Regolamenti rigward apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17028 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha li nħarġu mill-Ministeru tas-Saħħa u/jew mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika in konnessjoni ma’ kwalunkwe tip ta' apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing", inkluż kwalunkwe "standards", prassi u proċeduri li għandhom jiġu segwiti in konnessjoni mal-imsemmi apparat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tip ta’ moniteraġġ ta’ livelli ta’ exposure ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17029 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ ta' livelli ta' exposure ta’ radjazzjoni tat-tip "non ionizing", flimkien mar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-bidu tal-2019 sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2020, l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni wettqet erba’ mija, sitta u ħamsin (456) testijiet u qisien (tests and measurements) f`diversi lokalitajiet pubbliċi, liema ri¿ultati jinsabu fid-dominju pubbliku diġà fis-sit elettroniku tal-Awtorità.
Moniteraġġ tas-Saħħa ta’ membri tal-pubbliku wara l-użu ta’ apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17030, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ tas-saħħa ta' membri tal-pubbliku matul kif ukoll wara l-użu ta’ apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing" kif ukoll matul u wara l-imsemmi exposure, flimkien mar-riżultati ta' dak il-moniteraġġ tas-saħħa tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Regolamenti Speċifiċi għall-protezzjoni ta’ persuni u ambjent mill-effetti negattivi ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17031, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti speċifiċi li nħarġu sabiex jiġu protetti persuni kif ukoll l-ambjent kontra l-effetti negattivi ta' radjazzjoni non ionizing minn apparat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislaturi mitluba diġà ġew qegħdin fid-dominju pubbliku. Il-leġislazzjoni relatata huma: (a) l-Att Għat-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (Kap. 418); (b) Il-liġi sussidjarja (LS 399.28) intitolata “Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta’ Komunukazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali)”; u (c) Il-liġi sussidjarja (LS 399.40) intitolata “Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni)”.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – terms of reference
Question
Peress li t-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, fid-deċiżjoni tiegħu fl-appell PAB 149/19 bejn l-NGO Flimkien Għal Ambjent Aħjar kontra l-MIDI plc dwar Manoel Island iddikjara li l-Environment Impact Assessment EA/00015/17 “huwa null fl-intier tiegħu” u “li jiġi sottomess ir-rapport tal-EIA mill-ġdid”, jista’ l-Ministru jispjega kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma ordnatx li jsir mill-ġdid billi jsegwi l-proċeduri rikjesti f’Taqsima V tar-regolamenti fl-L.S. 549.46 speċjalment regolament 16 (2) biex jiġu kkonsultati varji entitajiet inkluż il-pubbliku u l-pubbliku interessat dwar l-eżami tar-rilevanza jew ‘terms of reference’? Il-Ministru jaqbel li dan hu abbuż min-naħa tal-ERA u disprezz lejn l-appellanti Flimkien Għal Ambjent Aħjar meta l-ERA qed tinjora d-deċiżjoni tal-EPRT? Jaqbel il-Ministru li l-ERA ma għandha ebda dritt tagħżel liema regolamenti ssegwi u li dawn ir-regolamenti japplikaw għal kulħadd?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li għamlet id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar mogħtija nhar is-17 ta’ Ġunju 2020 (Appell Nru 149/19) kien li invalidat ir-rapport inniffsu tal-EIA fl-intier tiegħu u għal din ir-raġuni rrinvijat l-atti lura lill-ERA sabiex tara li r-rapport tal-EIA jiġi sottomess mill-ġdid. Fil-verità l-ERA hekk għamlet u wara li ħadet konjizzjoni ta’ din id-deċiżjoni tat-Tribunal, infurmat lil applikant, kif kellha tagħmel, sabiex iħejji mill-ġdid ir-rapport tal-EIA fl-intier tiegħu. Il-materji u proċeduri oħra msemmija mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu jmorru lilvhinn mis-sentenza għaliex jirrilataw ma’ stadji iżjed bikrija tal-proċess qabel il-ħatra tal-konsulenti u li allura ma kienux parti mis-sentenza tat-Tribunal. Hawnhekk nixtieq nisħaq ukoll li jien għandi fiduċja sħiħa fl-ERA u x-xogħol siwi ħafna li qed tagħmel mingħajr ħafna ftaħir.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – terms of reference
