B’referenza għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u l-investigazzjoni tagħha wara li rċeviet rapporti mill-FIAU ta’ Lussemburgu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-FIAU waslitx biex titfa’ rapport investigattiv lill-Korp tal-Pulizija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja m’għandux poteri fil-liġi illi jwettaq investigazzjoni. Madanakolllu, il-Korp huwa fid-dover li jwettaq analisi dwar kull ‘Suspicious Transaction Report’ jew informazzjoni oħra li jkun irċieva mingħand persuni suġġetti jew terzi persuni oħrajn, kif ukoll informazzjoni oħra li tasal għand il-Korp b’kull mod ieħor, fosthom anke ‘Spontaneous Intelligence Reports’ mingħand FIUs oħrajn madwar id-dinja.
Biss biss, fis-sena 2017, il-Korp irċieva ‘il fuq minn 150 ‘Spontaneous Intelligence Report’ minn FIUs oħra, u għadd kbir minnhom kienu wkoll mill-FIU ta’ Lussemburgu.
Izda n-natura tal-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba ma tistax tiġi pprovduta għaliex din hija ikklassifikata bħala kunfidenzjali ai termini tal-Artikolu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, u l-Korp huwa pprojbit milli jizvela din it-tip ta’ informazzjoni ai termini tal-istess Artikolu.
Peress li bħalissa qed issir konsultazzjoni pubblika dwar fish farms li jinsabu fil-majjistral ta’ Malta, fejn din se tagħlaq fil-11 ta’ Marzu u r-rapport għaliha ser ikun lest f’Mejju,ma jidhirlux il-Ministru li din il-konsultazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hi fażul u bħala Ministru hux qed jaċċetta li jħalli 11-il gaġġa (jew il-frames tagħhom) żejda, fuq post li qed jiġi studjat xjentifikament, meta dawn ma għandhomx permess ikunu f’dan il-post? Jista’ jgħid jekk id-deċiżjoni hijiex diġà meħuda u li dan il-post mhux ser jibqa’ wieħed transitorju la dawn sfaċċatament ma tneħħewx? Jista’ l-Ministru jwieġeb u jagħti spjegazzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 4505 li fiha ġie spjegat li l-proċess tal-akkwakultura tat-tonn jinvolvi l-preparazzjoni tal-collars tal-gaġeġ li la jkunu ankrati mal-qiegħ u lanqas ma jkun fihom xbieki.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet l-ERA rriżulta li fid-data tal-ispezzjoni fuq il-baħar ma rriżultax li hemm gaġeġ żejda fiż-żona ndikata, iżda hemm ċrieki (id-dawra ta’ fuq li żżomm f’wiċċ l-ilma) li jintużaw f’dan is-settur li qed jinżammu fis-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex tankra frame ta’ gaġġa tal-fish farms timporta ħafna flus, u jekk din in-nefqa tal-intrapriża privata hijiex issussidjata mill-Gvern?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura ma jissussidja l-ebda intrapriża fis-settur tal-akkwakultura tat-tonn.
Ministeru għall-Eduakzzjoni u Xogħol – promozzjoni tal-lingwa Maltija
Question
Peress li qegħdin ngħixu f’soċjetà multikulturali fejn hawn persentaġġ kbir tal-popolazzjoni li ma jifhmux bil-Malti u l-integrazzjoni ta’ ċertu komunitajiet hi importanti b’mod partikolari dawk li għandhom ċittadinanza Maltija, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru biex jippromwovi l-lingwa Maltija ma’ din is-sezzjoni tal-popolazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija ta’ min jgħid illi bħalissa Malta mhix tesperjenza migrazzjoni sinifikanti minn nies li għandhom ċittadinanza Maltija imma minn pajjiżi li huma membri tal-UE jew pajjiżi terzi.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa impenjat primarjament f’diversi modi bl-inklużjoni ta’ studenti ta’ età ta’ edukazzjoni obligatorja li ġejjin minn sfond ta’ migrazzjoni. Il-programmi u servizzi li jingħataw lil dawn l-istudenti huma:
a) Għal studenti li la jifhmu bil-Malti u lanqas bl-Ingliż, il-Migrant Learners’ Unit (MLU) fi ħdan il-Ministeru toffri programm ta’ induzzjoni li jħejji lit-tfal biex jikkomunikaw bl-Ingliz u l-Malti waqt li xorta jsir tagħlim tas-suġġetti li normalment isiru fl-iskejjel bħal Matematika, Studji Soċjali u Xjenza. Bħalissa l-MLU qegħda tuża s-servizz ta’ 40 għalliem f’25 skola u f’dawn il-klassijiet hemm 576 student.
