Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8493 u jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali, u mhux għall-bunkering? X’faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali? Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x’jistgħu jew x’għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet? F’liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta? Il-Gvern biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta’ Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli? X’qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma’ 10 fil-mija ta’ ethanol – E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma hawnx kumpaniji privati li qiegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali u mhux għall-bunkering. F’Malta jeżistu diversi faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol għall-kumpaniji privati għas-suq lokali u dawn huma t-31st March Installation ġewwa B’Buġia, Ħas-Saptan Installation u l-Oil Tanking Malta Ltd ġewwa B’Buġia ukoll.
Il-kapaċità ta’
gantry
teżisti fit-
31st March 1979 Installation
ta’ B'Buġia biss. Dawn l-impjanti jistgħu jintużaw ilkoll biex jitqassam il-
fuel
għas-suq intern direttament minnhom jekk tiġi installata
gantry
.
Id-disponibbiltà kummerċjali tal-impjanti tiddependi minn deċiżjonijiet kummerċjali tal-operaturi. Nixtieq nirrimarka li m’hemm xejn xi jżomm operaturi interessati milli jagħmlu l-investiment neċessarju sabiex ikunu jistgħu iqassmu
fuel
jew
petrol
huma stess.
Dawn il-facilitijiet huma imħaddma b’mod kummerċjali u mhux fir-rimitu tar-regolatur li jikkontrolla l-kuntratti li jsiru bejn l-operaturi.
Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli preżentat fl-2011 ġie rivedut fl-2017 u għaldaqstant Tabella 12 m’għadiex applikabbli.
Il-perċentwali ta’
biofeul
huwa kkalkolat fuq it-total tal-karburanti kollha użati fit-trasport, kemm
petrol
u kif ukoll
diesel
. Il-perċentwali ta’ 7.5% għas-sena 2017 intlaħaq u l-ammont neċessarju ta’
biofuel
ġie kollu imħallat mad-
diesel
. L-ammont għas-sena 2018 jiġi kkalkulat aktar tard din is sena.
Peress illi s-suq tal-fjuwils ilu miftuħ għal kulħadd mill-2004, il-Gvern m’għandu l-ebda saħħa li jħalli jew ma jħallix kumpaniji jintroduċu fis-suq lokali l-
petrol
imħallat mal-10 fil-mija ta’
ethanol
. Għalkemm il-
petrol
imħallat mal-
ethanol
huwa mezz ieħor ta’ kif jitnaqqsu l-emissjonijiet, kif jaf l-Onor. Interpellant, ittieħdu u qed jittieħdu miżuri oħra li bihom jonqsu l-emmissjonijiet li jistgħu jkunu aktar effettivi u fil-kontroll tal-Gvern. Ezempji huma t-twaqqiegħ tal-
Power Station
tal-Marsa u Delimara 1 li kienu jaħdmu bl-aktar żejt li jħammeġ, il-qalba mill-HFO għall-gas tal-impjanti l-oħra tal-Energija, tisħieħ ta’ trasport pubbliku u miżuri li jħarju aktar nies jużaw dan it-trasport, inċentivi għal min irid jixtri karozza taħdem bl-eletrikku jew il-gas u twessiegħ ta’ toroq biex tonqos il-konġestjoni ta’ traffiku.
B’referenza għall-proġett tas-Central Link, jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sew
full-time
kif ukoll
part-time
, li sejrin jitilfu, jew se jkunu milquta fix-xogħol tagħhom kemm direttament kif ukoll indirettament bħala bdiewa;
b. kemm-il tomna raba' maħduma se tinqered minħabba dan il-proġett;
c. kemm-il ġibjun li jaħżen l-ilma, riżors li qed isir aktar rari u mfittex minn ġurnata għall-oħra, se jinqered biex jagħmlu wisgħa għal dan il-proġett; u
d. kemm-il siġra se tinqered biex ukoll tagħmel wisgħa għal dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment importanti għal ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż, permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr. Permezz tiegħu ser jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta’ Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta’ Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta’ korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat. Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta’ Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu is-central strips.
Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar. Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b’aktar riskji ta’ aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ aktar minn 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f’Malta, bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta’ żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).
