B’referenza għall-mediċina Combodart li tintuża minn ħafna rġiel minħabba mard fil-prostata u peress li din tiswa €29.95 u peress li din issa ilha out of stock mill-ispiżeriji numru ta’ xhur u għalkemm din il-mediċina tista’ tinxtara separatament bħala żewġ mediċini Avodart u Omnic u li l-prezz tagħhom flimkien huwa ta’ €43.15 u jekk jinxtraw generic, id-differenza tagħhom flimkien tkun ta’ €3 anqas, u peress li n-nuqqas ta’ mediċina Combodart qed jissarraf f’nefqa akbar għax-xerrej li ħafna minnhom huma pensjonanti, jista’ l-Ministru jgħid x’rimedji qed jittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Combodart li fih 0.5mg dutasteride u 0.4mg tamsulosin x30 kapsuli jinbiegħ €29.36. Nfurmati li huwa maħsub li se jkun hawn nuqqas tiegħu mill-inqas sa April minħabba interruzzjoni fil-proċess tal-manifattura.
Iż-żewġ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) huma disponibbli fis-suq f’żewġ forom ta’ mediċini separati:
• Permezz ta’ kooperazzjoni mal-imsieħba seħħ roħs ta’ €9.20 fuq il-mediċina Avodart x30 kapsuli (dutasteride 0.5mg). Il-pazjent jista’ jixtrih €26.70.
• Tamsulosin 0.4mg huwa disponibli f’kapsuli ta’ Tamnic x30 kapsula jinbiegħ €12.25 jew Omnic x30 kapsula €16.45
Intant għaddej djalogu kontinwu mal-imsieħba kkonċernati sabiex nassiguraw li l-pazjent jibqa’ għaddej bit-trattament meħtieġ.
B’referenza għall-art pubblika li hi bi qbiela, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Gvern idaħħal kundizzjoni li fejn f’dawk l-inħawi huma żoni stabbiliti bħala għalqa ta’ ħruq tal-logħob tan-nar, dan ma jistax jiġi miċħud minn min ikollu qbiela?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta’ Trasport Malta, li xogħolhom hu barra fit-toroq jiggwidaw is-sigurtà u t-traffiku, humiex inxurjati, bħalma huma l-pulizija? X’inhi r-raġuni għalfejn il-ħin ta’ fixed point għal darba oħra twal minn 4 għal 8 sigħat? Liema union ġiet ikkonsultata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-uffiċjali ta’ Transport Malta li xogħolhom hu barra fit-toroq huma nxurjati bħal ħaddiema kollha l-oħra ta’ l-Awtorità.
Fuq ir-rigward tal-fixed point hemm taħdidiet għaddejin mal-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-pre-hospital, jiġifieri dawk tal-emerġenza humiex inxurjati bl-istess polza bħalma huma l-pulizija u s-civil protection?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema kif imħabbra mill-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’dan l-istadju tapplika biss għal membri ta’ forzi ta’ dixxiplinati u uffiċjali tad-Dwana.
Pjazza Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff – bike racks
Question
B’referenza għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Peress li ħames snin ilu l-Gvern kellu offerta għall-iżvilupp ta’ korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dan il-proġett ma kienx implementat? Għaliex il-wirja tal-proġetti li kienet imwiegħda ma saritx?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin studji dwar riklamazzjoni ta’ art ġewwa pajjiżna mill-ERA u allura qatt ma stajna nkunu f’pożizzjoni li wieħed jibni jew jikkommetti li se jibni trakka fuq art reklamata meta sa issa għadu għaddej dan l-istudju.
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi ta’ taħriġ ġew organizzati mill-Programm LEAP f’dawn l-aħħar tliet snin biex jiġu impjegati persuni vulnerabbli li sarilhom il-profil tagħhom mis-social mentors? Fejn sar dan it-taħriġ, meta sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Programm LEAP beda bħala proġett iffinanzjat minn Fondi Ewropej, taħt il-Fond Soċjali, b’għan speċifiku li tingħata għajnuna lil dawk li huma l-aktar f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Kien hemm b’kollox 274 persuna li bbenefikaw minn skema ta’ taħriġ bil-għajnuna ta’ 91 entita`. Kull persuna irċeviet ’l fuq minn 900 siegħa ta’ taħriġ, minn tal-inqas waħda minn dawn l-entitajiet imsemmija aktar l-isfel f’din it-tweġiba parlamentari, sabiex jiġu mgħejjuna jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Madwar 81 persuna, bejn l-2015 u l-2016, sabu xogħol bl-għajnuna tal-proġett LEAP.