b) Wara li dawn it-tfal jiġu meqjusa li jistgħu ikampaw fil-klassijiet ikkunsidrati
mainstream,
jidħlu mal-bqija tal-popolazzjoni skolastika. Fejn dan seta’ jsir, l-MLU ipprovdiet għalliema li jagħtu
post induction support.
c) Fl-iskejjel sekondarji ukoll qed isiru gruppi ta’ tagħlim li jiffukaw fuq il-Malti bħala Lingwa Barranija. Iżda hawnhekk qed jiġu segwiti formoli differenti skont deċizjonijiet meħuda mill-iskola. Tħejjew riżorsi diġitali għall-għalliema li jkunu qegħdin jgħallmu dan is-suġġett.
d) Importanti wieħed jifhem li għad jonqos x’isir minħabba li n-nuqqas ta’ għalliema impatta ukoll is-servizz illi jeħtieġ jingħata. Biżżejjed ngħidu li l-Unit li bdiet erba’ snin ilu bi tliet għalliema llum qed tħaddem kważi ħamsin u dan għadu mhux biżżejjed.
e) Għal dawn l-aħħar sentejn konsekuttivi ġew organizzati klassijiet ta’ tagħlim intensiv matul is-sajf kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż għal dawk l-istudenti li jkunu jew waslu tard fis-sena skolastika jew ma jkunux meqjusa li qegħdin ilaħħqu biżżejjed mal-livell meħtieġ.
Matul is-sajf tal-2016 ħadu dan is-servizz 23 student filwaqt li matul is-sajf li għadda n-numru tela’ għal 224. It-tagħlim tħallas minn fondi tal-Ministeru u s-sena li għaddiet ġibed ukoll fondi mill-UE.
f) Sabiex dawn l-istudenti li ġejjin minn sfond ta’ migrazzjoni jkunu jistgħu jiġu ċertifikati u jibqgħu mixjin bl-edukazzjoni tagħhom, bħalissa qiegħed jiġi żviluppat l-eżami tal-ħames sena sekondarja (SEC) fil-Malti bħala Lingwa Barranija.
g) Il-
Migrant Learners’ Unit
ġiet allokata finanzjament mill-fond AMIF tal-UE. Parti minn dan il-finanzjament se jintuża sabiex tinħoloq għodda onlajn li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jitgħallem il-Malti. Huwa maħsub illi dan il-materjal ikun jista’ jintuża kemm fi klassijiet konvenzjonali kif ukoll f’mod awtonomu.
h) L-istess fondi ewropej se jservu sabiex il-Migrant Learners’ Unit tniedi sensiela ta’ inizjattivi illi permezz tagħhom tfal li ġejjin minn sfond ta’ migrazzjoni ikunu jistgħu jiltaqgħu u jissoċjalizzaw ma’ tfal Maltin fi “klabbs” organizzati wara l-ħin tal-iskola.
Ta’ min isemmi li “Malti għal Barranin” qed jiġi mgħallem ukoll f’livell post-sekondarju fl-MCAST. Sadanittant, id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja joffri regolarment korsijiet ta’ tagħlim tal-Malti għall-adulti.
Ta’ min jirreferi wkoll għall-Istrateġija tal-Integrazzjoni tal-Migranti li ġiet imnedija mill-Unit tal-Integrazzjoni tal-MEAE. Il-MEDE qiegħed jikkollabora ma’ dan il-Unit sabiex jiġi żgurat il-proviżjon tal-klassijiet tal-lingwa Maltija lill-adulti fil-qafas tal-politika tal-integrazzjoni.