Wara konsultazzjonijiet estensivi li saru mar-residenti tal-inħawi, għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħrajn, il-pjanti tal-proġett komplew jiġu rfinuti sabiex ikomplu jiżdiedu l-benefiċċji għal dawk li jużaw dawn it-toroq, u partikolarment għar-residenti tal-lokalitajiet tal-madwar fosthom Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Dawn il-pjanti finali ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bħala parti mill-proċess biex jiġu deċiżi l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa.
Tagħrif dwar l-impatti pożittivi jew negattivi li dan il-proġett se jkollu fuq l-inħawi, fosthom dettalji dwar l-agrikoltura is-siġar u l-ambjent naturali, jinsabu fl-istudji tekniċi li saru minn esperti indipendenti bħala parti mill-proċess tal-environmental impact assessment (EIA), li sar bi tħejjija għat-twettiq ta’ dan l-investiment. Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew u jistgħu jinkisbu minn dan is-sit: www.era.org.mt
L-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) jikkonferma li s-Central Link Project kif qed ikun propost huwa l-aktar soluzzjoni effettiva u sostenibbli biex jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta ewlenija bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali u titjieb il-kwalità tal-ajra fil-lokalitajiet tal-madwar. Jindika wkoll illi jekk ma jsirx it-titjib meħtieġ fit-toroq eżistenti biex ilaħħqu mad-domanda tat-trasport ta’ bħalissa u dik futura, fi żmien għaxar snin din ir-rotta ewlenija tiġġamja kompletament (completely gridlocked), b’konsegwenzi serji fuq il-kwalità tal-arja fl-inħawi.
Wara li ġew ikkunsidrati proposti alternattivi dwar kif jista’ jiġi mtejjeb in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż, l-istudju identifika l-pjan kif propost minn Infrastructure Malta bħala l-aħjar għażla kemm biex ikun hemm titjib fil-kwalità tal-ajra kif ukoll biex jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar. Ikkonferma wkoll li bis-Central Link Project se tonqos b’57% l-art agrikola li kienet se tittieħed oriġinarjament kieku sar il-proġett li kien ġie ppjanat 13-il sena ilu għall-istess żona, bħala parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta. Il-pjan tal-2006, li qatt ma twettaq, diġà kien indika li l-konġestjoni tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-viċinanzi bħala problema kbira għal-lokalità ta’ Ħ’Attard u oħrajn fil-qrib.
L-istudju jikkonferma li dawn il-problemi għadhom qed jolqtu eluf ta’ persuni u li jekk ma tinbidilx l-infrastruttura preżenti, se jkomplu sejrin għall-agħar. Fil-fatt, l-EIA juri li kemm-il darba ma jsirx it-titjib propost fis-Central Link Project, sas-sena 2030 il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi jiżdied bi 2.8 darbiet aktar fil-ħinijiet ta’ filgħodu u 4.4 darbiet aktar waranofsinhar, waqt li sal-2045 dan ikompli jiżdied għal 8.1 u 7.8 darbiet aktar rispettivament.
L-istudju dwar il-kwalità tal-arja, li huwa bbażat fuq monitoraġġ tal-arja li sar is-sena li għaddiet f’diversi nħawi matul ir-rotta, juri l-effetti ħżiena li din il-konġestjoni severa tħalli fl-arja tal-madwar. Kieku l-proġett ma jsirx, it-trab iswed u l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja, inkluż f’Ħ’Attard u Ħal Balzan, jiżdiedu b’ 104% u 35% rispettivament sal-2030 u b’ 229% u 86% sa ħmistax-il sena wara. It-trab iswed u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-akbar żewġ sorsi ta’ tniġġis ikkaġunat mill-emissjonijiet tal-karozzi. Bis-Central Link Project tkun eliminata l-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis medju fit-trab iswed ta’ 42% sal-2030 u 60% sal-2045, anke meta tikkunsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport. Bl-istess mod huwa proġettat li l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu bi 15% fl-2030 u bi 30% fl-2045.
