Carers u field social workers – ratio li jiddefenixxi best practice għall-ħarsien tal-interessi tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu r-ratio li jiddefenixxi best practice bejn l-ammont ta’ carers u field social workers li jħarsu l-interessi tat-tfal 24/7, apparagun man-numru ta’ tfal li jgħixu f’dar residenzjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, tajjeb li wieħed l-ewwel jagħmel distinzjoni bejn l-irwol tas-Social Worker u dak tas-Support Worker (Carer). Filwaqt illi s-Support Workers (Carers) jipprovdu kura u ħarsien fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum fir-residenzi, s-Social Workers isegwu lit-tfal u ż-żgħażagħ sew jekk protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) u sew jekk jiġu għall-attenzjoni tagħna billi jifformulaw il-pjan ta’ kura fit-tul għall-ħarsien tagħhom.
Fid-djar residenzjali tagħha, l-Aġenzija Appoġġ tadotta struttura li hija bbażata fuq l-Istandards Nazzjonali għad-Djar Residenzjali maħruġa mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali(DSWS) fl-2009. Dawn l-istandards jagħtu linja gwida lill-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Aġenzija Appoġġ, tara li timxi skont l-istandards nazzjonali permezz tas-servizzi pprovduti minn u permezz ta’ manager,
service area leader, residential social worker/coordinator, support workers
24/7,
emergency service
24/7, u sistema ta’
on-call
24/7.
Appartamenti għal kiri flok il-ħarsien li tingħata fi djar residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinkrew appartamenti flok il-ħarsien li tingħata f’djar residenzjali li huma stabbiliti? Jista’ jgħid x’inhuma l-vantaġġi għat-tfal? Jista’ jgħid x’inhi n-nefqa kull capita?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minbarra l-ħarsien tat-tfal u żgħażagħ ġewwa djar residenjzjali, jinkrew ukoll appartamenti li jospitaw fihom numru ta’ tfal u żgħażagħ.
Tlieta mill-erba’ appartamenti jilqgħu b'kollox sitt tfajliet. Dawn it-tfajliet kienu jgħixu fi djar residenzjali oħra jew ma’
foster families,
imma li minħabba diversi diffikultajiet fl-imġieba u l-bżonnijiet partikolari tagħhom, dawn id-djar residenzjali jew
foster families
ma' baqgħux f’pożizzjoni li jibqgħu joffrulhom dan il-
placement
. Għaldaqstant, ittieħdet id-deċiżjoni mill-professjonisti involuti li l-kura li għandhom bżonn dawn it-tfal tingħata f'dawn l-appartamenti fejn qed jirċievu attenzjoni aktar individwali permezz ta’
care plans
adegwati għall-bżonnijet u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja li tagħtihom aktar opportunitajiet indaqs fi ħdan il-kommunita`.
Ta’ min ifakkar li huwa għal dan il-għan illi fid-diskors tal-
baġit
għas-sena 2018 il-Gvern impenja ruħu li jinvesti f’ċentru terapewtiku sikur għal minuri li jkunu għaddejin minn dawn il-problemi.
L-appartament l-ieħor, magħruf aħjar bħala is-
Siblings' Home
, infetaħ fl-2013, jilqa' fih żewġ settijiet ta' aħwa li b' kollox jammontaw għal tmient itfal. L-għan ta' dan is-servizz huwa li joffri kura fil-kommunita` għal dawn l-aħwa bi pjan ta' kura individwali. Inħass il-bżonn għal dan is-servizz partikolari minħabba li diversi aħwa li qedgħin f'
out-of-home care
jgħixu ġewwa djar residenzjali jew
foster families
differenti. Din iċ-ċirkostanza kienet qed tikkawża trawmi doppji fuq dawn il-minuri. Kien għalhekk, li ttieħdet id-deċiżjoni li meta jkun hemm ordni ta’ ħarsien illi tikkonċerna każijiet ta’ aħwa, kemm jista’ jkun, dawn l-aħwa jitrabbew flimkien.