Fl-2017 l-Programm LEAP beda jaħdem fuq il-profiling tal-persuni u l-familji li bdew jibbenefikaw mill-iskema FEAD, fejn madwar 4,000 familja kull 4 xhur bdiet tibbenefika minn tqassim tal-ikel. Saret ukoll ħidma intensiva sabiex persuni b’dizabilità bla xogħol jiġu referuti lill-Jobsplus (Lino Spiteri Foundation) sabiex dawn jingħatalom taħriġ speċifiku għall-ħtigijiet tagħhom.
Is-Social Mentors qegħdin ukoll jaħdmu qrib tal-familji fil-bżonn sabiex jiġu ndirizzati diversi ħtiġijiet ta’ kuljum u neċessarji ta’ dawn il-familji; fosthom għajnuna fuq is-self mill-banek, tibdil ta’ white-goods, housing, trobbija aħjar tal-ulied, qari fil-familja, tqassim tal-ikel, korsijiet tal-kompjuter għat-tfal, korsijiet ta’ Għaqal id-Dar u diversi xogħolijiet oħrajn illi qed isir mal-familji fil-kommunita`.
Wieħed jista’ jaċċessa aktar dettalji fuq l-ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, dwar l-programm LEAP u aktar, mis-sit uffiċċjali tal-Fondazzjoni.
Kif ġie elenkat aktar l’fuq, il-91 entita` li fil-bidu tal-proġett LEAP, meta kien għadu proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej, għenet fit-taħriġ lill-benefiċċjari tal-LEAP, kienu ;
1.Arka Foundation
2.ME/CFS & Fibromyalgia Alliance
3.Art Club 2000
4.Mellieha Parish Church
5.Attard Local Council
6.Moroccan Community
7.Birzebbuga Local Council
8.Mosta Local Council
9.Bormla Local Council
10.Msida Local Council
11.Centru Tbexbix
12.Nanniet Malta Foundation
13.Cross Culture International Foundation
14.National Cat Society
15.CSAF (Association of Carers for Stray and Abandoned Felines)
16.National Council of Women
17.Dar Qalb ta' Gesu
18.Noah's Ark Animal Sanctuary
19.Dar tal-Providenza
20.OASI Foundation
21.Department of Social Security
22.Paola Local Council
23.Dingli Local Council
24.Paulo Freire Institute
25.Discalced Carmelite Fathers
26.Qawra with Youth Included
27.Families for Life Long Learning
28.Qrendi Local Council
29.Fgura United Youth Nursery
30.Rabat Local Council
31.Floriana Football Club
32.Radju Kottoner, Cospicua
33.Fondazzjoni Wens
34.Regjun Nofsinhar
35.For Action - Malta Association (FAMA)
36.Respite Care Service Foundation Dar il-Kaptan
37.Foundation for Shelter and Support to Migrants
38.Richmond Foundation
39.Fra Diego Home
40.Rise Foundation
41.Franciscan Capuchins
42.Safi Local Council
43.Franciscan Sisters
44.San Lawrenz Parish
45.Friends of Villa Frere
46.Senglea Parish Church
47.Futsal Malta Association
48.Socjeta Filarmonika La Stella, Gudja
49.Genista Research Foundation
50.SOS Malta
51.Gharb Local Council
52.Special Olympics
53.Gharb Parish
54.St Francis Assisi Church
55.Ghasri Local Council
56.St Jeanne Antide Foundation
57.Ghaxaq Football Club Youth Nursery
58.St John's Parish, Xewkija
59.Ghaxaq Local Council
60.St Joseph Home, Zabbar
61.Gozo Deaf Association
62.St Joseph Parish B'Kara
63.Graphic Novels Library Malta
64.St Paul's Bay Local Council
65.Home Away from Home
66.St Peter & St Paul, Nadur Parish,Gozo
67.Inspire
68.St Augustine Convent, Gozo
69.Kirkop Local Council
70.St Joseph Parish - Qala
71.Koperattivi Malta
72.St Lazarus Foundation
73.Laboratorju tal-Paci
74.St Monica Community. Mosta
75.Lija Parish Church
76.Tghanniqa
77.Lourdes Band Society, Qrendi
78.The Federation of Autonomous Priories
79.Luqa Local Council
80.The Heritage Parks Federation
81.Madonna ta' Loreto - Ghajnsielem Parish
