B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa/baġit tad-Dipartiment fl-2016 u fl-2017? Kemm hi għas-sena 2018?
Dipartiment tad-Dentistrija – spiża għal ċerti servizzi
Question
B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm jiġu jiswew lid-Dipartiment is-servizz ta’ filling, dentatura u check up?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li d-dipartiment għandu Kuntratti ma’ dentisti privati għal dawn is-servizzi, l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm kien hemm jaħdmu fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent ma hemmx dentisti jaħdmu mal-Faċilita għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, minkejja li għal diversi drabi nħarġet sejħa għal dentisti fid-diversi gradi, flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa. Fil-preżent, is-servizz ta’ dentistrija qiegħed jingħata mill-Universita’ ta’ Malta li fetħet Geriatric Dental Teaching Unit bi sħab ma’ San Vinċenz de Paul.
Fl-2015, ġewwa l-Faċilita’ għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paule, kien hemm jaħdmu 2 dentisti, filwaqt li fl-2016 San Vinċenz kellu dentist wieħed li baqa’ jaħdem sa ma spiċċa meta laħaq l-eta’ tal-pensjoni fl-istess sena. Is-servizz beda jingħata kif spjegat, f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Universita’ ta’ Malta, mill-2016 ‘l quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-fatt li numru kbir ta' siġar tal-prinjol qed jinxef u jmut madwar Malta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-riżultati li għandu f'idejh, dwar dan it-telf u l-mewt ta' dawn is-siġar Maltin li ilu sejjer għal dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid s’issa kemm hemm minn dawn is-siġar li mietu? Jista' jgħid jekk dan il-mewt hux dovut għal xi mard jew minħabba xi speċi oħra li nġabet jew qed tiġi importata ma' siġar oħra li l-Ministeru tiegħu qed japprova? Jista' jgħid x'miżuri se jieħu biex in-numru ta' dawn is-siġar Maltin jerġa' jitħawwel, u x'passi se jieħu biex dawn ikunu mill-istess ġenetika ta' dawk Maltin u mhux importati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li d-Direttorat għall-Ħarisen tal-Pjanti huwa konxju minn din is-sitwazzjoni u għaldaqstant matul l-2017 spezzjona u ttestja diversi siġar tal-prinjol li kienu qed juru sintomi ta’ nixfa minn kampjuni miġbura. Saru testijiet speċifiċi għall-żewġ tipi ta’ organiżmi ta’ ħsara li huma ta’ importanza għas-saħħa tal-pjanti, li huma Bursaphelenchus xylophilus (pine wood nematode) and Gibirella circinate (pitch cancer), li riżultaw fin-negattiv. Madankollu, metodi ta’ fungi isolation li saru fil-laboratorju indikaw it-tkabbir ta' patoġeni fungali li huma assoċjati ma’ infezzjoni sekondarja.
Filwaqt li għadha għaddejja investigazzjoni ulterjuri, il-kawża sospettata attwali għall-mewt ta’ dawn is-siġar qed tiġi attribwita għall-istress tan-nixfa tas-siġar li jqanqal attakk minn patoġeni fungali sekondarji u ingħataw pariri dwar it-trattament fejn meħtieġ . Ġie innutat li siġar li urew sintomi ta’ tnixxif jew li mietu kienu mħawla f’ħamrija baxxa ħafna, tant hu hekk li fil-fatt il-blat huwa viżibbli. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li f’ċerti żoni bħas-Salina u Kennedy Grove, il-mewt ta’ dawn is-siġar huwa attribwita għal xogħolijiet li saru fit-toroq. Sa issa il-Ministeru għad m’għandux ammonti ta’ siġar tal-prinjol li mietu.
Fil-progetti ta’ afforestazzjoni li għaddej bihom l-Ministeru, jitħawwlu numru ta siġar indigeni fosthom is-siġar tal-prinjol. Matul is-sena 2017 tħawwlu madwar 200 sigra tal-prinjol f’ diversi siti ġewwa Malta.