Intant, l-ispiża rikorrenti biex l-istat jieħu ħsieb kif jixraq lil dawn il-minuri hija kif ġej;
Qormi – Siblings’ Home
Rabat
Paola
St.Venera
Total Costs per annum
€ 301,915
Total Costs per annum
€ 317,618
Total Costs per annum
€ 194,858
Total Costs per annum
€ 60,139
No of persons
8
No of persons
3
No of persons
2
No of persons
1
Per capita per annum
€ 37,739
Per capita per annum
€ 105,873
Per capita per annum
€ 97,429
Per capita per annum
€ 60,139
Per capita per day
€ 103
Per capita per day
€ 290
Per capita per day
€ 267
Per capita per day
€ 165
Peress li l-ħamiem salvaġġ jista’ jkun ta’ ħsara kemm lis-saħħa pubblika kif ukoll lill-bini li hu parti mill-patrimonju tagħna, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-regoli dwar il-kontroll tal-ammont ta’ ħamiem salvaġġ f’ċentri storiċi u fil-qalba tal-irħula u tal-ibliet? Jekk bħalissa ma hemmx regoli, meta hemm il-ħsieb li dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga lmenti mill-pubbliku dwar annimali, inklużi ħamiem ġewwa postijiet li jiġi rrapurtat li ġo fihom ikunu qegħdin possibilment jinżammu annimali inklużi ħamiem b’nuqqas ta’ iġjene tajba u jekk dawn l-annimali jinstabu fi stat ħażin ta’ iġjene jintbagħat avviż bil-miktub lill-persuna responsabbli u fin-nuqqas jittieħdu passi legali.
Peress li s-servizzi ta’ counselling huma ferm utli meta relazzjonijiet fi żwieġ, unjoni ċivili jew koabitazzjoni jkunu għaddejjin minn mumenti mhux tajba, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li joffri l-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenżija Appoġġ u l-Aġenzija Sedqa joffru diversi għajnuniet ta’ counselling minn professjonisti, fil-komunitajiet, fiċ-Ċentri tagħha, kif ukoll fuq bażi individwali. Is-servizz tal-counselling huwa immirat lejn gruppi u problemi differenti tas-soċjeta`, fosthom;
-
Intake and Family Support Service
u l-programm ta’
Co-Parenting
għal koppji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, kif ukoll għajnuna lil koppji separati sabiex jitħarsu id-drittijiet tat-tfal, jiġi stabbilit il-kuntatt mat-tfal kif ukoll ikunu inidirizzati il-ħtiġijiet tat-tfal illi qegħdin jitrabbew f’kuntest ta’ familja differenti;
-
Home Based Therapy Service (HBTS)
provdut minn terapisti tal-familja
(family therapists)
li jżuru familji bi problemi soċjali kumplessi u jagħtuhom l-għajnuna bħala familja fi djarhom stess;
- Sapport dirett lejn vittmi ta’ vjolenza domestika, anka b’intervintenti minn
social workers;
- Programm imsejjaħ
Managing Abusive Behaviour
immirat lejn min jikkawża l-vjolenza domestika;
-
Training
u
Assessment Sessions
lil koppji u/jew individwi li jkunu jridu jiffosterjaw jew jaddottaw;
- Servizzi immirati lejn it-tfal bħal
Youth in Focus
, u s-servizzi speċjalizzati immirati lejn
Looked After Children
u
Child Protection
, fejn saħansitra il-ħaddiema soċjali jaħdmu fil-qrib mal-familji tat-tfal;
- Servizzi minn terapisti u psikologi għal persuni li jkunu għaddejjin mill-problema tad-droga, servizzi li huma offruti kemm fiċ-ċentri ta’ rijabilitazzjoni kif ukoll servizzi li jingħataw fuq bażi personali ġewwa d-djar tal-individwi.