Question
Peress it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fid-deċiżjoni tiegħu fl-appell PAB 149/19 bejn l-NGO Flimkien Għal Ambjent Aħjar kontra l-MIDI plc dwar Manoel Island, sab li dikjarazzjoni ffirmata minn wieħed mill-konsulenti tal-EIA kient falza u “li ma għandiex mis-sewwa” u t-Tribunal sab ukoll li l-koordinatur tal-EIA naqas mill-obbligi imposti fuqu mir-regolament 17(2) “preċiżament fil-parti fejn “Il-konsulenti għandhom jitmexxew u jkunu ġestiti minn koordinatur, li għandu jkun responsabbli għall-kontenut globali u l-preżentazzjoni tal-VIA.” It-Tribunal qal “li Ko-Ordinatur, għamel ħażin meta sempliċiment straħ fuq iddikjarazzjoni tal-Perit ... mingħajr ma għamel l-ebda verifika ulterjuri”, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kontra l-kordinatur ta’ dan in-nuqqas serju? Jista’ jgħid x’passi ħadet l-ERA kontra l-konsulent li għamel dikjarazzjoni falza u s-soċjetà MIDI li qabbditu u ħallsitu, skont l-artikolu 84(e) tal-Att Protezzjoni tal-Ambjent? Jaqbel li dikjarazzjoni falza fuq dokument pubbliku hi offiża serja? Jekk ma ttieħdux passi jista’ jgħid il-għala ma tteħdux? Jaf il-Ministru li b’din id-dikjarazzjoni falza ġiet demolita binja li nbniet fl-aħħar tas-seklu 19 u li kienet tintuża bħala kwarantina għall-baqar u annimali simili?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ta’ min wieħed jippreċiża li fis-sentenza tiegħu t-Tribunal fl-ebda ħin ma qal illi saret dikjarazzjoni falza iżda qal, u nikkwota “It-Tribunal irid joqgħod kawt illi ma jaqbiżx dawk li huma l-kompetenzi tiegħu, iżda jibbastalu jgħid illi dik id-dikjarazzjoni kienet waħda li ma għandiex mis-sewwa”. Dan qed ngħidu għall-korrettezza tal-fatti. Jiena ma nħossx li materji bħal dawn wieħed għandu jgħaġġel fuqhom. Madankollu jien tlabt lill-Bord tal-Awtorità tezamina sewwa s-sentenza tat-Tribunal u tikkunsidra jekk għandhomx jittieħdu xi passi ulterjuri.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15624, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew qed issir minn kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex jiggarantixxu aċċess għall-persuni b’diżabilità speċjalment fil-binjiet u servizzi li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella bl-informazzjoni mitluba, korretta sal-aħħar ta’ Ġunju, fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16653, jista’ l-Ministru jindika x’passi ttieħdu ma’ dawk il-persuni li nqabdu jabbużaw? Kemm minnhom weħlu multa minħabba dan l-abbuż u kemm kienet il-multa li weħlu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15932 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu dwar x’kienu s-sentenzi mogħtija lill-aggressuri tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minnhom weħlu l-ħabs, sentenza sospiża,
probation
, eċċ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-4 ta’ Novembru 2020.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li għandhom diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6302 u 15626, jista’ l-Prim Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li huma ħaddiema fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Jista’ l-Ministru jindika kemm tqassmu postijiet f’dawn l-aħħar tliet snin u lil liema kategorija ta’ applikanti tqassmu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-postijiet li tqassmu skont il-kategoriji rispettivi jinsabu fis-segwenti tabella:-
Kategorija
Total
Danger - Some Rooms
2
Danger - Majority of Rooms
2
Substandard
18
Homeless - Postal Address
21
Homeless - Institution
14
Homeless - Eviction
41
Disability
2
Disability - Mobility
10
High Rent - Subsidised Rent
54
High Rent - Unsubsidised Rent
14