Stazzjonijiet tax-xandir nazzjonali – programmi bl-Ingliż li jippromwovu dak li hu Malti
Question
Peress li qed ngħixu f’soċjetà multikulturali, fejn persentaġġ kbir tal-popolazzjoni ma jifhmux bil-Malti u fejn l-integrazzjoni ta’ ċertu komunitajiet hi importanti b’mod partikolari dawk li għandhom ċittadinanza Maltija u fejn il-komunikazzjoni bejnietna qed issir bil-lingwa Ingliża biss, jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex fl-istazzjonijiet tax-xandir nazzjonali jkun hemm programmi bl-Ingliż li jippromwovu dak li hu Malti u dak li jkun qed iseħħ f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Tajjeb li l-Onorevoli Farrugia jkun mgħarraf li fuq l-istazzjonijiet pubbliċi (PBS) jixxandar kuljum l-aħbarijiet fil-qosor bl-Ingliż u dan diġà qed ikun ta’ servizz għall-popolazzjoni li mhijiex Maltija imma li qed tiġi integrata f’ċerti kommunitajiet. Għaldaqstant dawn il-kommunitajiet jistgħu jkunu mgħarrfa b’dak li jkun qed iseħħ f’pajjiżna permezz ta’ dan is-servizz tal-aħbarijiet. Rigward kontenut internazzjonali, uħud mill-istazzjonijiet tar-radju fosthom l-istazzjon pubbliku jxandar għadd ta’ servizzi ta’ aħbarijiet mill-BBC u b’hekk il-kommunitajiet ikunu mgħarrfa wkoll b’dak li qed jiġi mix-xena internazzjonali. Min-naħa l-oħra rigward programmar edukattivi partikolarment kulturali, tajjeb li l-Onorevoli Farrugia jkun mgħarraf bil-proġett Kultura TV li s’issa qed jippromwovi dak li hu Malti imma jista’ jkun li fis-snin li ġejjin wieħed ukoll jitlob minn dawn il-produtturi li jsiru xi forma ta’ subtitles u b’hekk ikunu aċċessibli għal dawn il-kommunitajiet. Però tajjeb ukoll li wieħed jara x-xandir fil-kuntest kollu u filwaqt li ix-xandir lineari għandu ħafna kontenut Malti u bil-lingwa Maltija, wieħed ma jistax iħalli barra l-media l-oħra, dawk on line u n-news portals li fil-maġġoranza huma bl-Ingliż. Dawn il-portals ixandru kemm rapport ta’ ġrajjiet kurrenti kif ukoll artikli kulturali u edukattivi dwar il-kultura u l-istorja Maltija fost l-oħrajn.
Wieħed irid jifhem wkoll li deċiżjoni li tinkludi programmi b’lingwa Ingliża speċifikament għall-kommunitajiet li qed jintegraw f’Malta tista’ tħalli wkoll impatt fuq it-tip ta’ investiment li jrid isir fuq l-istazzjonijiet tax-xandir u hemm ukoll spejjeż li jinvolvu produzzjonijiet ta’ dan it-tip.
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-kuntratt ta’ impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kif ukoll it-time in u t-time out tal-istess persuna tul is-snin kollha ta’ impjieg tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament kif mitlub. B’referenza għat-time in u t-time out tal-individwu, l-Kunsill jixtieq jgħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill għandu kopja tal-attendenzi kollha tal-individwu. Madanakollu dawn ma jistawx jiġu ppreżentati fil-Parlament peress li jekk jiġu mgħoddija, dan ikun ksur tal-liġi tal-Protezzjoni tad-Data minħabba l-fatt li l-attendenzi jinkludu data personali tal-impjegat bħal sick leave u vacation leave li tkun ittieħdet kemm tal-individwu li għalih qed jistaqsu kif ukoll ta’ kollegi oħra.