Fid-dawl li l-Moviment ta’ Kana hu mfittex sew bħala sors ta’ servizz għall-preparazzjoni taż-żwieġ, counselling u servizzi oħra li jsaħħu l-formazzjoni tal-familja, jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax sussidju lil din l-entità? Jekk iva, jista’ jgħid kemm? Jekk le, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb li jingħata? Kien jingħata sussidju fil-passat? Jekk iva, x’inhi r-raġuni li nqata’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ma jingħata l-ebda sussidju lill-Moviment ta’ Kana.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-mistoqsija dwar jekk kienx jingħata sussidju fil-passat, lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li t-tisbiħ tal-pjazza ta’ Raħal Ġdid kellu jitlesta f’Mejju ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid meta hu l-ħsieb li jitlesta dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Sussidju għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju li jagħti l-Gvern għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care? Jista’ jgħid jekk dan jiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja? Jista’ jgħid meta kien l-aħħar li żdied?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-allowance imħallsa għal kull tifel jew tifla li jiġu fostered hija ta’ €70 fil-ġimgħa. Din l-allowance ma tiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja iżda tiżdied permezz ta’ miżura fil-budget annwali. Fil-fatt, l-aħħar żieda ngħatat fl-aħħar budget imħabbar għas-sena d-dieħla u bis-saħħa ta’ tali żieda, din l-allowance ser tiżdied bi €30 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sussidju ta’ djar residenzjali ta’ tfal tvarjax bejn dar residenzjali u oħra, meta wieħed jieħdu per capita?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jgħin lil diversi djar tat-tfal permezz ta’ Public Social Partnerships. Din l-għajnuna monetarja kif ukoll f’servizzi, tvarja skont il-bżonnijiet tad-djar, il-bżonnijiet tal-klijenti, is-servizzi professjonali li d-dar għandha bżonn tipprovdi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha u kif ukoll in-numru ta’ klijenti li jirrisjedu jew jagħmlu użu mis-servizzi tad-dar residenzjali .
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi, kull dar residenzjali u istituzzjoni tat-tfal, titħallas għal kull tifel u tifla, il-
Foster Child Allowance
; liema benefiċċju jammonta għal €70 fil-ġimgħa għal kull tifel/tifla. Is-sena id-dieħla dan il-benefiċċju ser ikun qiegħed jiżdied minn €70 għal €100 fil-ġimgħa, skont kif imħabbar fl-aħħar baġit.
Ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti għall-kriminalità organizzata
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel l-istat biex jassigura l-ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti mid-deni tal-kriminalità organizzata lokali jew barranija jew organi statali? Il-Prim Ministru għandu bżonn għajnuna mill-partiti fl-Oppożizzjoni biex tinġabar lista ta’ persuni li huma esposti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħarsien tas-sigurta taċ-ċittadini tibqa dejjem prijorita tal-gvern.
Fl-istess hin ikun apprezzat jekk l-Onor Interpellant jifhem li l-mizuri li jittiehdu mill-istat dwar is-sigurta taċ-ċittadini u tal-pajjiz, huma ta' natura mill-iktar sensittiva u kunfidenzjali, u qatt ma kienet il-prassi li dawn id-dettalji jsiru pubbliċi.
Fl-istess hin jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni konkreta u kredibbli dwar dak li qed isemmi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, nistiednu jgħaddijha lill-awtoritajiet kompetenti.
Ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti għall-kriminalità organizzata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel l-istat biex jassigura l-ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti mid-deni tal-kriminalità organizzata lokali jew barranija jew organi statali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lil-Ministru konċernat.
B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun qed tintuża eżatt il-control card mill-pazjent u t-tabib li se jippreskrivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-control card tintuża għall-Kannabis Medika bħal ma tintuża għall-mediċini l-oħra narkotiċi jew psikotropiċi. Dan isir wara li jkun hemm approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-użu tal-prodott mit-tabib.
B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn it-trattament li mhux THC għandu bżonn l-approvazzjoni tas-Supretindent tas-Saħħa Pubblika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika trid tiżgura li pazjenti jagħmlu użu minn mediċini li jkunu magħmulin taħt GMP (good manufacturing practice) u għalhekk il-Kannabis Medika jkollha bżonn l-approvazzjoni msemmi.
