Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3565 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jiġu affettwati studenti Maltin li jistudjaw fir-Renju Unit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed: · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha; · tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit. Rigward il-Ministeru li għalih jien responsabbli politikament, saru għadd ta' eżerċizzji ta' konsultazzjoni ma' diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bħala parti minn valutazzjoni dwar kif Brexit se jkollha impatt fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma’ l-edukazzjoni u x-xogħol. Fil-proċess għat-tħejjija ta' Malta għat-tieni fażi ta' negozjati, ġew identifikati għadd ta' kwistjonijiet li jeħtieġu prijorità matul in-negozjati. Dawn jinkludu boroż ta' studju, mobilità ta' studenti u miżati ta' skambju u tagħlim għaċ-ċittadini Maltin jekk jagħżlu li jistudjaw fir-Renju Unit.

Brexit – impatt u rimedji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se taffettwa lill-Malta fl-allokazzjoni li hi tagħti lill-Unjoni Ewropea? Kif se taffettwa lill-Malta fil-fondi li tieħu mill-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed : · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha; · tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit. Hu diffiċli li f’dan l-istadju tittratta dwar fondi u l-allokazzjoni tagħhom, ladarba d-diskussjonijiet għadhom fi stadju inizjali u xejn mhu konkretizzat.

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed: · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit. Bħala Ministeru jien mgħarraf li, mill-informazzjoni li kisbet Malta s’issa, l-oqsma li jirrigwardaw xi tip ta’ ftehim bilaterali mar-Renju Unit u li mhumiex koperti minn kompetenza Ewropea, m’għandhomx għax jiġu affettwati min-negozjati ta’ Brexit.
Leg 13 PQ #3569 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? X’inhi l-fehma tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li se jfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit. Għat-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #3570 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jaffettwa lill-Malta fl-egaming?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi inħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed : · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha; · tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess hin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluz attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanżjarji lejn Malta. Malta trid tippozizzjoni lilha innifisha bhala destinazzjoni ghal kumpaniji bbazati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bazi f’pajjiz membru tal-UE wara Brexit. Fir-rigward tal-egaming permezz ta’ Brexit jistgħu jiġu ppreżentati opportunitajiet għal Malta minħabba l-fatt li kumpaniji reġistrati u stabbiliti fl-Ingilterra u territorji tagħha jistgħu jirrilokaw Malta bħala l-‘gateway’ għal Ewropa. Minn naħa tal-Gvern, flimkien ma’ l-Awtorità tal-Loghob, wara konsultazzjoni pubblika, qed isiru l-aħħar thejjijiet sabiex dalwaqt jiġi ppreżentat abbozz ta’ liġi fil-Parlament b’riformi ġodda fis-settur tal-logħob. Permezz ta’ dan l-abbozz se tiġi ffaċilitata d-deċizjoni ta’ dawn l-istess kumpanji, sabiex Malta tkun minn ta’ quddiem fid-deċiżjoni tagħhom bħala ġurisdizzjoni ta’ stabbiliment prinċiparju, f’każ ta’ Brexit.

Pazjenti akkumpanjati minn infermiera jew tobba għal trattament barra minn Malta

Question

Peress li pazjenti li jirċievu trattament barra minn Malta xi drabi jkollhom il-ħtieġa li jiġu akkumpanjati minn infermiera u f’ċerti każijiet anke tabib, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu dawn il-pazjenti li kellhom bżonn jiġu akkumpanjati b’dan il-mod fl-2017? Kemm minnhom kienu pazjenti taħt it-tliet snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2017 kien hemm 12 il-adult u 25 tfal li kellhom bżonn jiġu akkumpanjati minn tim mediku sabiex ikunu jistaw jirċievu trattament barra minn Malta. Minn dawn il-25 tfal kien hemm 18 li kienu taħt it-3 snin.

Pazjenti – trattament għal kura barra minn Malta – trasport b’air ambulance

Question

Peress li pazjenti li jirċievu trattament barra minn Malta xi drabi jkollhom il-ħtieġa ta’ trasport urġenti b’air ambulance, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntuża dan it-trasport fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienu l-każijiet ta’ pedjatrija li kellhom bżonn dan it-tip ta’ trasport? Kemm jiswa flus kull vjaġġ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmah ukoll li kull sena fis-snin indikati kien hemm okkazjonijiet li l-Air Ambulance trasferit zewg pazjenti f’daqqa. Numru Totali ta’ Pazjenti Numru ta’ Air Ambulances Numru ta’ Każijiet ta’ Pedjatrija Prezz Medju 2015 8 7 5 €20,038 2016 12 11 5 €19,609 2017 9 8 6 €18,683

Tobba u infermiera – safar fuq xogħol ma’ pazjenti barra minn Malta — polza ta’ sigurtà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-polza tas-sigurtà li jagħti d-Dipartiment lill-infermiera u tobba meta dawn isiefru fuq xogħol tal-Gvern ma’ pazjenti barra minn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-polza hija l-istess waħda illi tkopri l-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa cioe' li l-gvern ikopri d-danni u ħsarat li ma jkunux ikkaġunati minn negliġenza u imprudenza waqt il-ħin tax-xogħol.