Peress li f’Malta qed issir riċerka u trasmissjoni b’telekomunikazzjoni 5G minn ditta privata u peress li din il-ġenerazzjoni ta’ komunikazzjoni hi maħluqa biex makni jkunu jistgħu jirrikonoxxu data li l-bniedem mhux kapaċi jlaħħaq magħha u għalhekk peress li hi daqshekk proċess rapidu, din tirrikjedi bandwidth ferm usa u ta’ frekwenza ferm għolja u aktar antennas għat-trasmissjoni, u peress li hu fatt li dawn huma ta’ ħsara lil ċertu ċittadini li huma sensittivi għall-electromagnatic waves u l-konsegwenza fuq is-saħħa pubblika għadha mhux għal kollox determinati, għalkemm l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-2011 diġà kklassifikat l-użu tal-mobile 3G bħala riskju ta’ 2B carcinogen, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu fis-settur tal-komunikazzjoni, immexxi mill-Ministeru tiegħek biex tħares is-saħħa tal-poplu Malti? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li fi gżira li hi popolata aktar milli suppost (overcrowded) qed jittieħdu dawn ir-riskji? Hemm ħsieb li tiġi emendata l-liġi tat-telekomunikazzjonijiet biex dan jitħares?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) bħala l-entità nazzjonali responsabbli mill-immaniġġar tal-frekwenzi tar-radju, ma’ tagħat l-ebda liċenzja għal trasmissjonijiet ta’ servizzi mobbli fuq bazi ta’ esperimentazzjoni jew kummerċjali ta’ natura 5G li jagħmlu użu minn bandwidths ferm usa’, frekwenzi għolja u li għandhom bżonn żieda sostanzjali fin-numru ta’ antenni.
Dwar l-effetti tal-electromagnetic waves fuq is-saħħa pubblika, l-MCA toqgħod fuq direzzjoni mogħtija lilha mill-awtorità kompetenti għas-saħħa ambjentali. Għaldaqstant, sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika minn riskji assoċjati ma’ trasmissjonijet, skond l-Att li jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), operaturi li jipprovdu servizzi u netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma suġġetti għal diversi kundizzjonijet. Fost dawn hemm il-kundizzjoni li l-livell ta’ radjazzjoni minn-netwerks tagħhom irid ikun konformi mal-istandards ta’ l-ICNIRP (International Commission for Non-Ionising Radiation Protection). Dawn l-istandards huma rikonoxxuti minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali bħal l-Organizzazzjoni Internazzjonali tas-Saħħa (WHO) u l-Kumitat Xjentifiku tal-Unjoni Ewropea (SCENIHR). Sa issa, ma ngħatat l-ebda direzzjoni mill-awtoritajiet risponsabbli mis-saħħa ambjentali li jitolbu bidla fil-liġi msemmija sabiex Malta taddotta standards ta’ radjazzjoni li huma aktar riġidi minn dawk tal-ICNIRP.
Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika, l-MCA tagħmel kejl fuq antenni tat-telekomunikazzjoni biex tikkonferma li r-radjazzjonijiet elettromagnetiċi huma konformi mal-livelli tal-ICNIRP. Din it-tip t’attivita ilha ssir mill-MCA għal diversi snin u l-medja tar-riżultati tal-kejl ma jeċċedux il-ħamsa fil-mija tal-livell massimu tal-ICNIRP relevanti għall-pubbliku. Id-Dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika jiġi infurmat bir-riżultati miksuba. Dawn ir-riżultati jkunu wkoll ippublikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità.
Dwar l-istudju tal-WHO indikat fil-mistoqsija, dan jitratta radjazzjoni emessa mill-mobile phones infushom. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu f’dan ir-rigward lill-Ministru responsabbli.
B’referenza għall-Valletta 18, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ sejħiet ta’ direct orders? Kemm kienet iċ-ċifra tal-ispiża għal kull sejħa u lil min ingħataw meta nkrew sound systems għall-attivitajiet tal-Valletta 18?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji skont il-lokalità, sess u nazzjonalità li:
a. talbu biex ma jiħdux sehem f’lezzjonijiet RE?;
b. Kemm minnhom għamlu dan minħabba reliġjon?; u
c. Kemm huma dawk l-istudenti li ppreferew li ma jattendux klassijiet RE u minflok għażlu
Ethics
Classes
?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon f’kull skola flimkien man-numru ta’ studenti li qed jattendu l-klassijiet tal-Etika huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li biex tingħata informazzjoni dwar is-sess u n-nazzjonalità ta’ dawn l-istudenti, ikun irid isir eżerċizzju biex din id-data tinġabar skola, skola u huwa eżerċizzju li jrid ħafna ħin biex isir.