Non violent cannabis related offences – sentenza ta’ ħabs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jgħaddu sentenza l-ħabs minħabba non violent cannabis related offences? Jista’ jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ dawn il-persuni meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ persuni li qegħdin il-ħabs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega eżatt u fid-dettall x’qed jitlob.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra min kien ingħata t-tender biex jagħmel moniteraġġ tax-xogħol fin-Natura 2000 il-Buskett li qed isir bi flus mill-Unjoni Ewropea? Jekk dan it-tender ma ngħatax, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min qed jagħmel moniteraġġ ta’ dan ix-xogħol f'post daqshekk sensittiv?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-moniteraġġ tax-xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ u ħitan oħra qiegħed isir mill-Project Manager u Perit kif inhu stabbilit fil-‘grant agreement’ tal-LIFE Saving Buskett project. Il-Project Manager u l-Perit huma uffiċjali pubbliċi u s-salarju tagħhom huwa parzjalment ko-finazjat mill-proġett.
Ingħataw żewġ tenders għall-moniteraġġ ambjentali kif kien stabbilit fil-‘grant agreement’ tal-LIFE Saving Buskett project.
Kumpanija ġiet ingaġġata b’tender sabiex tagħmel il-moniteraġġ tat-telf tal-ħamrija. Dan jikkonsisti fi studju qabel ma bdew ix-xogħlijiet u ieħor fit-tmiem tax-xogħolijiet. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji huma mistennija jistabilixxu l-benefiċċju tat-tiswija u manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ u ħitan oħra għall-konservazzjoni tal-ħamrija.
Kumpanija oħra ġiet ingaġġata b’tender sabiex tagħmel il-moniteraġġ tax-xogħlijiet oħra li jinvolvu tindif tal-wied, it-tneħħija tal-pjanti invażivi u tħawwil tas-siġar. Dan ukoll jikkonsisti fi studju qabel ma bdew ix-xogħlijiet u ieħor fit-tmiem tax-xogħlijiet. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma mistennija jistabilixxu l-benefiċċji ambjentali ta’ dawn l-interventi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li lill-membri tal-Korp tal-Pulizija jissupplixxihom bil-bodycams? Jekk iva, sa meta hu stmat li kull membru tal-Korp ikollu bodycam?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korp tal-Pulizija ħadem u qed ikompli bil-pjanijiet tiegħu sabiex jiġu determinati il-proċeduri opportuni sabiex Membri tal-Korp, ikunu jistgħu juzaw 'bodycams'.
Korp tal-Pulizija – membri – taħriġ ta’ self defence u prattika bl-arma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fil-ġimgħa l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom taħriġ fis-self defence u prattika bl-arma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi dwar taħriġ fl-użu tal-armi minn membri tal-Korp, hemm skedi differenti ta' taħriġ li huwa wkoll relatat mad-doveri tal-istess membri. Membri tal-iSpecial Intervention Unit ikollhom taħriġ ta' kuljum fl-użu tal-armi kif ukoll self defence u physical training. Uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit ukoll jingħataw taħriġ fl-użu tal-armi b’mod regolari. Il-Membri tal-istess skwadra jingħataw taħriġ ukoll f'self defence. Infumat ukoll illi t-taħriġ f'self defence (Control and restrain) jingħata lir-rekluti waqt il-kors tagħhom. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 1462 u 1463 ta’ din is-sena, li huma relatati ma’ taħriġ fl-użu tal-armi.
Park ta’ Natura u tal-Istorja tal-Majjistral – medda tal-art
Question
B’referenza għall-medda ta’ art li taqa’ taħt id-definizzjoni tal-Park ta’ Natura u tal-Istorja tal-Majjistral, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru tkopri din l-art kollha? Din il-medda ta’ art hi kollha art pubblika (tal-Gvern)? Kemm-il metru kwadru fiha? Hemm art privata? Jekk iva, kemm-il metru kwadru? Hemm art pubblika li hi tal-Gvern iżda hija mqabbla lill-privat? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm-il metru kwadru fiha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park tal-Majjistral ikopri 2.5km² u din il-medda ta’ art hi kollha tal-Gvern u m’hemm l-ebda biċċa privata. Mill-2.5km², 0.333 km² hija mqabbla lill-privat, 0.279km² hi mikrija b’ċens li jagħlaq fl-2040 u 0.143km² li mhux mikrija però tinħadem.