B’referenza għad-direttiva (EU) 2015/720 li temenda Directive 94/62/EC, u b’mod partikolari artiklu 2 liema artiklu jagħti għażla tal-metodu li pajjiż membru jrid jadotta dwar boroż tal-plastik, jista’ l-Ministru jgħid liema hi s-sistema li Malta ser tadotta? Jista’ jgħid x’preparamenti qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li t-target dates mitluba mill-EU jintlaħqu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttiva 2015/720 tirrikjedi li l-Istati Membri inaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li ħlas għall-użu tal-basktijiet tal-plastik ħfief jista’ jilħaq dan l-għan, id-direttiva tħalli lok lill-Membri Stati biex jadottaw miżuri bħall-miri nazzjonali ta’ tnaqqis, l-użu ta’ strumenti ekonomiċi eżisteni jew ġodda, kif ukoll il-possibilita’ li jiġu ntrodotti restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq. F’dan ir-rigward, il-Gvern impenja ruħu sabiex ikompli jsaħħaħ il-mizuri biex inaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Fil-fatt, fil-Budget 2016, il-Gvern stabbilixxa taxxa tas-sisa fuq basktijiet tal-plastik. Dan ifisser li permezz ta’ din il-miżura, it-taxxa qiegħda titħallas fil-punt tad-dħul fis-suq, kif ukoll mill-manifatturi lokali tal-plastik. Il-Gvern ser jibqa’ impenjat sabiex jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiskuraġġixxi u jnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw basktijiet tal-plastik li huma ta’ tip lightweight fis-sena 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi awtorizzati ta’ rkupru tal-iskart tal-ippakkjar jew operaturi li huma produtturi awto-konformi, huma obbligati li jissottomettu l-informazzjoni mitluba waqt li jkun qed isir tiġdid tar-reġistrazzjoni tal-membri tagħhom jew tagħhom stess rispettivament. Dawn jistgħu jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2018. Għaldaqstant din l-informazzjoni għadha mhix għand l-Awtorità.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3851 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhuma kklassifikati d-Djar tal-Anzjani? Jista’ jgħid x’monitoraġġ isir biex dawn l-istandards jinżammu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-djar tal-anzjani huma biss ikklassifikati bħala tal-gvern, tal-privat u tal-knisja. Biex jiġu lliċenzjati, id-djar kollha jiġu spezzjonati tal- inqas darba fis-sena minn spettorat li jifforma parti mid-Direttorat għall-istandards fil-kura tas-saħħa li jaqa taħt is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Minn din s-sena dawn l-ispezzjonijiet bdew isiru għal għarrieda biex wieħed ikun jista' jsir jaf aktar x’inhuma l-prattiċi normali. Qabel ma tinħareġ il-liċenzja jiġi ¿gurat li r-rakkomandazzjonijiet impost jkunu saru. Anali¿i ta’ riskju jiddetermina jekk tkunx meħtieġa spezzjoni oħra. Spezzjonijiet oħra jsiru kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa biex jiġi ¿gurat li ma jkunx hemm konsegwenzi b’temperatura baxxa jew għolja ħafna. Id-Direttorat jinvestiga kull ilment b’mod immedjat, u fejn hemm b¿onn issir spezzjoni fi ¿mien 3 ijiem. F'ċerti ka¿ijiet u fejn jinħass l-b¿onn l-management ta’ dawn id-djar jiġi msejjaħ biex jattendi għal laqgħa li tin¿amm fid-Direttorat. Il-kwestjonarju li jintu¿a waqt l-ispezzjonijiet jirrefletti l-istandards minimi għad-djar tal-anzjani li kienu ppubblikati fl-2015 i¿da jiġu ukoll imħarsa u ndirizzati aspetti oħra. bħal per e¿empju intervisti mal-pazjenti nfushom u seminars li jiġu organizzati mid-Direttorat b’mod regolari biex l-impjegati u l-management jiġi nfurmat bi prattiċi tajba li jissalvagwardjaw is-saħħa tar-residenti. L-ismijiet tad-djar illiċenzjati huma ppublikati fuq il-website tad-Direttorat li tiġi aġġornata b’mod regolari.
Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura – gaġeġ tat-tonn
Question
B’referenza għall-gaġeġ tat-tonn li jinsabu f’post transitorju fejn qed jiġi xjentifikament studjat mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u fejn bħalha fatt il-gaġeġ żdiedu minn 9 gaġeġ għal 21 gaġġa, u għalkemm fil-Parlament, il-Ministru kien qal li l-gaġeġ iż-żejda tneħħew, imma sal-lum il-ġurnata, dawn il-gaġeġ jew il-frames tagħhom għadhom hemm ankrati, jaf il-Ministru li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) daħlet pre-screening application biex minn 12-il gaġġa jiżdiedu għal 24 gaġġa? Ma jaħsibx il-Ministru u/jew l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandhom jirrikmandaw li joħroġ enforcement notice la l-PA ma għamlitx hekk? Dan mhux l-istess bħal meta wieħed iħaffer għal pedamenti f’art waqt pre-screening jew proċess ta’ applikazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jaċċetta dan il-ksur ta’ regoli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura bħalissa l-farm ikkonċernat għandu sitt (6) gaġeġ bil-ħut mit-tnax (12) li huma permessi. Il-proċess tal-akkwakultura tat-tonn jinvolvi l-preparazzjoni tal-collars tal-gaġeġ li la jkunu ankrati mal-qiegħ u lanqas ma jkun fihom xbiek. F’dan iż-żmien tas-sena dawn ikunu qed jiġu armati biex fl-istaġun jinġibdu għal ġewwa ż-żona tas-sajd meta ssir il-qabda tat-tonn. Ladarba fix-xibka tas-sajd ikun hemm it-tonn, titwaħħal xibka ma dawn il-collars, biex b’hekk il-ħut jiġi trasferit mix-xibka tas-sajd għal ġox-xibka tal-gaġġa. F’dan l-istadju il-gaġġa bit-tonn tibda tinġibed lura lejn Malta. Dawn il-gaġeġ bit-tonn jistgħu jiġu ankrati biss f’żona identifikata għall-akkwakultura tat-tonn.
