Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna għal tkabbir tal-kapaċitajiet operattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’tip ta’ għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Kawżi l-Qorti rigward litigazzjoni ta’ procurements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kawżi li nfetħu l-Qorti kontra l-Gvern jew awtoritajiet tiegħu li jirrigwardaw litigazzjoni dwar procurement ta’ offerti għal kull sena 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kawżi kollha msemmija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex ma tinżamm ebda statistika fir-rigward ta’ kawżi li nfetħu kontra l-Gvern jew awtoritajiet tiegħu li jirrigwardaw litigazzjoni dwar procurement ta’ offerti.
Projects Malta – limitu permessibbli ta’ direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu permessibbli ta’ direct order miċ-ċivil, minn awtoritajiet u minn Projects Malta? X’sistemi ta’ proċedura dwar skrutinju u infurzar jeżistu fil-Ministeru għall-Finanzi biex il-limitu ma jinqabiżx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Direct Orders huma regolati mil-klawsola 103 tal-Public Procurement Regulations, u jiġu approvati mil-uffiċċju tad-Direct Orders fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.
Residenza San Vinċenz de Paul – konklużjoni ta’ investigazzjonijiet interni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu u l-konklużjoni tal-investigazzjoni interna li saret mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta’ swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
B’referenza għall-Class Allowance li l-Gvern ta bħala rikonoxximent lill-għalliema li ilhom 20 sena jgħallmu, filwaqt li din hi miżura ta’ min ifaħħarha, il-ftehim ħalla barra lill-għalliema li għamlu snin jgħallmu bħala supply jew graduate supply, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jirrikonoxxi s-snin ta’ tagħlim li għamlu l-għalliema li kienu supply/graduate supply ? Jekk iva, f’liema stadju wasal il-proċess u meta se jiġi rikonoxxut is-snin ta’ servizz ta’ dawn l-għalliema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Class Allowance li tirrikonoxxi lill-għalliema li ilhom 20 sena jgħallmu skont il-ftehim settorali hi għall-għalliema li jinsabu fi skala 7.
Awtorità tal-Artijiet – ftehim fuq art ta’ lukanda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ftehim milħuq mill-Awtorità tal-Artijiet dwar ksur fil-kundizzjonijiet ta’ art tal-poplu mogħtija lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal skopijiet turistiċi iżda li se tintuża bħala uffiċċini? Jista’ jgħid x’inhi ċ-ċifra li kienet tħallset biex jinfeda ċ-ċens? Jista’ jgħid x’inhi ċ-ċifra addizzjonali li se titħallas mil-lukanda biex tagħmel tajjeb għal ksur tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jinsab skorrett meta jinsinwa illi art tal-poplu ġiet mgħotija lill-propretarji tal-lukanda illi d-dettalji dwarha qed jingħataw separatement. B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 5289 illi diġa’ saret f’dan ir-rigward, nerġa’ ntenni illi l-propjeta’ ġiet mibjugħa lil terzi permezz ta’ tlett atti pubbliċi separati fis-snin 1991, 1996 u 2000 rispettivament, kollha taħt amministrazzjonijiet gvernati mill-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqsant, ma tħallas l-ebda ċens/kerha fuq l-art u għalhekk, m'hemm l-ebda każ għal reviżjoni.
Nserraħ moħħ l-Interpellant illi m’hemm l-ebda ksur ta’ kuntratti u li d-diskussjonijiet dwar emendi potenzjali tal-kuntratti tal-bejgħ, għadhom għaddejjin.
Peress li l-Prim Ministru ħabbar cut off date li mid-data tagħha, il-karrozzi impurtati jridu jkunu jaħdmu bl-elettriku bi skop li jonqos it-tniġġiż tal-arja, jista’ l-Ministru jgħid liema hi dik is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ta’ min jirrimarka lill-Onor. Interpellant, li l-Kumitat inter-ministerjali ġie mwaqqaf mill-Ministeru dwar l-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.
Ta' min jirrimarka, li l-Kumitat rispettiv ħatar servizzi ta’ konsulenza permezz ta’ sejħa għall-offerta pubblika biex jassistih.
Il-Kumpanija rispettiva li ġiet identifikata biex tassisti lill-kumitat diġà bdiet ix-xogħol tagħha.