Ikel importat mil-Lvant tal-Ewropa – ingredjenti — kitba
Question
Peress li bosta ikel qed jiġi importat mil-Lvant tal-Ewropa u anke minn pajjiżi barra l-Ewropa, u peress li ħafna drabi l-ingredjenti, l-istruzzjonijiet jew l-allergens m’humiex miktuba b’lingwa li tinftiehem jew li hi uffiċjali għal Malta, u peress li skont il-liġi tagħna u d-direttiva tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni miktuba fuq pakketti tal-ikel trid tinkiteb b’lingwa li jifhima l-konsumatur u dan mhux dejjem ikun minnu, jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex il-konsumatur, bi dritt, ikun infurmat b’mod siewi? Kemm kienu dawk id-ditti tal-ikel li ġew mitluba jirregolaw ruħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Health Promotion Unit – struzzjonijiet u ingredjenti fuq pakketti tal-ikel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Health Promotion Unit biex tassigura li l-istruzzjonijiet u l-ingredjenti fuq il-pakketti tal-ikel importati jifhimhom kull ċittadin bħala parti mill-kampanja tiegħu ta’ Healthy Eating? Jista’ jgħid jekk is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kellux laqgħat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard joffri lill-pubbliku firxa ta’ fuljetti dwar l-ikel u s-Saħħa fosthom; Linji Gwida dwar id-Dieta’ għall-Adulti Maltin, Sett ta’ riċetti kif ukoll fuljetti dwar: l-melħ u l-pressjoni, z-zokkor, u x-xaħmijiet sabiex wieħed ikun jista’ jikkontrolla aħjar ix-xaħmijiet fid-demm fosthom il-kolesterol.
Dan ix-xahar, id-Direttorat, aġġorna t-tabella (forma ta’
credit card
) sabiex jgħin lill-pubbliku jagħmel għażla ta’ prodotti tal-ikel u xorb tajbin għas-saħħa, jiġifieri dawk li fihom inqas ammont ta’ zokkor, xaħam, xaħam saturat u melħ; filwaqt li fihom kwantita’ tajba ta’ fibra (fibre).
Din il-card tinkludi skema dwar x’inhuma l-ammonti kkunsidrati bħala: baxxi, medja u għolja ta’ zokkor (anke fil-kategorija taċ-ċereali), xaħam, xaħam saturat u melħ għal kull 100g ta’ ikel jew 100ml ta’ xorb.
Din l-istess
card
tagħti wkoll spjegazzjoni tal-ammont ta’ fibra (għal kull 100g) sabiex l-manufattur jista’ jgħid li l-prodott tiegħu fih il-fibra (fibre) kif ukoll l-ammont (ta’ fibra għal kull 100g) sabiex l- l-prodott jista’ jiġi ddikjarat bħala wieħed għoli fil-fibra (fibre).
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qiegħed preżentament iħejji fuljett ieħor abbinatt mal-istess imsemmija
card
, li se tinkludi ukoll informazzjoni aktar iddettaljata dwar il-qari tat-tikketti tal-ikel. Dan il-fuljett se jitħejja wara li hu mistenni li jkun hemm konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni dwar it-tiketti fuq l-paketti hija regulata permezz ta’ Annex tar-Regola tal-Unjoni Ewropeja dwar in-
Nutrition Claims
jiġifieri EC No: 1924/2006 amendata l-aħħar b’EU 1047/2012.
Xiri ta’ passaporti taħt l-iskema ta’ investiment – persuni identifikati bl-ittra ‘A’
Question
Nirreferi għal dawk il-persuni li jixtru l-passaport taħt l-iskema ta’ investiment, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk meta tingħatalhom l-Karta tal-Identità dawn il-persuni jiġux identifikati bl-ittra (A) wara n-numru ta’ identifikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ebda Karta tal-Identità Maltija ma tinħareġ bl-ittra ‘A’