Għaldaqstant ma jidhirx li hemm il-ħtiega ta’ nfurzar.
Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura – gaġeġ tat-tonn
Question
Nirreferi għall-gaġeġ tat-tonn li jinsabu f’post transitorju fejn qed jiġi xjentifikament studjat mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u fejn bħalha fatt il-gaġeġ żdiedu minn 9 gaġeg għal 21 gaġġa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx pre-screening application lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex minn 12 il-gaġġa jiżdiedu għal 24 gaġġa? Ma jaħsibx il-Ministru li l-PA għandha toħroġ enforcement notice? Dan mhux l-istess bħal meta wieħed iħaffer għal pedamenti f’art pre-screening jew proċess ta’ applikazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li dan il-ksur ta’ regoli qed imur kontra r-regoli tal-Ministeru?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bir-referenza TRK201624 fejn qed jiġi mitlub li jiżdiedu 12 il-gaġġa ma’ fish farm eżistenti. Din l-applikazzjoni għada fi stadju ta’ vetting fejn l-Awtorità għadha qed tistenna aktar informazzjoni biex ikun jista’ jibda il-proċess ta’ screening.
Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija - “
Ma jaħsibx il-Ministru li l-PA għandha toħroġ enforcement notice? Dan mhux l-istess bħal meta wieħed iħaffer għal pedamenti f’art pre-screening jew proċess ta’ applikazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li dan il-ksur ta’ regoli qed imur kontra r-regoli tal-Ministeru?”
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jara t-tweġiba li ngħatatlu fid-domanda parlamentari 3882 f’Seduta 81.
Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti – riżorsi umani
Question
B’referenza għas-Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-riżors uman (HR) tagħha u l-gradi li jokkupaw preżentament? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2014 għas-sena 2015 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2015 għas-sena 2016 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2016 għas-sena 2017 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm hu l-budget tagħha għas-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Inzid nghid li fil-jiem li gejjin se jkun hemm zidiet ta' persuni fi grad ta' Executive.
GradeNo of Employees
Superintendent1
Officer in Scale 41
Manager1
Officer in Scale 71
Senior Executive1
Executive9 (One Executive is currently on loan to MGOZ)
Senior Principal1
Principal1
No of Employees / Budget –
20142015201620172018
HRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudget
11€350,00011€350,00014€470,00017€500,00016€600,000
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3565 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet referuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin kif mitluba fil-mistoqsija, il-Pulizija rċeviet diversi rapporti mill-FIAU, relatati mal-ammont ta' każi ta' ħasil ta' flus, kif indikati fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat illi jkun hemm drabi fejn fuq l-istess każ l-FIAU jibagħtu aktar minn rapport wieħed u għalhekk it-tabella turi l-każi mibgħuta għal investigazzjoni u mhux l-ammont ta' rapporti. Jista jaghti l-kaz li n-numru ta’ rapporti li jigu sottomessi lil-pulizija mill-FIAU ivarja mal-ammont kif indikat mill-FIAU, u dan minħabba metodi differenti kif tinżamm u tinġabar l–istatistika mill-FIAU u mill-Pulizija. Barra l-ammont ta' każi mibgħuta għall-investigazzjoni, it-tabella turi kemm minn dawn għadhom qed jiġu investigati, dawk fejn l-investigazzjonijiet ġew konklużi u ma kienx hemm lok fejn jittieħdu passi fil-qorti u dawk fejn l-investigazzjonijiet ġew konklużi u kien hemm min tressaq il-Qorti.
Year
Files Received
Investigated / Evaltuate
Investigation / Evaluation still underway
Concluded (No action in court was taken)
Concluded with an Arraigned in Court
2013
25
25
5
17
3
2014
17
17
9
7
1
2015
16
16
5
9
2
2016
18
18
7
9
2
2017
16
16
13
3
0
L-istess proċess kien isir fis-snin ta’ qabel. Għal din ir-raġuni qed nissottometti tabella oħra tal-ħames snin ta’ qabel, jiġifieri mis-sena 2008 sas-sena 2012.