Sharing Accommodation - Overcrowding
55
Sharing Accommodation - Adequate Housing
5
Social Cases - Referred from Agencies
13
Social Cases - Domestic Violence
5
Refugees
1
Lack of Sanitary Facilities
2
Overcrowding
12
Elderly living on their own
5
Living on Tolerance
8
Refused once
1
Refused more than twice
2
Problem with neighbours
3
Want a larger property
7
Want a smaller property
2
Neighbourhood not adequate
5
Stairs problem
16
Medical problem
9
Want to live closer to family
3
Move out of present locality
2
Exchange - Other reason
3
B'referenza għar-risposta tal-Ministru għas-Saħħa għall-mistoqsija parlamentari 15750, tat-30 ta' Ġunju, li kienet "Ninforma lill-Onor. Interpellant li studju biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ persuni b’immunità għal COVID-19 f’Malta qed isir." Għaldaqstant nitlob lill-Ministru jinfurma lill-Kamra jekk sal-lum ġietx ikkalkulata l-imsemmija immunita', u jekk, fin-negattiv, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ta' meta r-riżultati tal-istudju imsemmi mill-Ministru se jiġu pubblikati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tajjeb li wieħed jikkjarifika li l-immunita’ li rreferejna għaliha fil-mistoqsija parlamentari 15750 hija dik ibbażata fuq l-antikorpi għall-COVID-19. Minn dak iż-żmien lil hawn kien hemm żviluppi fir-riċerka li indikaw dan li ġej (a) hemm probabiltà għolja li l-livell ta’ dawn l-antikorpi jinżel wara ftit xhur (b) mhux kulħadd jiżviluppa dawn l-antikorpi (c) hemm immunità oħra fuq bażi ċellulari mhux antikorpi li diffiċli tiġi kkwantifikata fuq livell ta’ popolazzjoni.
Għaldaqstant m’għadniex nirreferu għal dan l-istudju bħala studju fuq l-immunità iżda fuq l-antikorpi. L-ewwel studju kopra 3 popolazzjonijiet prinċipali – ħaddiema fis-settur tas-saħħa, ħaddiema fis-settur tal-kura soċjali ta’ persuni anzjani jew inkella b’diżabbiltà u donaturi tad-demm. Dan intemm matul ix-xahar ta’ Lulju.
Fl-isfond ta’ dawn ir-riżultati u r-riċerka ġdida spjegata hawn fuq, dawn ir-riżultati għandhom valur limitat. Ftit wara ġew konklużi dawn l-istudji, żdiedu ferm il-każi (lejn it-tielet ġimgħa ta’ Lulju). Għaldaqstant qed jiġi kkunsidrat studju simili aktar tard fix-xitwa, liema deċiżjoni tiddependi fuq l-andament tal-imxija. Madankollu, dan l-istudju jista’ biss jikkunsidra l-livell ta’ antikorpi li huwa dejjem suġġett għal-limitazzjonijiet msemmija hawn fuq.
Regolamenti rigward apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha li nħarġu mill-Ministeru tas-Saħħa u/jew mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika in konnessjoni ma’ kwalunkwe tip ta' apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing", inkluż kwalunkwe "standards", prassi u proċeduri li għandhom jiġu segwiti in konnessjoni mal-imsemmi apparat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-leġiżlazzjoni attwali tistipula li hija r-Radiation Protection Commission li tittratta kemm radjazzjoni non ionizing kif ukoll ionizing, nitolbu jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tip ta’ moniteraġġ ta’ livelli ta’ exposure ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ ta' livelli ta' exposure ta’ radjazzjoni tat-tip "non ionizing", flimkien mar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Moniteraġġ tas-Saħħa ta’ membri tal-pubbliku wara l-użu ta’ apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ tas-saħħa ta' membri tal-pubbliku matul kif ukoll wara l-użu ta’ apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing" kif ukoll matul u wara l-imsemmi exposure, flimkien mar-riżultati ta' dak il-moniteraġġ tas-saħħa tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li rigward moniteraġġ u riżultati tal-moniteraġġ msemmi minnu, jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat filwaqt li ninfurmah li r-riżultati tal-kejl jintbagħtu lill-Awtoritajiet tas-Saħħa rilevanti biex jieħdu kwalunkwe azzjoni li jqisu meħtieġa. Ir-rapporti tal-moniteraġġ li ntbagħtu lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali s’issa huma kollha fil-livelli aċċettabli u huma fil-fatt livelli baxxi ħafna.
