura 2000; dawn iż-żoni jinkludu kemm siti b’veġetazzjoni naturali jew semi-naturali kif ukoll art agrikola u artijiet b’użu ieħor (bħal, pereżempju, iċ-Ċittadella).

Kmamar tan-nar f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kmamar tan-nar f’Malta? Kemm minnhom huma privati? Jista’ jgħid kemm hawn kmamar tan-nar f’Għawdex? Kemm minnhom huma privati? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b’liċenzja A,B,C,u D?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Total ta’ kmamar tan-nar f’Malta Kmamar tan-nar privati f’Malta Total ta’ kmamar tan-nar Għawdex Kmamar tan-nar privati f’Għawdex Persuni b’liċenzja ‘A’ Persuni b’liċenzja ‘B’ Persuni b’liċenzja ‘C’ Persuni b’liċenzja ‘D’ 33 5 3 3 214 1079 20 166

Vittmi ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn il-vittmi sofrew vjolenza mill-aggressur tagħhom għal aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet jew aktar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu diġa jinsab ippubblikat fis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u jistgħu jiġu milħuqa permezz ta’ din il-ħolqa elettronika, taħt it-taqsima Pubblikazzjonijiet.

Sentenzi mogħtija minħabba Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal x’kienu s-sentenzi mogħtija lill-aggressuri tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minnhom weħlu l-ħabs, kellhom sentenza sospiża, probation, eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistqosija lill-Ministru kkonċernat.

Donazzjonijiet mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet tal-għaqdiet filantropiċi li bbenefikaw mid-donazzjonijiet tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm irċevew flus dawn l-għaqdiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Spiża kuljum tat-tfal fid-Djar Residenzjali tal-Knisja

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża kuljum ta’ kull tifel/tifla li qed titrabba f’xi Dar Residenzjali tal-Knisja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għandu 6 (sitt) Ftehimiet Soċjali (Public Social Partnerships - PSPs) ma’ NGOs fil-qasam soċjali (li wieħed biss minnhom huwa ma’ entità tal-Arċidjoċesi) li joffru kenn lil 95 tifel u tifla. L-ispi¿a medja għal dawn il-PSPs hija ta’ € 90.37 kuljum.

Dgħajsa tradizzjonali Maltija fil-Port il-Kbir – użu ta’ barklori — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn is-servizz tal-barklori li jużaw id-dgħajsa tradizzjonali Maltija fil-Port il-Kbir ser jiġu mċaqalqa mid-Dwana l-Qadima u hemm il-possibilità li jintbagħtu l-isfel mill-ferries, meta il-post fih innifsu hu parti mill-folklor tal-istess dgħajsa? Ma jaħsibx li jekk ser jiġri hekk, hemm ċans li dan it-trasport tradizzjonali ser ikun mhedded minħabba li l-aċċessibilità bl-użu tal-lift tal-barrakka, hu l-ewwel art?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda intenzjoni biex tiġi mhedda l-folkor tad-dgħajsa tradizzjonali. Il-Barklora landing place ser ikun qed jiġi relokat viċin il-Barriera għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurta minħabba li viċin jintrabtu l-cruise liners. Infurmat ukoll li biex ser ikun qed issir dan sar fthemin u kien hemm qbiel bejn l-imsieħba kollha. Ġaladarba x-xogħolijiet f’Pinto 4/5 - Lascaris jitlestew u l-faċilita’ l-ġdida tkun bdiet toppera ser ikun qed tiġi stabbilieta żona sigura u permanenti kemm għal barklora kif ukoll għal ferries.

Lift tal-barrakka — ħlas

Question

Peress li d-dgħajsa Maltija li sservi fil-Port il-Kbir mill-barklori tista’ tkun mhedda, u l-miżura ta’ traġiet b’xejn mill-ferry wara s-sitta ta’ filgħaxija bejn il-Belt u l-Kottonera hija tajba, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm biex il-lift tal-barrakka jkun b’xejn ukoll, bħalma hu s-servizz tal-ferry?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.