Year
Files Received
Investigated / Evaluated
Investigation / Evaluation still underway
Concluded (No action in court was taken)
Concluded with and Arraigned in Court
2008
41
41
4
33
4
2009
17
17
3
5
9
2010
20
20
2
14
4
2011
18
18
4
8
6
2012
21
21
3
13
5
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3751, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet fis-sena 2016 u fis-sena 2017 (listi seperati) fejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) vvutat kontra l-vot tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 24 vot tal-Prof. Victor Axiak kienu kontra d-deċiżjoni tal-PA Board, 5 drabi fl-2016 u 19-il darba fl-2017.
Qasam tad-Direttorat tal-Public Health – kampanji ta’ promozzjoni
Question
B’referenza għall-kampanji ta’ promozzjoni li jsiru mill-Qasam tad-Direttorat tal-Public Health jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tan-numru ta’ riklami promozzjonali/avviżi li saru fis-sena 2017 lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni kollha (jiġifieri kull stazzjon wieħed b’wieħed), lir-radjijiet kollha (jiġifieri kull radju wieħed b’wieħed) u lill-gazzetti kollha (jiġifieri kull gazzetta waħda b’waħda) u lil siti li huma news portals kollha (jiġifieri kull portal wieħed b’wieħed) u kemm kienet in-nefqa globali għal kull kategorija ta’ komunikazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Mezz ta' Komunikazzjoni
Nefqa
2017
Radju
€35,719.55
2017
Web Banners
€5,534.00
2017
Gazzetti
€2,763.94
2017
Televizjoni
€15,983.69
2017
TOTAL
€60,001.18
Gaming – riskju fuq is-sistema finanzjarja ta’ Malta
Question
B’referenza ghall-mistoqsijiet parlamentari 4266 u 4269, jista’ l-Prim Ministru jekk hux il-ħsieb tal-Gvern jew tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li jippubblika r-rapport tan-National Risk Assessment (NRA) bħal mhi prassi f’pajjiżi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-National Risk Assessment (NRA) dwar il-Ħasil ta’ Flus, sar fuq livell Nazzjonali u mhux biss fuq is-settur tal-logħob. Mhux prassi li tali assessments jigu ppubblikati mill-awtoritajiet indipendenti li jikkummissjonawhom.
Inċentivi finanzjarji għal sewqan ta’ roti u pedelec
Question
B’referenza għal bosta inċentivi finanzjarji li ħarġu biex iħajru aktar nies biex isuqu rota jew pedelec u għalkemm din hi ħaġa tajba u ninkoraġġixi li din ma għandhiex tkun inizjattiva one off, imma b’inċentivi li jolqtu 250 ruħ biss fil-każ ta’ pedelec, u peress li wieħed jista’ jinnota li l-helmet ta’ protezzjoni issa mhijiex aktar obligatorja u qed issir distinzjoni bejn roti mikrija u dawk li ma jkunux, il-Ministru ma jaħsibx li dan jista’ jkun ta’ dannu għal saħħet is-sewwieq b’mod partikolari fil-konġestjoni ta’ traffiku li għandna u fin-nuqqas tas-cycle lanes li hawn f’Malta (li jingħaddu fuq id waħda)? Fuq liema statistika u riċerka Transport Malta bbażat id-deċiżjoni tagħha biex jitneħħew il-helmets ta’ protezzjoni, meta x-xenarju lokali ma jħajrikx li tuża pedelec?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema f’forma ta’ għotja finanzjarja għal min irid jixtri biċikletta assistita b’mutur li jaħdem bid-dawl (pedelec) hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Jekk din l-iskema tkun popolari, wieħed jikkunsidra tibdil fl-iskema għas-sena d-dieħla jew snin ta’ wara. Fejn jidħlu r-regolamenti tal-użu ta’ helmet kif ser jiġu mibdula, din ma tagħmilx distinzjoni bejn pedelec mikrija jew le.