Il-Kumitat ħass li għandu jirrikori għal din it-tip ta’konsulenza minħabba l-importanza ta’ din id-data u l-impatt li eventwali tali data tista tħalli fuq l-ekonomija tal-pajjiz inkluż;
i. is-settur rispettiv (importazzjoni u reġistrazzjoni ta’ vetturi)
ii. l-impatt fuq żieda fid-domanda għall-elettriku li tħalli bidla se ġġib magħha,
iii. l-impatt fuq il-finanzi tal-Gvern,
iv. L-impatt soċjali, loġistiku u t’ippjanar.
v. Sfidi dwar infrastruttura rispettiva
vi. Il-miri Nazzjonali u Ewropej
vii. Il-miri Ambjentali li Malta trid tilħaq kemm presentament kif ukoll fil-futur qrib
viii. Teknoloġija alternattiva apparti vetturi elettrici konvenzjonali
.
Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna għal tkabbir tal-kapaċitajiet operattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tipi ta’ għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li sar fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti? Fejn huwa allokat dan iċ-Ċentru u kemm ilu mwaqqaf? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru Tommaso Chetcuti ġie mwaqqaf fis-26 ta’ Settembru 2016. Dan iċ-Ċentru ġie stabbilit fl-istess binja fejn qabel kien hemm il-Young People’s Unit. Dan iċ-Ċentru joffri servizz ta’ Out-Patients lil dawk il-pazjenti li jkunu intbagħtu fuq leave mill-Isptar Monte Carmeli qabel dawn jiġu rilaxxati fil-komunità. Dawn il-pazjenti jiġu assessjati mill-konsulent tagħhom flimkien mat-tim multidixxiplinarju. Is-servizz qiegħed jingħata mit-Tnejn sas-Sibt.
Is-servizzi offruti jikludu wkoll kampjuni ta’ dmija, l-amministrazzjoni tad-
Depot Injection
,
screening
ta’ ECG, jiġu ppreparati l-pilloli fil-
pill boxes
individwalment għal kull pazjent, ko-ordinazzjoni ta’ kura mas-servizzi mogħtija fil-komunità inkluż servizz ta’
Outreach
minn professjonijiet multidixxplinarji, servizz ta’
Support Groups
–
Reaching Out
li joffru sapport għall-qraba u għal dawk kollha li jieħdu ħsieb pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali, servizz ta’ S
elf-Support Group – Hearing Voices
għal dawk il-pazjenti li jbagħtu minn xi forma ta’
Visual/Auditory Hallucinations
u servizz professjonali ta’
Couple and Sex Therapy.
Biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista’ jiġi riferut mill-Konsulent rispettiv tiegħu wara li l-pazjent ikun intbagħat bil-
leave
mill-Isptar Monte Carmeli. Jekk wieħed irid jibbenefika mis-servizz offrut mis-
Support Groups,
jista’ jċempel iċ-Ċentru Tommaso Chetcuti fuq in-numru 23304299. Qegħdin jiġu mqassma wkoll diversi
posters
b’informazzjoni dettaljata biex jinħoloq aktar għarfien dwar dan is-servizz.
Filwaqt li s-servizz ta’
Couple and Sex Therapy
jista’ jingħata wara li l-klijenti jiġu riferuti mit-tabib tagħhom jew minn xi tabib ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex; jista’ wkoll jingħata appuntament billi wieħed iċempel direttament ic-Ċentru Tommaso Chetcuti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika s-sessjonijiet edukattivi li saru fil-kliniċi tas-Saħħa Mentali f’din il-Leġiżlatura? Meta saru dawn is-sessjonijiet lill-pazjenti u l-qraba tagħhom u l-pubbliku inġenerali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
B’referenza għas-settur tas-servizz tas-Saħħa Primarja u fil-Komunità bħala pilastru fil-ħarsien tas-Saħħa u Prevenzjoni, b’mod partikolari dak offrut mit-tabib privat, li fil-fatt hu settur li b’għażla tal-poplu huwa l-aktar imfittex, fejn għal numru tas-snin id-Dipartiment tas-Saħħa offra servizzi ta’ investigazzjoni b’xejn lill-pazjenti li jagħżlu li jinqdew b’tabib li ma jaħdimx fiċ-Ċentri tas-Saħħa Pubblika, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-lista ta’ investigazzjonijiet li bħalissa hi offruta? Hemm ħsieb li din il-lista ser tiżdied? Liema huma dawn it-testijiet? Dan ifisser li l-pazjent li jkun irid iħares saħħtu billi jmur għall-konsulta privata għand tabib tal-familja, ser ikun jista’ jutilizza l-istess lista ta’ investigazzjonijiet li tabib tal-gvern taċ-Ċentru tas-Saħħa għandu? Jekk mhux il-każ, x’inhi r-raġuni tad-diskrepanza? Jista’ jgħid kemm-il tabib privat inqabad jabbuża minn dan is-servizz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja għax jordna investigazzjonijiet li ma humiex fil-lista?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet li tabib privat tal-familja jista’ jordna għal pazjenti b’xejn huma:
Bacteriology: Urine C&S, Rickettsiae IgM
Haematology: Complete Blood Count, Erythrocyte Sedimentation Rate
Mycology: Skin, Nail, Hair
Biochemistry: HbA1c, Urinalysis and Microscopy, Glucose (Fasting / Random), Urea, Creatinine, Electrolytes (Na, K, Cl), Lipid Profile (T. Chol, Trig, HDL, LDL), Liver Function Test (Bil, ALT, g-GT, ALP), Calcium, Phosphate, Uric Acid, Ferritin, B12, Folate, Thyroid Function Test (TSH & FT4), Prostate-Specific Antigen.