Regolamenti Speċifiċi għall-protezzjoni ta’ persuni u ambjent mill-effetti negattivi ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti speċifiċi li nħarġu sabiex jiġu protetti persuni kif ukoll l-ambjent kontra l-effetti negattivi ta' radjazzjoni non ionizing minn apparat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jimxi fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Limitazzjoni tal-Esponiment tal-Pubbliku (Council Recommendation 1999/519/EC on the limitation of the exposure of the public to electromagnetic fields (0 Hz to 300 GHz).
Peress li l-aħħar li kien issejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika kien l-1 ta’ April 2020 meta fil-gżejjer Maltin kien hawn 186 każijiet attivi u dan kien tneħħa fl-aħħar ta’ Ġunju, u peress li llum hawn aktar minn 2,000 każ attiv, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min għandu dmir isejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika, jekk hux il-Prim Ministru jew is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika? Jekk hu s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, x’qed iżomm biex terġa’ tissejjaħ stat ta’ emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ma tinkwadrax fil-parametri tal-Artiklu 27 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Peress li l-aħħar li kien issejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika kien l-1 ta’ April 2020 meta fil-gżejjer Maltin kien hawn 186 każijiet attivi u dan kien tneħħa fl-aħħar ta’ Ġunju, u peress li llum hawn aktar minn 2,000 każ attiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid min għandu dmir isejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika, jekk hux il-Prim Ministru jew is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika? Jekk hu s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, x’qed iżomm biex terġa’ tissejjaħ stat ta’ emerġenza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija ma tinkwadrax fil-parametri tal-Artiklu 27 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Sptar Mater Dei – Drittijiet ta’ Qraba ta’ pazjent bil-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-qraba ta’ pazjent bil-COVID-19 waqt li jkun qed jieħu l-kura fl-Isptar Mater Dei, kemm fis-sala jew fl-ITU, kif ukoll wara l-mewt tal-istess pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li Covid 19 hija marda infettiva, l-aċċess tal-qraba għal pazjenti bil-Covid 19 qed ikun ristrett biex innaqqsu it-tifrix tal-imxija kif ukoll għas-sigurta’ tal-istess qraba. Il-qraba jistaw ukoll jagħmlu kuntatt telefoniku kemm mal-pazjent innisfu kif ukoll mat-tobba.
F’każ ta’ mewt, il-pazjent li jkun identifikat li miet waqt li kien pożittiv għal-Covid 19, jitpoġġa f’’
double body bag
speċjali biex titnaqqas il-possibilita’ ta’ tifrix u biex ukoll il-qraba jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ funeral denju ta’ kull rispett. F’każ li l-pazjent jiġi amministrat bil-griżma tal-morda, isiru arranġamenti speċjali biex il-qraba jkunu jistgħu iżuru l-pazjent fl-aħħar ħin ta’ ħajtu.
Sptar Mater Dei – drittijiet ta’ pazjenti morda bil-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-pazjent li għandu l-COVID-19 u qiegħed f’kura fl-Isptar Mater Dei? Liema huma d-drittijiet li jitneħħulu meta mqabbla ma’ pazjenti oħra li jkunu kkurati f’sodda fl-Isptar Mater Dei? Il-pazjent għandu dritt li jkun milqugħ u mdawwar bi qrabatu la għandu l-COVID-19? Fl-aħħar ta’ ħajjithom, dawk il-pazjenti li jkunu morda bil-COVID-19 u huma Kattoliċi, tingħatalhom l-griżma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-drittijiet tal-pazjenti bil-Covid 19 u pazjenti li m’humiex infettati bil-Covid 19 għandhom l-istess drittijiet, pero f’każ li pazjent ikun infettat bil-Covid 19, peress li din hija infettiva, il-pazjent ma jkunx jista’ joħroġ mill-kamra tiegħu u ma jkunux jistaw iżuruh qrabatu. Dan isir sabiex ikun żgurat li titnaqqas it-trasmissjoni ta’ dan il-virus.
Il-pazjenti li jkunu jixtiequ li ssirilhom il-griżma tal-morda, din tkun tista’ tiġi amministrata kif mixtieq minnhom stess.