Peress li qed jingħadd li numru mhux ħażin ta’ pulizija se jtemmu s-servizz tagħhom fix-xhur li ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkunu dawk li se jtemmu dan is-servizz xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018? Fil-fatt x’inhu l-persentaġġ ta’ pulizija li se jitilqu mill-Korp mit-total, f’dawn ix-xhur? X’inhuma l-contingency plans tal-Korp f’dan ir-rigward?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ pulizija li talbu biex jirreŻenjaw jew jirtiraw bil-pensjoni fix-xhur li ġejjin, u cioe xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018, huwa ta' sebgħa u għoxrin (27) kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dan huwa madwar 1.19 % bħala persentaġġ, komparat mal-ammont globali ta' pulizija llum. Bħala kontingenza, ser ikun hemm reklutaġġi oħra din is-sena.
AC
SM
PS
WPS
PC
WPC
Total
Jan-18
1
1
1
1
7
1
12
Feb-18
2
2
Mar-18
1
1
Apr-18
1
1
2
4
May-18
1
1
2
Jun-18
2
1
3
Jul-18
0
Aug-18
3
3
TOTAL
1
2
5
1
16
2
27
B’referenza għas-snin 2016 u 2017, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru referrals (appuntamenti għall-ewwel darba) lid-Dipartiment tad-Dentistrija? Kemm minnhom kienu persuni li kellhom il-kartuna r-roża? Kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena? Kemm-il konsultazzjoni saret? X’kienet l-istennija għal appuntament fis-snin 2016 u 2017? Kemm hi l-lista ta’ stennija attwalment f’Jannar 2018 għal filling jew dentatura jew check up?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2017 komplew jiżdiedu inizzjattivi ġodda fi ħdan id-dipartiment tad-dentistrija sabiex jiġu ndirizzati diversi problemi li ġew ikkawżati snin ilu.
Għalhekk matul l-2017 kien hemm total ta’ 11,113
referrals
lid-dipartiment tad-Dentistrija. Matul is-sena msemmija saru 13,044
check-up
u 3,424 konsultazzjoni minn Konsulenti f’dan il-qasam.
Ninfurmah ukoll li matul l-2016 kien hemm 27,604 persuna li użat is-servizzi tad-dentistrija b’urġenza filwaqt li fl-2017 kien hemm 33,190.
Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard – ħarsien ta’ saħħet il-ħalq
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard biex jeduka lill-poplu dwar il-ħarsien ta’ saħħet ħalqhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, torganizza kampanji fuq il-medja soċjali biex teduka u tinforma l-poplu Malti u Għawdxi x’għandu jagħmel biex jieħu ħsieb is-snien, biex eventwalment iżommhom b’saħħithom tul il-ħajja. Id-Direttorat jikkollabora mad-Dental Public Health Unit, mad-Dental Clinic fl-isptar Mater Dei, mal-Fakulta’ tal-Kirurġija u mad-Dental Association, biex jorganiżżaw diversi kampanji billi jużaw mezzi differenti ta’ komunikazzjoni biex ikun hemm iżjed għarfien dwar l-importanza li wieħed jieħu ħsieb ħalqu. Isiru wkoll diversi taħdidiet ta’ infomazzjoni fl-iskejjel, fid-djar tal-anzjani u fuq il-postijiet tax-xogħol. Id-Direttorat ħa ħsieb ukoll li jippubblika diversi fuljetti b’informazzjoni utli fuq l-importanza tas-saħħa tal-ħalq fit-tfal, fl-adulti u fin-nies li għandhom id-dijabete’ kif ukoll dwar il-ħsara li jagħmel iz-zokkor. Dawn jitqassmu waqt diversi outreaches u kif ukoll fuq il-mobile dental clinic. L-importanza tas-saħħa tal-ħalq hija msemmija f’diversi strateġiji u linji gwida bħal fl-istrateġija għad-dijabete’, fl-istrateġija fuq il-mard li ma jitteħidx, ikel tajjeb għas-saħħa għat-tfal tal-iskola u fil-linji gwida dwar id-dieta. Is-saħħa tal-ħalq kienet inkluża fil-kampanija Tfal b’Saħħithom kif ukoll fil-kampanja dwar iz-zokkor u l-ħsara li jagħmel fil-ħalq u l-ġisem inġenerali.