Minn dan is-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa estenda s-servizz tal-myhealth sabiex testijiet ikunu jistgħu jiġu ordnati online mit-tobba tal-familja mill-kliniċi tagħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entità/jiet li għandha/hom dritt/ijiet esklussiv/i tal-bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina? Jista’ jgħid kemm jitħallsu ta’ kull bejgħ ta’ passaport? Kemm huma ċ-ċittadini Ċiniżi li issa għandhom passaport Malti?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6358 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6034, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed tieħu s-Sovratendenza biex il-foss il-qadim tar-Rabat li jmur lura għaż-żmien ir-Rumani u li kien parti mil-limiti tal-Imdina, jiġi mħares?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-foss il-qadim tar-Rabat (Malta) hu mħares permezz ta’ Skedar skont in-Notifiki tal-Gvern Numru 766/98 u n-Notifiki tal-Gvern Numru 1064/13, kif ukoll jinsab fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana skont kif ippubblikat fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta’ Malta.
Meta s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tiġi kkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xi żvilupp fil-viċinanza tal-imsemmi sit normalment:
A. teżamina il-pjanti, ritratti u dokumenti annessi fl-applikazzjoni;
B. tispezzjona s-sit minn barra u anke ġewwa;
C. titlob lill-perit għal aktar informazzjoni jekk hemm bżonn;
D. tagħmel tiftix għall-iktar informazzjoni fejn meħtieġ;
E. tikkonsulta internament;
F. fejn meħtieġ titlob lill-perit jemenda l-pjanti biex jiġi protett aħjar il-patrimonju;
G. tirrakomanda miżuri u kundizzjonijiet minn għażla li jvarjaw skont il-każ, bħal:
1. li l-iżvilupp għandu jsegwi r-regolamenti dwar iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana fil-Pjan Lokali, l-iSPED u d-DC15;
2. ġieli ma’ jitħalliex issir tneħħija ta’ ħamrija (li jista' jkun fiha materjal arkeoloġiku) u lanqas qtugħ ta’ blat;
3. jintalab rapport dwar kif ser isir kwalunkwe tneħħija ta’ xi strutturi ta’ żmien iktar riċenti;
4. jintalab rapport dwar kif ser issir ir-restawr; u
5. kundizzjoni sabiex għas-spejjeż tal-applikant jitqabbad arkeologu kwalifikat mir-Reġistru miżmum mis-Sovrintendenza fejn jiġi segwit ix-xoghol biex jiġi żgurat li ma’ ssirx ħsara lill-patrimonji, jew jekk f’każ li jinstabu fdalijiet arkeoloġiċi jiġi mwaqqaf ix-xogħol u msejħa s-Sovrintendenza sabiex teżamina u tidderieġi dwar x’għandu jsir.
Aktar tgħarif dwar is-sorveljanza jista’ jiġi aċċessat fuq is-sit elettroniku tas-Sovrintendenza: https://culture.gov.mt/en/culturalheritage/Pages/CulturalHeritageSurveillance.aspx
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6359, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diplomatiċi jistgħux jagħmlu teleworking? Jekk le x’inhi r-raġuni li dan ma jiġix rimedjat?