Attachments:PQ 8906 - Skejjel Primarji u Sekondarji - studenti.pdf
B’referenza għall-blokka fejn hemm l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u servizzi oħra fl-Isptar San Luqa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din il-binja għandhiex tingħadda lil Steward Healthcare jew xi entità privata oħra bħala Public-Private Partnership (PPP)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja msemmija minnu hija parti mill-konċessjoni oriġinali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma marrux l-iskola matul is-sena skolastika 2016-2017 fil-livelli ta’ kindergarten, primarja u sekondarja? X’kienu r-raġunijiet ta’ dan l-assentejiżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt tinkludi n-numru ta’ studenti li fallew aktar minn 10 ijiem skola mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena skolastika 2016-17. Il-proċedura fl-iskejjel tal-istat tirrikjedi li l-iskejjel jintervjenu meta student ifalli dan l-ammont ta’ ġranet. Minħabba f'hekk numru ta’ ġenituri jittellgħu wkoll it-tribunali reġjonali. Ta’ min jinnota illi t-tfal huma legalment obbligati li jattendu l-iskola mill-Year 1.
Skola
Numru ta’ Studenti
Primarja
1258
Medja
763
Sekondarja
1906
Ir-raġunijiet ta’ dan l-assentejiżmu jvarja bejn fatturi tal-istudenti individwali, fatturi fil- familja jew fl-iskola. It-tabella ta’ hawn taħt tindika ftit minn dawn ir-raġunijiet:
Fatturi tal-Individwu
Fatturi tal-Familja
Studenti bi problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali
Studenti li għandhom ġenituri b’nuqqas ta’ ħiliet ta’ trobbija
Studenti bi problemi soċjali
Studenti li għandhom ġenituri li għandhom xi forma ta’ vizzju
Studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim jew/u di¿abilità
Studenti li għandhom ġenituri vittmi ta’ vjolenza domestika
Studenti bi problemi emozzjonali u ta’ mġiba
Studenti li qed ibatu minn xi forma ta’ abbuż (
Child Protection issues
)
Studenti li jbatu minn niket minħabba mewt
Studenti li għandhom problemi finanzjarji fil-familja
Studenti li jbatu minn
school phobia
jew
li jirrifjutaw li jattendu l-iskola
Studenti li għandhom ġenituri bi problemi fir-relazzjonijiet
Studenti li jbatu minn ansjetà inkluż dik ta’ firda (
separation anxiety
)
Studenti li għandhom ġenituri li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali
Studenti barranin li kellhom diffikultà jaddattaw għall-pajjiż
Kultura ta’ kontra l-iskola
Studenti li huma intraċċabbli u li possibbilment telqu minn Malta
Ikun hemm ukoll studenti li fallew l-iskola b’awtorizzazzjoni. Dawn huma studenti li jkunu morda jew li jkollhom raġuni valida għala fallew l-iskola. Dawn ir-raġunijiet jinkludu mewt ta’ familjari, sitwazzjonijiet familjari u anke safar bi skop edukattiv.
Ministeru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Persuni b’diżabilità impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti/aġenziji/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:
a. vjolenza domestika;
b. pussess tad-droga;
c. traffikar tad-droga;
d. ħsara volontarja; u
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuni oħra?
Billi f'Wied is-Sewda qed isir sfreġju ambjentali ieħor peress li l-mogħdijiet qed jiġu miksija bil-konkos u ser jinfetaħ aċċess għall-karozzi minn ġo nofs il-wied (hekk kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux qed isir bil-permess tal-Environment and Resource Authority (ERA) jew jekk l-ERA tafx bih jew jekk hux xogħol tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, jew tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali jew xi inizjattiva privata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Id-Direttorat tal-Compliance and Enforcement fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċieva lment dwar din il-materja matul il-ġimgħa li għaddiet u l-każ qiegħed jiġi nvestigat mill-uffiċjali tal-Awtorità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm pjan mill-Ministeru dwar kif il-Health Campus għandu jkollu faċilitajiet aħjar għall-parking privat li jkun aktar adekwat u jlaħħaq mad-domanda? Meta se jiġi mniedi dan il-pjan u kif?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal fejn eżattament qed jirreferi.