B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ dentisti li kienu jaħdmu mal-Gvern f’dan id-Dipartiment fis-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2015 u l-2017 kien hemm medja ta’ 24 dentist li ħadem fi ħdan id-dipartiment tas-Saħħa.
Dipartiment tad-Dentistrija – skema ta’ public private partnership
Question
B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti ġew riferuti mid-Dipartiment biex jarahom dentist fil-privat taħt l-iskema ta’ outsourcing ta’ public private partnership? Kemm hemm dentisti privati msieħba f’din l-iskema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Frar tal-2016 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2017 kien hemm 9,076 pazjenti li ġew referuti għad-dentisti fil-privat bi spejjeż imħallsa mill-Gvern u li f’din l-iskema issieħbu 24 dentist.
Dipartiment tad-Dentistrija – operazzjonijiet bil-loppju
Question
B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il operazzjoni bil-loppju saru fuq il-ħalq mid-dentisti fl-2016 u fl-2017? Kemm hi l-lista ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 u l-2017 saru 1,049 operazzjoni bil-loppju ġenerali fil-ħalq mid-dentisti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jiġi rivedut il-ftehim mal-union tad-dentisti biex dentisti li jilħqu ġodda, jitħajru jibqgħu mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gwidi u x’qed jagħmel il-Ministeru dwar il-mod u ż-żmien ta’ meta jsir iż-żbir ta’ diversi speċi ta’ siġar f’żoni pubbliċi meta dawn jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-kunsilli lokali, kooperativi, entitajiet privati jew ħidma mogħtija f’għamla ta’ kuntratti li jingħataw mill-Gvern? Hemm formula t’applikazzjoni u verifika qabel ma dan jitwettaq? X’moniteraġġ jeżisti dwar hekk?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każijiet fejn isir żbir ta’ siġar protetti skont L.S. 549.64, ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar 2011, hemm obbligu ta’ permess ambjentali li fih ikun hemm kundizzjonijiet sabiex ix-xogħlijiet isiru biss fiż-żmien adekwat biex ma ssirx ħsara lis-siġar. L-applikant huwa obbligat illi jinforma l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ġimgħa qabel ma jsiru x-xogħlijiet sabiex tkun tista’ tagħmel monitoraġġ u tispezzjona dawn ix-xogħlijiet waqt illi jkunu qegħdin isiru.
F’każ ta’ siġar tal-palm fl-2016, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti aġġorna l-linji gwida fejn jirrigwarda ż-żbir u bexx biex jiġi mħares it-tixrid tal-Bumunqar l-Aħmar tal-palm. Dawn il-linji gwidi huma applikabbli għall-mixtliet, ċentri tal-ġonna, entitajiet tal-Gvern, organizzazzjonijiet mhux governattivi, individwi privati u s-sidien l-oħra kollha tal-palm.
Jista’ l-Ministru jgħid x’moniteraġġ għandhom il-kunsilli lokali mill-Ministeru dwar il-mod u l-waqt li jsir iż-żbir tas-siġar li jinsabu f’żoni pubbliċi li jaqgħu taħt il-ħarsien tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn jistgħu jinsabu u jinġiebu ċertifikati tal-mewt li jkunu tas-seklu 19 (madwar is-snin 1880)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex responsabbli miż-żamma ta’ ċertifikati tal-mewt li seħħew fis-seklu 19 (qabel jew wara). Għadaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant biex iressaq il-informazzjoni tiegħu lill-Ministeru jew Ministeri kkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2583, ladarba kien hemm tenders pubbliċi li ngħataw, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji li ġew mogħtija dawn it-tenders? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għamlu dawn il-kumpaniji msemmija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-proġett imsemmi fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2583, fil-Buskett ngħataw żewġ tenders għall-monitoraġġ li huma ko-finanzjati mill-EU Life+ Nature li huma AIS Environment Ltd u Ecoserv Ltd. Dawn ir-rapporti jinsabu fuq il-link tal-proġett http://lifesavingbuskett.org.mt/reports/
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2527, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista kollha ta' kemm hawn barranin li jgħixu f’Malta bħala residenti reġistrati peress li wieħed jinnotta li dawk Ewropej huma nieqsa mil-lista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2527?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2527 tirrifletti l-istatistka uffiċjali skont il-metodologija tal-Eurostat li tirrigwardja ċittadini ta’ pajji¿i terzi li jgħixu f’Malta, kif miġbura minn Identity Malta. Din il-lista teskludi ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, għaliex Identity Malta tintalab biss mill-NSO sabiex tipprovdi informazzjoni fuq ċittadini ta’ pajjizi terzi li għandhom permess ta’ residenza.