Direct Oral Anticoagulants

Question

B’referenza għall-mediċini Direct Oral Anticoagulants (DOACs) li huma mediċina li tintuża minflok il-warfarin, u peress li dawn għandhom prezz ferm aktar għoli mill-warfarin imma ma jenħtieġux moniteraġġ regolari u għalhekk servizzi ta’ riżorsi tad-Dipartiment li jinkludu fost oħrajn laboratorju, phlebotomist, trasport ta’ pazjenti u/jew point of care fiċ-Ċentri tas-Saħħa bl-użu ta’ kit kif ukoll numru ta’ referals outpatients u inpatients li jsiru minħabba emoraġija, u peress li l-prassi li tingħata din il-mediċina minflok il-warfarin ilha li ttieħdet f’ħafna pajjiżi Ewropej, u peress ukoll li l-Att dwar is-Saħħa jtenn li l-kumitat tal-cost-benefit analysis għandu jħares l-interessi tas-servizz tas-saħħa b’mod ħolistiku meta jiġi għall-consumables u mediċini, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk qattx sar cost-benefit analysis bl-għan li juri jekk ikunx jaqbel kemm lill-Gvern u lill-pazjenti biex id-DOACs ikunu fil-formolarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Oral Anticoagulants diġa jinsabu fil-formularju għal pazjenti adulti bil-venous thromboembolism li jagħmlu operazzjonijiet tan-knee replacement.

Bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3409 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735 li ngħatat mill-Ministru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, u fil-fatt ġew investigati mill-pulizija? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk ir-rapporti nvestigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

NPICU – pazjenti trabi

Question

B’referenza għan-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), post li joffri kura ta’ kwalità u intensiva lil tfal ta’ taħt it-tliet snin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu pazjenti trabi u tfal taħt it-tliet snin fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienet il-bed occupancy rate ta’ dan il-unit fis-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ trabi u tfal taħt it-tliet snin li ddaħħlu fil- Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), fis-snin 2015 u 2016 kif ukoll l-Average Bed Occupancy f’din is-sala għall-istess perjodu jidhru fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Admissions u Transfers In Average Bed Occupancy (%) 2015 449 81% 2016 472 87% Ninfurmah ukoll illi l-figuri għal 2017 għadhom qed jiġu vvalidati.

NPICU – nurse complement u complement ta’ tobba residenti

Question

B’referenza għan-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), post li joffri kura ta’ kwalità u intensiva lil tfal ta’ taħt it-tliet snin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-complement ta’ nurse to baby ratio f’dan il-unit (eskluż il-qwiebel li jmorru hemm biex ikollhom hands on experience) bħala nursing complement? Kemm hu l-complement ta’ tobba residenti f’dan il-unit? Kif tipparaguna dawn iċ-ċifri ma’ standards internazzjonali, meta mqabbel mat-turnover ta’ pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riżorsi fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit ivarjaw skont il-kundizzjonijiet tat-tfal. Din il-unit jkollha trabi li jkollhom bżonn kura intensiva li tirrikjedi nurse:patient ratios ta’ 1:1 kif ukoll trabi li jkollhom bżonn high dependency care li ma tirrikjedix 1:1 ratios. F’din is-sala hemm 13 il-tabib li joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi residenti. Dawn ir- ratios jikkomparaw tajjeb ħafna ma units simili barra minn Malta.

Trabi li twieldu qabel iż-żmien

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata ta’ tfal li twieldu qabel iż-żmien (pre-term) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jekk kien hemm xi żieda, x’inhuma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 kien hemm medja ta’ 337 tarbija fis-sena li twieldet qabel iż-żmien (pre-term, less than 37 weeks). Il-letteratura turi li l-fatturi prinċipali assoċjati mat-twelid qabel iż-żmien huma: multiple pregnancies, IVF, mard kroniku fl-omm inkluża l-pressjoni għolja u d-dijabete u intrauterine growth retardation fil-fetu. Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta fl-2015, 2016 u 2017? Għal kull sena msemmija, kemm minnhom kienu wild ta’ persuni li m’humiex ċittadini Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 twieldu 13,343 tarbija, minn dawn 2,500 twieldu lill-ommijiet li m’humiex irreġistrati bħala Maltin. L-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Twelid ta’ tfal b’congenital abnormality

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata f’persentaġġ u numru attwali, ta’ tfal li twieldu b’congenital abnormality (anomalies jew defects) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienu dawk li mietu fin-neonatal period għas-snin 2015, 2016 u 2017? Liema huma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2013 u l-2015 twieldu 393 tarbija (3.0%) b’anomaliji konġenitali skont il-kriterji tal-EUROCAT (European Surveillance of Congenital Anomalies). Minn dawn it-393 tarbija, twieldu 12 mejta (stillbirths) u 14 mietu fin-neonatal period (0-27 ġurnata). Ir-raġunijiet prinċipali ta’ dawn l-imwiet kienu: multiple congenital anomalies, congenital heart defects, nervous system defects u chromosomal defects.

Trattament barra minn Malta — tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena siefru għal trattament barra minn Malta sabiex jieħdu kura speċjalizzata fl-2017? Kemm minnhom kienu neonates jew infants?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017 kien hemm 146 pazjent taħt is-sittax il-sena li ġew referuti għall-kura barra minn Malta.L-etajiet kienu kif indikati hawn taħt: Eta’ Numru ta’ Pazjenti Neonates (Sa xahar) 12 Anqas minn Sena (Bejn xahrejn u ħdax il-xahar) 17 Minn Sena sa Sittax il-Sena (>1year - < 16 years) 117

Att dwar il-Mediċini – riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar

Question

B’referenza għall-Att dwar il-Mediċini li jtenn li r-riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar iridu jiġu validi fuq id-deskrizjoni tal-Ministru f’ħin waqtu u li din kienet daħlet fl-2013, u peress li dan fil-prattika qed isir, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wasalx iż-żmien li dan jista’ jiġi atwat b’mod uffiċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli dwar il-ħruġ ta’ riċetti u dispensa ta’ Mediċini (LS458.49) kienu emendati fl-2013 u l-2014 biex jippermettu riċetti mediċinali li jistgħu jiġu ġenerati elettronikament u dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ u huma implementabbli mal-pubblikazzjoni tal-emendi.