Sptar Mater Dei – multi-level car park – parking sensors
Question
B’referenza għall-multi-level car park preżenti tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei, u peress li t-tariffa raħset, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jsiru parking sensors fuq kull livell, biex jindikaw fejn hemm postijiet tal-parkeġġ battala, u b’hekk jiġi ffrankat is-sewqan bla bżonn fid-diversi livelli tal-multi-story parking? Qatt saru testijiet dwar il-livell ta’ kontaminazzjoni fl-arja f’dan il-parkeġġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tat-tender il-ġdid tal-management tal-parkeġġ fl-isptar, li anke wassal biex jorħsu t-tariffi tal-parkeġġ għall-pubbliku, jorbtu lill-operatur biex jinvesti f’sistemi ġodda li jiffaċilitaw l-użu tal-parkeġġ mill-pubbliku. Dan fl-istess waqt li jiggarantixxi li t-taxpayer Malti ma jissussidjax il-ħidma kummerċjali ta’ dan l-operatur privat kif kien isir qabel.
F’dawn l-aħħar sitt xhur rajna tibdil b’saħħtu fl-infrastruttura tal-parkeġġ u dan it-tibdil se jkompli għaddej. Uħud mill-miżuri li ttieħdu huma:
- Investiment f’magni ġodda u iżjed robusti għal pagament tal-biljetti tal-parkeġġ. Rajna wkoll żieda ta’ dawn il-magni f’postijiet strateġiċi biex nevitaw
bottlenecks
ta’ nies li kienu jkollhom jistennew biex iħallsu l-biljett tal-parkeġġ. Naqqasna il-ħin li dawn il-magni kienu jkunu reġistrati bil-ħsara b’madwar 95%.
- Sistema ġdida ta’ ‘scan and go’ x’ħin toħroġ mill-parkeġġ li naqset il-ħin tal-proċess bin-nofs, b’benefiċċju dirett għal min juża s-servizz u min ikun qed jistenna warajh.
- Daħħalna sistema ta’
tidal lanes
li tara t-tlett karreġġjati fil-parkeġġ pubbliku jkollhom żewġ entrati fil-ħin ta’ filgħodu, u
exit
waħda u bil-maqlub fil-ħin marbut mal-ħruġ mill-parkeġġ. Din it-
tidal lane system
hija kkontrollata awtomatikament u tirrejagixxi għad-domanda skont il-bżonn.
- Daħħalna
parking availability monitor
marbut mas-sistema tal-ħruġ u dħul fil-parkeġġ li turi biċ-ċar id-disponibbilita’ tal-parkeġġ qabel wieħed jidħol fl-
area
. Se nkomplu nsaħħu din is-sistema b’miżuri oħrajn li jeżistu fis-suq wara li nkunu għamilna l-investimenti neċessarji.
Iż-żona ta’ parkeġġi mgħottija fl-isptar hija kkontrollata b’sistema intelliġenti ta’
monoxide sensors
direttament konessi mal-BMS tal-isptar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn żdiedet it-tariffa tal-clamping minn €34 għal €60? Din kienet mossa biex tagħmel tajjeb għar-roħs ta’ tariffa tal-parkeġġ fil-Multi-story parking?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-concession tender tal-management tal-parking ta’ Mater Dei indika rata ta’ clamping ta’ €60 li hija simili bħal dik f’parkings pubbliċi oħrajn, bħal l-airport u l-parking ta’ l-Imġarr Għawdex. Fuq inizjattiva tal-Ministeru infetħu negozjati mal-kuntrattur u dan ġentilment qabel li din ir-rata tiġi riveduta għal €40 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019.
Ma teżisti l-ebda konnessjoni bejn it-traħħis ta’ bejn 15-20% fir-rati tal-
parking
u din iż-żieda minima fil-
clamping rate
. (€34.95>€40) It-traħħis fir-rati jibbenefikaw minnu eluf ta’ nies li jużaw il-faċilitajiet ta’ parkeġġ, filwaqt li l-impatt tal-
clamping
jinħass minn ftit għexieren li jabbużaw u juru nuqqas ta’ rispett għal ħaddieħor.