L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni f’Malta, maqsuma bejn Maltin u barranin, inklu¿ dawk iċ-ċittadini li ġejjin mill-UE, tinkiseb mill-NSO. Dan għaliex skont id-definizzjoni wzata mill-Eurostat, mhux kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jikseb dokument ta’ residenza, b’validità ta’ ħames snin, jista’ jitqies li huwa resident ta’ Malta.
Dan huwa dovut għall-fatt li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea m’humiex obbligati li jagħmlu direġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f’Malta, għal kontra ta’ ċittadini ta’ pajjizi terzi li kif jiskadilhom il-permess ta’ residenza jkunu awtomatikament ikkunsidrati li m’għadhomx jgħixu f’Malta.
Aġenzija Appoġġ – policy dwar Out-of-Home Care għat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Aġenzija Appoġġ dwar Out-of-Home Care għat-tfal? Meta kienet l-aħħar li ġiet aġġornata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-servizzi tal-Looked After Children u tal-Fostering fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom policies dwar il-ħidma tagħhom mat-tfal u żgħażagħ li jgħixu f’Out-of-Home Care. Dawn il-policies, jiddefinixxu x-xogħol illi jsir mis-Social Workers u professjonisti oħra, u jservu kemm bħala linja gwida għas-servizzi li jingħataw lil dawn it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll bħala pjan ta’ kura għal dawn it-tfal u żgħażagħ.
Ta’ min jirrimarka li dawn il-
policies,
ġew aġġornati f’dawn l-aħħar snin. L-Aġenzija Appoġġ timxi wkoll man-
National Standards for Out-of-Home Child Care
ippublikati fl-2009 mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali (DSWS), liema standards huma ibbażati fuq ic-
Children’s Rights Convention.
Sussidju u benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju u l-benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order? Jekk hemm diskrepanza u nuqqas ta’ uniformità f’sussidju u benefiċċji ta’ dawn il-kategoriji, x’inhi r-raġuni dwar hekk? Meta kien l-aħħar li sar reviżjoni ta’ dawn il-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk fil-każijiet imsemmija, l-minuri jkunu fostered ma’ xi familja li jkollha l-approvazzjoni tal-Fostering Board, dik il-familja titħallas il-Foster Child Allowance. Minn naħa l-oħra, jekk il-minuri jkunu qegħdin f’xi dar tat-tfal, din l-istess dar titħallas ukoll il-Foster Child Allowance.
Ta’ min jgħid illi l-Foster Child Allowance ma tingħatax skont it-test tal-mezzi u li minn Jannar 2018, ir-rata ser titla’ minn €70 fil-ġimgħa jew €3,640 fis-sena għal €100 fil-ġimgħa jew €5,200 fis-sena.
Barra minn hekk, f’ċertu każi fejn ikun meqjus illi xi tfal jenħtieġu fostering speċjalizzat, hemm bord illi jiddetermina jekk għandux jitħallas benefiċċju addizzjonali, skont il-ħtiġijiet speċjalizzati tat-tifel jew tifla. F’dan il-każ, dan il-benefiċċju flimkien mal-Foster Child Allowance, jista’ ilaħħaq sa €7,000 jew mhux aktar minn €10,000 fis-sena.