Għalkemm l-użu ta’ helmet mhux mandatorju, Transport Malta xorta tinkuraġġixxi li sewwieqa ta’ roti u pedelec jagħmlu użu minn helmets għal sigurtà addizzjonali. Fir-rigward tat-tneħħija ta’ l-użu mandatorju ta’ helmets kienet ukoll talba ta’ lobby group ewlieni Bicycle Advocacy Group (BAG) li jippromwovi l-użu tar-roti li l-qafas mandatorju għall-użu ta’ helmet għandu jitneħħa. Ta’ min isemmi wkoll li fil-maġġoranza ta’ bliet Ewropej fejn jiġi offrut servizz ta’ bicycle sharing, l-użu ta’ helmet mhux wieħed mandatorju. Riċerka turi wkoll li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi Ewropej, l-użu ta’ helmet mhux wieħed mandatorju.
Għalkemm in-numru ta’ cycle lanes eżistenti huwa limitat, partikularment minħabba l-wesgħat fil-maġġoranza tat-toroq, Transport Malta qed tniedi proġett pilota ffinanzjat minn Fondi Ewropej għall-introduzzjoni ta’ Safe Cycling Routes intiżi specjalment għal min irid juża r-rota jew pedelec bħala mezz ta’ transport personali. Dan minbarra l-introduzzjoni ta’ cycle lanes fi proġetti ġodda ta’ toroq. Il-proġett pilota huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ spazju bejn l-utenti kollha li jagħmlu użu mit-triq. Dan il-proġett jikkonsisti interventi li jsaħħu s-sigurtà għal min juża’ r-rota fuq iż-żewg rotot identifikati, b’total ta’ 22km li fil-maġġoranza minnhom toroq urbani, fosthom, tnaqqis fil-veloċità tal-vetturi f'dawn it-toroq ta’ mhux aktar minn 30km jew anqas sa massimu ta’ 20km fis-siegħa, introduzzjoni ta’ CCTV għall-infurzar tal-veloċità f’ċertu sezzjonijiet ta’ dawn ir-rotot, introduzzjoni ta’ traffic lights f'numru ta’ junctions li jagħtu prijorità lis-sewwieqa tar-rota, introduzzjoni ta’ miżuri oħra li jnaqqsu l-veloċità tal-vettura, sinjali tat-traffiku speċifiċi kif ukoll titjib ġenerali ieħor f’sezzjonijiet ta’ dawn ir-rotot. Il-proġett jinkludi wkoll App li tikkumplimenta dan in-network.
Ħasil ta’ flus – rapporti investigattivi mill-Awtorità
Question
Ninnota b’sodisfazzjon li bis-saħħa tar-raba’ direttiva dwar il-ħasil ta’ flus, il-Malta Gaming Authority issa obbligata li tissorvelja l-online gaming b’aktar kontabilità u għalhekk waqqfet team tekniku ta’ monitoraġġ f’dan ir-rigward. Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li r-rapporti investigattivi tal-Awtorità, bħalma hu prassi fl-Ewropa, ser jiġu ppubblikati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Loghob li taħt ir-Raba’ Direttiva dwar il-Ħasil ta’ flus, ir-rwol tal-istess Awtorità huwa li tkun l-awtorità supervisorja fuq is-settur tar-remote gaming għan-nom tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzioni Finanzjarja.
L-obbligi tal-Awtorità skont il-liġi huma li r-rapporti li jsiru minn-naħa tagħha jingħaddu lill-Korp għall-Analizi ta’ Informazzioni Finanzjarja u hija prerogattiva tal-istess Korp li jieħu deċiżjoni dwar liema azzjonijiet jittieħdu abbażi ta’ dawn ir-rapporti u skont dak li tippermetti l-liġi.
Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob li l-prassi hija li jiġu ppubblikati s-sanzjonijiet jew multi li jingħataw.