Response (ABELA, CARMELO)
M’għandi xejn x’inzid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija 6359.
Għażla tal-istaff konsulari fl-Ambaxxati / Kummissjonijiet Għolja / Rappreżentanzi Permanenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-istaff konsulari fl-Ambaxxati / Kummissjonijiet Għolja/ Rappreżentanzi Permanenti ser jibdew jintgħażlu mill-Aġenzija Identità Malta u mhux mill-Korp Diplomatiku Malti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni fil Kummerċ huwa responsabbli mill-istaff li jiġu mgħażula biex iservu barra minn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-iskeda tal-eżami mediku li jsir fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati? Ta’ liema età u frekwenza jitwettaq? X’ħarsien qed jingħata biex id-dahar tal-istudenti jitħares? Dan jgħodd l-istess kemm għall-istudenti fl-iskejjel pubbliċi kif ukoll skejjel privati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżamijiet mediċi jsiru matul is-sena skolastika kollha inkluż ix-xhur tas-sajf kif jidher hawn taħt:
Ġunju sa Settembru
eżamijiet mediċi ġenerali u assessjar ta’ żvilupp fuq it-tfal kollha li ser jidħlu fil-klassijiet tal-
Kindergarten
u tal-
Year
fl-1 f’Ottubru.
Ottubru
eżami mediku tal-iskoljożi, vista tal-għajnejn u test tad-diskriminazzjoni tal-kulur (
colour vision
) fit-tfal kollha tal-
Year 6
.
Novembru
eżami mediku fuq il-vista u żvilupp tal-għajnejn fit-tfal kollha tal-
Year 1
.
Diċembru
eżamijiet mediċi ġenerali u assessjar tal-iżvilupp fi tfal li jattendu l-iskejjel tal-Knisja u li qatt ma rċevew dawn is-servizzi qabel.
Jannar
Tilqim kontra d-difterite, tetnu u poljo lit-tfal kollha tal-
Form 4
fl-iskejjel sekondarji.
Frar
Eżamijiet mediċi ġenerali u assessjar tal-iżvilupp fuq tfal li ser jidħlu fil-
Kindergartens
tal-Istat fi Frar.
Marzu
Eżami mediku fuq il-vista tal-għajnejn fit-tfal kollha tal-
Year 3
fl-iskejjel.
April/Mejju
Eżami tal-iskoljożi fuq it-tfal kollha tal-
Form 2
fl-iskejjel sekondarji.
Ninfurmah ukoll li ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana twaqqfet klinika speċjalizzata għal dawk it-tfal li għandhom skoljożi ħafifa u li mhux il-każ li jiġu segwiti l-isptar. Id-dipartiment tal-Fiżjoterapija fi ħdan il-Kura Primarja jwettaq programm ta’ għarfien fuq il-kura tad-dahar lil tfal li jattendu Year 6 fl-iskejjel kollha tal-Istat u tal-Knisja.
Dawn is-servizzi huma mgħotija mis-Servizz tas-Saħħa fl-Iskejjel (
School Health Service
) fi ħdan il-Kura Primarja u jingħataw fl-iskejjel kollha tal-Istat u tal-Knisja.
B’referenza għall-basktijiet/bagalji tal-iskola u b’mod partikolari għat-toqol tagħhom minħabba l-kotba tat-time table li l-istudenti jġorru u dan bi skop li nipprevenu kontra d-diformità tad-dahar, jista’ l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet jingħataw lill-headteachers ta’ skejjel privati u pubbliċi biex isegwu linji gwidi dwar x’inhu l-ammont adegwat ta’ kotba li l-istudenti għandhom iġorru? Jista’ jgħid x’inhuma dawn il-linji gwida? Isiru spezzjonijiet dwar dan il-qasam minn spetturi edukattivi fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji kemm pubbliċi kif ukoll privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu tas-sena skolastika, f’Settembru tal-2017, inħarġet ċirkolari mid-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi lill-Kapijiet tal-iskejjel Statali kif ukoll dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti dwar l-effett ta’ piż tqil tal-basktijiet tat-tfal.