B’referenza għas-sussidju tal-kera mill-Gvern għal din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed japplika? Meta se jibdew jingħataw? Minn meta wieħed japplika sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni, kemm hu l-massimu ta’ żmien li d-dipartiment jieħu? Is-sussidju jibda jingħata bl-arretrati minn meta wieħed japplika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 8200.
B’referenza għall-Maltin li ma għandhomx dar u li jikru mingħand il-privat, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-konsum tad-dawl hijiex kummerċjali jew residenzjali? Jekk hi residenzjali x’għandu jagħmel wieħed biex jaċċerta li l-kerrej ma jżommx b’rata kummerċjali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li kull konsumatur li jikri mingħand il-Privat, ir-rata tal-konsum applikabbli hija waħda residenzjali b’dana li jkunu ddikjarati n-numru tal-persuni li jirrisjedu fil-fond.
Sabiex wieħed jaċċerta liema rata hija applikabbli fuq il-kont tiegħu, jista’ faċilment jara l-kont nnifsu fejn ikun hemm it-tariffa indikata.
L-Imqabba – toroq għall-kmamar tan-nar tal-Ġilju u Santa Marija
Question
B’referenza għall-uċuħ ġodda li ngħataw lit-toroq tal-Kmamar tan-Nar tal-Ġilju u Santa Marija fl-Imqabba, peress li wara ftit ġimgħat it-triq inqagħlet u bdiet timtela ħofor għax il-materjal tat-tarmak kien inferjuri u x-xogħol ma sarx skont is-sengħa u bħala rimedju f’ċertu bnadi qed isir patchwork ta’ triq imma żoni oħra tħallew barra, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn it-toroq ma reġgħux inqagħlu u saru mill-ġdid? X’azzjoni se jieħu l-Ministeru f’dan ir-rigward?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem sabiex pajjiżna jieħu l-aħjar valur għall-investiment bla preċedent li l-Gvern qed jagħmel fl-infrastruttura tal-pajjiż. Kull xogħol li jsir jiġi ttestjat minn tekniċi indipendenti u fejn ma jintlaħqux il-livelli ta’ kwalità mitluba minn Infrastructure Malta, il-kuntratturi jintalbu jwettqu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom.
Fit-toroq indikati, wara spezzjoni inizjali, il-kuntratturi konċernati ntalbu jieħdu diversi miżuri sabiex il-partijiet fejn kien hemm l-aktar ħsarat jitranġaw minnufih. Hekk kif jiġu konklużi t-testijiet tekniċi biex jiddeterminaw in-nuqqasijiet li seta’ kien hemm fix-xogħol li sar, ikun jista’ jiġi kkonfermat jekk hux meħtieġa interventi oħra ħalli jiġi żgurat li dawn it-toroq jilħqu l-livelli mitluba minn Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sit ta’ barrieri hawn f’Malta u Għawdex li ma jinħadmux? Kemm minnhom qed jintużaw biex jintrema skart domestiku? X’inhuma l-punti prinċipali tal-method statement li toħroġ l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jimtlew? Jista’ jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom ma jridux li jimtlew bi skart domestiku kif imsemmija fl-iskeda? Hemm barrieri minnhom li l-gvern għandu titlu ta’ art fuqhom? Jista’ jgħid liema huma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda barriera awtorizzata mill-ERA biex jintrema skart domestiku fiha. Il-permessi maħruġin mill-ERA jawtorizzaw id-depożitu ta’ skart inert mit- tqattieħ ta’ blat u kostruzzjoni, fejn fiI-method statements li jintalbu mill-ERA għall-mili tal-barrieri jkunu jinkludu aspetti li permezz tagħhom jindikaw il-metodu ta’ rdim, x’infrastruttura ħa jkun hemm fuq il-post bħal per eżempju miżien, site office, eċċ u deskrizzjoni tal-miżuri tal-operat illi jiżguraw l-aħjar prattika.
Fuq l-aħħar żewġ mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied u li l-Awtorità tal-Ippjanar, iddeċidiet ħesrem li għandha tapprova l-proġett u mhux talli hekk, imma talli titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rrapportat mill-media, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares? Jista’ jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied, minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni valida għalfejn sar dan l-isfreġju? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?