Nirreferi għall-inċident li ġie rrapportat fil-gazzetti u s-sitt taħrikiet li kienu nħarġu mill-Italja f’Lulju tas-sena 2015. Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dak li ġara dakinhar ma jerġax iseħħ u jissaħħaħ kemm il-moniteraġġ ta’ kumpaniji u liċenzjati ġodda u eżistenti in line mar-riskju li dan is-settur iġib miegħu? X’kienet ir-raġuni li min kien skorett reġa’ nħarġitlu l-liċenzja fis-sena 2016? X’falla? X’inhuma l-monitoring policies attwali? Minn dak l-inċident ‘l hawn, il-proċeduri nbiddlu? Jekk iva, b’liema mod?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Awtorita’ kontinwament taġġorna l-proċeduri ta’ moniteraġġ u supervizjoni tagħha kemm għal operaturi ġodda kif ukoll għal operaturi ezistenti sabiex dawn iżommu l-pass mal-iżviluppi regalotarji u teknologiċi ta’ din l-industrija daqstant dinamika. Fost l-inizjattivi mehuda mill-Awtorita’ hemm it-tishih tad-dipartiment ta’ "due diligence" billi żdiedu r-rizorsi umani u tekniċi, inbidlu l-proċessi ta kif isir id-"due diligence", qed jintuzaw agenziji internazzjonali fi ġbir ta’ intelligenza dwar individwi u kumpaniji u ngħata taħriġ speċjalizzat. L-Awtorita’ qiegħda tindaga aktar fil-fond dwar is-sorsi tal-fondi u l-ġid tal-applikanti. L-Awtorita’ tinvesti wkoll fil-moniteraġġ kontinwu tal-operaturi permezz ta’ audits indipendenti li jsiru fuq l-operaturi minn zmien ghal zmien kif ukoll spezzjonijiet speċifiċi kontra l-Hasil ta’ Flus u l-Finanzjar tat-Terrorizmu.
Dan il-moniteraġġ aktar rigoruż wassal f’ żieda fl-infurzar mill-awtorita’ u għal numru akbar ta’ licenzji sospizi u cancellati minhabba ragunijiet ta’ Infurzar.
2015
2016
2017 (Jan – June)
Numru ta’ Liċenzji Sospizi
23
2
4
Numru ta’ Liċenzji Kanċellati
13
21
1
L-Awtorita’ ma għandha l-ebda persuni li nstabu li huma skoretti u reggħet inharġitlhom licenzja. Li gara kien totalment l-oppost. Persuni li mill-istharrig ta’ due diligence li sar fuqhom instabu li huma skoretti ma nħargitilhomx liċenzja, filwaqt li kien hemm persuni ohra li abbandunaw il-licenzja meta ntebhu bl-istharrig u tfittix wiesgħa li tagħmel l-Awtorita fuq l-applikanti.
Breakdown of Suspended licences
Suspended 2015 (23 in total)
3 issued in 2006
2 issued in 2010
1 issued in 2011
3 issued in 2012
6 issued in 2013
8 issued in 2014
Suspended 2016 (2 in total)
2 issued in 2012
Suspended (1st half 2017) (4 in total)
1 issued in 2011
1 issued in 2012
2 issued in 2015
Breakdown of Cancelled Licences
Cancelled in 2015 (13 in total)
2 issued in 2010
5 issued in 2011
4 issued in 2012
2 issued in 2013
Cancelled in 2016 (21 in total)
2 issued in 2010
5 issued in 2012
3 issued in 2013
9 issued in 2014
1 issued in 2015
1 issued in 2016
Cancelled (1st half of 2017) (1 in total)
1 issued in 2011
Ġie rraportat f’gazzetta ewlenija li Spettur tal-Malta Gaming Authority ġie mkeċċi fis-sena 2015 għax irrapporta skorrettezzi. Jista’ l-Ministru jgħarrafna dwar il-każ? X’inhi r-raġuni li qed tinżammlu t-talba tiegħu li jingħata l-protezzjoni ta’ whistleblower?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Awtorità dwar il-Logħob ta’ Malta li:
- Il-persuna li għalih jirreferi dan l-artiklu ma kienx jokkupa r-rwol ta’ Spettur iżda kien
IT Administrator
.
- Dan il-ħaddiem fl-ebda mument ma tkeċċa minħabba li rraporta skorrettezzi. Dan il-ħaddiem tkeċċa wara li ġew eżawriti l-proċessi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu wara numru sostanzjali ta’ rapporti ta’ inkompetenza u insubordinazzjoni min-naħa tal-istess ħaddiem – kien hemm istanzi ta’ abbuż ta’
sick leave
u ksur ta’ kunfidenzjalità fost affarijiet oħrajn.
- L-iskorrettezzi allegati fl-artiklu ġew investigati mill-Awditur Intern Indipendenti tal-Awtorità fl-2014 meta ġew rapportati, u rriżulta li dawn l-allegazzjonijiet ma kinux fondati.
- Kien biss aktar minn sentejn wara li tkeċċa li l-impjegat talab il-protezzjoni ta’
whistleblower
. Peress li diġà kien hemm proċeduri pendent quddiem il-Qorti dwar dan il-każ, hija l-Qorti li trid tikkonferma jew le l-istatus ta’
whistleblower
u mhux l-Awtorità.