F'din iċ-ċirkolari ngħataw ukoll rakkomandazzjonijiet ċari dwar it-toqol
(weight)
tal-basktijiet vis-a-vis l-
weight
tal-istudent. Ingħataw ukoll numru ta’ soluzzjonijiet dwar x’miżuri jistgħu jittieħdu biex il-piż tal-basktijiet jonqos. Kopja ta’ din iċ-ċirkolari qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6617 - Letter Circular - Heavy School Bags.pdf
B’referenza għat-tankijiet privati tal-fuel li huma illegali ta’ ħafna garaxxijiet li jordnaw fuel bulk biex ma jmorrux għand tal-pompi tal-petrol, jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju qed jittieħed dwar hekk? Kemm inqabdu jiksru l-proċedura mir-REWS? Dawn it-tankijiet, bosta minnhom f’inħawi residenzjali, għandhom l-istandards ta’ protezzjoni meħtieġa? Min jissuplixxi l-fuel hu mġiegħel jiċċekkja jekk dawn is-sidien għandhomx permess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-installazzjonijiet ta' ħażna ta' fuel għandhom bżonn awtorizzazzjoni mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma skond ir-Regolamenti dwar il-Petroleum għas-Suq tal-Karburanti bl-Imnut fuq l-Art.
Skont dawn l-istess regolamenti hemm żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni li jistgħu jingħataw fejn hemm ħażniet ta’ fuel għall-użu personali u mhux għall-bejgħ:
· operazzjoni ta’ stazzjon kummerċjali minn fejn jimtela l-
petroleum,
fejn il-kelma “Kummerċjali" tfisser post li ma jkunx miftuħ għall-pubbliku iżda minn fejn jitqassam il-karburanti għat-tħaddim tal-vetturi
· operazzjoni ta’ faċilità sekondarja tal-ħżin tal-
petroleum.
F’każ ta’ installazzjonijiet ġodda r-Regolatur jesiġi li l-installazzjoni tilħaq l-istess standard mitlub minn stazzjonijiet li jbiegħu l-fuel, jiġifieri skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines, ippublikati mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA). Barra minn hekk, l-operaturi għandhom isegwu Kodiċi ta’ Prattika attwali. Biex tingħata awtorizzazzjoni, l-applikant ukoll jiġi mitlub li jkollu l-permessi kollha meħtieġa, speċjalment il-permessi ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar u dak ta’ l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Ir-Regolatur jieħu il-passi ta’ infurzar meħtieġa kull darba li jinqabad każ ta’ ħażna ta' fuel li m’għandhiex il-permessi meħtieġa.
Kien hemm għaxar investigazzjonijiet riċenti (tul dawn l-aħħar tlett snin) li jirrigwardjaw stallazzjonijiet illegali ta’ ħazna ta’
fuel
.
Il-fornituri tal-
fuel
huma obbligati li jiċċekkjaw li l-istallazjoni fejn ser ifornu għandha l-permessi meħtieġa.
Tankijiet ta’ taħt l-art tal-fuel stations – lining tal-membrane
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ispeċifikazzjonijiet tal-lining tal-membrane tat-tankijiet ta’ taħt l-art tal-fuel stations? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li qed jiġi aċċettat lining ta’ membrane normali meta l-petrol idewbu u mhux il-lining tal-fuel tanks proprja li hu epdethelene benelyne nomimer membrane or fiber glass enforced plastic? Kif qed timmoniterja u tirregolarizza dwar hekk ir-REWS?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li waqt refurbishment ta’ petroleum filling station u għall-istazzjonijiet ġodda ir-Regolatur jesiġi li l-pit fejn ikunu ser jitpoġġew it-tankijiet tal-fuel kif ukoll l-oil/water separator (ta’ volum aktar minn 7000 litru) iridu jiġu miksija b’fuel-resistant self-healing geotextile membrane b’permjabilità minima ta’ 5x10-9 cm/s. Il-forecourt tal-istazzjon trid tinkesa ukoll b’din it-tip ta’ membrane. Dan it-tip ta' lining huwa mitlub skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines,ippublikat mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA)' – it-tielet edizzjoni, Sezzjoni 8.5.5.3. Dawn il-linji gwida huma meqjusa internazzjonalment bħala ta’ livell għoli.
L-operaturi tal-pompa taħt il-gwida ta’ inġinier kompetenti jrid jipprovdi ċertifikat li dan it-tip ta'
lining
ġie installat skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6179 u ċjoè: B’referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b’mod partikolari l-port workers, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb’oħra jerġa’ jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra? X’inhi r-raġuni għalfejn l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi, ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port workes sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hux korrett skont il-liġi li jingħad li ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port worker sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat.