Pulizija – persuni taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persuni taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija s-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid dwar xiex ittellgħu quddiem il-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
‘Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni ta’ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qrati/Tribunali mill-Pulizija minn Jannar 2020 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2021 kien ta’ tlett mija u tnejn u tmenin (382). Ir-raġunijiet dwar xiex tressqu dawn il-persuni kienu varji u bejn wieħed ieħor kienu għar reati indikati fit-tabella hawn taħt:
Hrib mill-kustodja
Hsara voluntarja fi propjeta
Insulti u theddid u ksur ta’ Bon ordni
Serq jew attentat ta serq u serq min vetturi
Hruq u attentat ta’ ħruq
Offizi relatati ma droga
Pussess/garr ta’ armi jew armi rregolari
Sewqan mingħajr licenza u assikurazzjoni u u ksur iehor tal-ligijiet tat-traffiku
Attakk fuq persuna
Uzu ħazin ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni
Kkagunaw feriti ħfief jew gravi
Vjolazzjoni u dhul bla permess fi propjeta
Molestja, jittallab, m’obdewx ordnijiet tal-pulzija u ma tgħawx il-partikularitajiet
Uzu ta’ passaporti jew dokumenti foloz u ksur ieħor ta’ ligijiet ta’ immigrazzjoni
Hruq ta’ nar ta’ festi bla permess
Attentat ta’ uzu ta’ forza
Offizi sesswali ma minorenni
Pussess ta pornografija u materjal indicenti
Hallew klieb waħedom u bla cinga u b’periklu għall-ħaddieħor
Jista’ l-Ministru jelenka t-toroq u l-proġetti kollha li saru f’Marsaskala f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti fuq użu ta’ mobile phone fis-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-każijiet li tressqu mill-Pulizija quddiem il-Qorti kontra dawk is-sewwieqa li għamlu użu mill-mobile phone dwar is-sewqan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dwar ir-reat imsemmija mill-Onorevoli interpellant fil-maġġoranza tal-kazijiet il-persuni responsabbli jinħarġulhom tickets u ma jittressqux quddiem il-Qorti. Infurmat illi bejn Jannar 2020 u Novembru 2021 b’kollox kien hemm tmien t’elef u tlettax (8013) kaz fejn inħarrġu tickets mill-Pulizija kontra dawk is-sewwieqa li għamlu użu mill-mobile phone waqt is-sewqan.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija tal-applikanti li qed jitolbu servizz mill-Aġenzija Sapport? Tista’ tgħid kemm ilhom jistennew dawn l-applikanti biex jinqdew?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet pendenti fuq il-lista ta’ stennija fis-servizzi ta’ Aġenzija Sapport, li ser jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra, huma sad-data ta’ din t-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet, kif ukoll l-e-mail addresses tal-professjonisti kollha fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data, mhux possibli li ngħati l-informazzjoni mitluba kif qed jitlob l-Onor. Interpellant.
Kontribuzzjonijiet tal-IIP lil Għaqdiet mhux Governattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika kemm kien hemm Għaqdiet Mhux Governattivi li bbenefikaw mill-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programm (IIP) is-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid liema huma dawn l-Għaqdiet u kemm ingħataw flus biex iwettqu x-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Djar Residenzjali tal-Gvern — Stat ta’ saħħa tar-Residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat ta’ saħħa (eż: Indipendenti, Dipendenti, eċċ) jinsabu r-residenti li jgħixu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istat ta’ saħħa tar-residenti li jgħixu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern hija kif ġej:
Dipendenza Baxxa 25.75%
Dipendenza Medja 24.67%
Dipendenza Għolja 49.58%
B’referenza għal Malta Fireworks Special u s-suċċess li kellu u peress li ħadu sehem numru ta’ Għaqdiet tan-Nar li ma għandhomx liċenzja ta’ fabbrika, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-entitajiet li ħadu sehem?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena 48 għaqda tan-nar ħadu sehem fil-Malta Fireworks Special. Kull entita’ li ħadet sehem kienet koperta bil-liċenzjar li hemm bżonn biex tipparteċipa f’tali festival. L-Għaqdiet huma:
Sezzjoni Nar u Armar Soċjeta' Mużikali ta' Stella
Attard
Għaqda Piroteknika 10 ta' Awwissu
Birgu
Kummissjoni Nar Festa San Duminku
Birgu
Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu
Birkirkara
Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar
Birżebbuġa
Kummissjoni Nar San Pietru fil-Ktajjen
Birżebbuġa
Grupp Piroteknika 8 ta' Diċembru
Bormla
Kummissjoni Piroteknika - Għaqda Mużikali Santa Marija
Dingli
Kummissjoni Festa Esterna
Fgura
Għaqda tan-Nar Qalb ta' Ġesu'
Fontana, Għawdex
Sezzjoni Nar Sant' Andrija
Fontana, Għawdex
Għaqda Piroteknika 10 ta' Dicembru
Għajnsielem, Għawdex
Għaqda tan-Nar 31 ta' Mejju Għarb AD2013
Għarb, Għawdex
Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata
Ħal-Balzan
Każin San Gabriel
Ħal-Balzan
Għaqda Dilettanti tan-Nar Kuncizzjoni
Ħamrun
Marija Bambina
Isla
Għaqda Mużikali San Ġużepp
Kalkara
Għaqda tan-Nar Kerċem
Kerċem, Għawdex
Kumitat Festi Esterni Marija Reġina Marsa A.D.1972
Marsa
Kummissjoni Nar Għaqda Festi Esterni SSMA Trinita
Marsa
Għaqda tan-Nar Marija Bambina
Mellieħa
Soċjeta' Spetakklu Marija Assunta
Mġarr
Kummissjoni Nar Sancte Joseph
Msida
Sezzjoni Nar San Pawl
Munxar, Għawdex
Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja
Naxxar
Għaqda Tan-Nar Marija Bambina
Naxxar
Vampa Org / Soċjeta Filarmonika Leone
Rabat, Għawdex
Kummissjoni Festa Kristu Re - Sezzjoni Nar
Raħal Ġdid
Soċjeta' Filarmonika De Paule - Banda Kristu Re
Raħal Ġdid
Għaqda tan-Nar 11 ta' Frar
San Ġwann
Kummissjoni Nar Marija Sultana tal-Martri
San Pawl il-Baħar
Għaqda tan-Nar 20 ta' Lulju
Sannat, Għawdex
Għaqda tan-Nar 13 ta' Diċembru
Santa Luċija, Għawdex
Għaqda Tan-Nar 26 ta' Lulju
Santa Venera
Soċjeta' Filarmonika Stella Maris
Sliema
Għaqda Soċjali Madonna tad-Dutrina
Tarxien
Għaqda Tan-Nar San Gabriel
Tarxien
Għaqda tal-Pawlini
Valletta
Għaqda Nar Żgħażagħ La Stella
Victoria, Għawdex
Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri
Victoria, Għawdex
Marija Bambina VMB 1973
Xagħra, Għawdex
Grupp Organizattiv tal-Ħamrija
Xewkija, Għawdex
Kummissjoni Nar tal-Grazzja
Żabbar
Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883
Żabbar
Għaqda tan-Nar Santa Marija
Żebbuġ, Għawdex
Kummissjoni Piroteknika Santa Katarina V.M Għaqda Band
Żejtun
Kummissjoni Nar Soċjeta' Mużikali Beland
Żejtun
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn permess ta’ salut waqt funerali qed ikun diffiċli biex jingħata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Artikolu 24 tal-Kap 33 jelenka ħafna kondizzjonijiet ta’ kif u meta wieħed jista jingħata liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jaħraq xogħlijiet tan-nar diversi. Infurmat ukoll illi fost dawn skond Is-subartikolu (2) tal-istess Artikolu, tali liċenzja għandha tingħata taħt kondizzjoni illi dawn l-operazzjonijiet jsiru f’post irparat, u f’okkazjonijiet ta’ festa jew ġemgħat oħra ta’ nies, f’post hekk imbiegħed mill-folol li ma jistgħux isiru disgrazzji. Irid ikun osservat ukoll dak illi hemm stabilit fir-regolament 12 tal-Ligi Sussidjarja 33.03, bħal ħinijiet, assikurazzjoni, ecc. u għaldaqstant u dan jeħtieġ il- ħin biex dipartimenti u entitajiet oħra koncernati jiġu ikkonsultati, fost verifiki oħra. Jekk ikun hemm nuqqas ta'ċ xi element kif mitlub mil-liġi il permess ma jkunx jista’ joħroġ .
Ikliet barra mid-djar – ċertifikat tat-tilqim jew PCR test
Question
B’referenza għar-regoli dwar ikliet barra mid-djar, ninnota li jekk persuna tmur tiekol f’restaurant ma hemmx ħtieġa taċ-ċertifikat tat-tilqim jew PCR test, filwaqt li ikla organizzata minn NGOs, eż każini, bħala fund raising għall-festa hemm ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tilqim jew PCR test. Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru jgħid x’inhi r-raġuni tad-diskrepanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tneħħija gradwali tal-miżuri ilha għaddejja minn April ta’ din is-sena, b’attivitajiet permessi skont l-iStandards, fejn il-miżuri ta ’mitigazzjoni ppermettew li l-postijiet u s-servizzi jerġgħu jinfetħu u tali attivitajiet iseħħu.
Il-miżuri dejjem jiġu rilaxxati b'attenzjoni speċjalment fejn in-nies jiltaqgħu f'numri akbar bħal pereżempju f’attivitajiet imsemmijin minnu stess.
Għalhekk sabiex ikunu possibbli avvenimenti aktar sikuri, dan ġie ristrett għal persuni kompletament imlaqqma f'ambjent ikkontrollat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival li kien imħabbar li se jitwaqqaf il-Marsa fl-2016?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tenders għall-proġett ġew ippubblikati kif kien ippjanat, u x-xogħol sabiex jitwaqqa l-bini e¿istenti u jsir l-iskavar neċessarju nbeda. Instabu fdalijiet arkeoloġiċi, u għaldaqstant kellu jsir stħarriġ rigward dawn is-sejbiet, dokumentati u preservati. Kaw¿a ta’ dawn is-sejbiet kellhom isiru wkoll xi modifikazzjonijiet fil-pjanti oriġinali.
Dan it-tibdil ħalla mpatt fuq il-prezzijiet maqbula fit-
tender
, u għalhekk Festivals Malta qed jirrevedu l-kuntratt. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew malli dawn id-dikussjonijiet jiġu konklu¿i.
Bejgħ u produzzjoni tal-qubbajt u ħelu tradizzjonali
Question
B’referenza għall-bejgħ u l-produzzjoni tal-qubbajt, peress li f’dawn is-sentejn dan il-ħelu tradizzjonali, fost bosta prodotti oħra simili, osfru mis-suq lokali, u peress li min jimmanifattura dan il-ħelu huma l-vera ftit, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex dawn id-drawwiet jinżammu ħajja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jagħti mportanza li jkattar l-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli. Ninsab infurmat illi matul Lulju kollu ser tkun għaddejja kampanja sabiex inkomplu nħeġġu aktar nies jersqu ’l quddiem sabiex il-Wirt Kulturali Intanġibbli ta’ pajji¿na ikun aktar magħruf u mħares. Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ lill-produtturi u l-bejjiegħa sabiex jagħmlu kuntatt mad-Direttorat tal-Kultura sabiex il-produzzjoni tal-qubbajt jiddaħħal fl-Inventarju Nazzjonali u wieħed jara kif dan il-wirt kulturali intanġibbli tal-produzzjoni jista’ jitkompla l-ħarsien tiegħu.
B’referenza għall-Appell ta’ Żvilupp li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux prassi normali li d-deċiżjoni biex jinqata’ dan il-każ ilha sentejn u nofs peress li jidher li l-membri tal-bord mhux qed jimxu mal-obbligi tagħhom? . Jista’ jgħid x’teżiġi l-liġi tal-Awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appell dwar l-iżvilupp li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhuwiex irregolat mil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar, jiġifieri l-Kapitlu 552 tal-Liġijiet ta’ Malta, iżda mill-Kapitlu 551, li jwaqqaf it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Dan huwa tribunal indipendenti u imparzjali li l-għan tiegħu hu li jirrevedi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u deċiżjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, li jiġu referuti lilu. Skont l-Artikolu 35 tal-Kapitlu 551, it-Tribunal għandu “kull meta ma jkunx hemm talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess, jagħti d-deċi¿joni finali tiegħu fuq il-mertu tal-appell fi żmien sena mid-data tal-ewwel seduta tal-appell liema perjodu jista’ jiġi estiż għal darba waħda biss b’perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur f’każijiet eċċezzjonali...” L-Att jistipula wkoll li f’każ li deċiżjoni finali ma tiġix mogħtija fl-iskadenzi stabbiliti l-appell għandu jiġi assenjat mis-Segretarju lil panel ieħor. F’każ li l-appell jiġi riassenjat, il-liġi ma tistipulax skadenzi.
Ninsab infurmat li, fir-rigward tal-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant l-ewwel seduta tal-appell instemgħet fl-1 ta’ Novembru 2018 minn Tribunal diversament kompost. It-Tribunal odjern beda jisma’ l-każ fil-5 ta’ Marzu 2020. Minħabba ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-kontroll tat-Tribunal, is-smigħ u l-prolozzjoni tad-deċiżjoni fuq dan l-Appell ġew interrotti fi tliet istanzi separati: l-ewwel darba bir-riżenja taċ-Chairperson, imbagħad minħabba l-pandemija, partikolarment għax l- aċċess fuq il-post li talab l-appellant ma setax isir minħabba r-restrizzjonijiet li kien hemm fis-seħħ, u fl-aħħarnett minħabba li kien skada t-terminu tal-membri tat-Tribunal. Madankollu dan l-appell issa ġie trattat mill-partijiet u preżentament qed jistenna s-sentenza. Is-seduta li jmiss hija appuntata għall-25 ta’ Mejju 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu dwar l-invasive insect species Japanese Hornet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm fil-midja jingħad bi żball li din l-ispeċi hija waħda aljena jew barranija, dan mhux il-każ. Iż-żunżan il-bagħal, Vespa orientalis, bl-Ingliż Oriental Hornet, mhux speċi aljena jew barranija imma speċi indiġena li minn dejjem kienet tinsab hawn Malta u hija adattata għall-ambjent tagħna u hija ta’ ġid għaliex tikkontrolla numru ta’ annimali oħra, li jinkludu insetti invażivi bħall-ġurati, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-agrikultura. Għaldaqstant m’hemmx bżonn ta’ pjanijiet biex din tiġi ikkontrollata jew meqruda fis-selvaġġ għaliex hija parti mill-bijodiversità u l-identità ta’ Malta.
Pulizija – każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità lill-Pulizija matul is-sena l-oħra? X’tip ta’ abbużi kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi tali tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant m’huwiex disponibbli fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija li tiġbor fiha r-rapporti kollha minn madwar Malta u Għawdex. Dan għaliex id-data ma tinkludix kategoriji dwar akkużi b’mod speċifiku fuq persuni b’diżabilità.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18171, jista’ l-Prim Ministru jindika n-numru (mhux persentaġġ) ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku?
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — Spezzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20959, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nuqqasijiet fl-450 spezzjoni li saru fis-Servizzi għan-Nies b’Diżabilità s-sena oħra u x’rakkomandazzjonijiet saru biex dawn in-nuqqasijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-450 spezzjoni li għamlet, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet 310 rakommandazzjonijiet għas-servizzi għal persuni b’diżabilità wara li nstabu nuqqasijiet dwar l-ambjent ta’ servizz, kura, immaniġġjar tas-servizz u fejn jidħlu attivitajiet ta’ kuljum. F’każi minnhom, in-nuqqasijiet ġew irranġati minnufih, filwaqt li f’każi oħra ġie mfassal pjan ta’ azzjoni minn min jipprovdi s-servizz. L-Awtorità tibqa’ tagħmel moniteraġġ sabiex tassigura li dan il-pjan jiġi fis-seħħ.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet, dipartimenti, awtoritajiet u aġenziji — kuntatti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ kuntatti tal-Entitajiet, Dipartimenti, Awtoritajiet u Aġenziji li hu responsabbli tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.