82.The National Archives of Malta
83.Malta Federation of Professional Association
84.Voluntary Organization Fund
85.Malta Police
86.Wirt Vendriz Foundation
87.Malta-Iran Peoples Friendship Foundation
88.Xaghra Parish, Gozo
89.Malta UNESCO Youth Association
90.Youtheme Foundation
91.Zurrieq Local Council
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet, u dwar xiex tressqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 kien hemm tliet mija u persuna (301) li kienu taħt it-18-il sena u li tressqu quddiem il-Qorti kif ukoll tletin li tressqu quddiem it-Tribunal minħabba reati relatati ma' droga. Dawk li tressqu l-Qorti kienu għal reati li jvarjaw però jinkludu reati ta’ theddid u insulti – pussess tad-droga – traffikar ta’ droga – feriti ħfief fuq il-persuna – feriti gravi fuq il-persuna – serq – ħsara voluntarja – reati ta’ bon ordni pubblika – sewqan mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni – sewqan perikoluż - offiżi oħra tat-traffiku - diżubbidjenza ta’ ordnijiet minn uffiċjali pubbliċi – użu ħażin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni – użu ta' forza kontra l-persuna – attentat ta’ qtil – ħruq ta’ vettura – ksur ta’ probation – pussess ta’ pornografija – u attivitajiet sesswali ma minuri.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6761, jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-iSkema għall-Persuni b’Diżabilità (DIS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Iskema immirata għall-Persuni b’Diżabilità, tikkonsisti f’għotja sa massimu ta’ €20,000, immirati biex persuni b’diżabilità jirranġaw ir-residenzi tagħhom u jagħmluhom aċċessibbli għall-bżonnijiet tagħhom għal ħajja aktar indipendenti. L-Awtorità tad-Djar ma toffriex biss għajnuna finanzjarja lil dawn il-persuni, iżda tagħti wkoll pariri ta’ natura teknika dwar x’tip ta’ xogħlijiet jistgħu jsiru għall-benefiċċju tal-applikant.
L-għajnuna li qed toffri l-Awtorita` tad-Djar f’din l-iskema tinkludi :
Ø Xogħlijiet ta’ alterazzjoni, b’għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €5,000
Ø
Stairlift
, b’għajnuna finanzjarja, sa massimu ta’ €5,000
Ø Lift f’appartamenti privati fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant b’għotja sa massimu ta’ €5,000
Ø Lift fi djar privati, b’għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €15,000
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19771 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif iddettaljat dwar Be Smart Online li tgawdi minn Fondi Ewropej?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-proġett BeSmartOnline!, li huwa proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej, taħt l-kappa Connecting Europe Facility, jiġbor flimkien l-isforzi tal-komponenti nazzjonali interessati li jaħdmu lejn użu aktar sikur tal-internet mit-tfal u miż-żgħażagħ. L-inizjattiva għandha l-għan li:
· Tqajjem kuxjenza u teduka lill-minuri, lil dawk li jieħdu ħsiebhom u lill-edukaturi dwar l-użu sikur tal-internet;
· Li tistabbilixxi, topera u tippromwovi faċilitajiet tar-rappurtar għall-abbuż tal-internet;
· U li toffri appoġġ lill-vittmi minn dan it-tip ta’ abbuż.
L-għan prinċipali tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jkun pjattaforma u jservi bħala Ċentru Malti għall-internet aktar sikur. L-implimentazzjoni tal-proġett hija possibbli permezz ta’ sħubija bejn numru ta’ entitajiet, li hija kkoordinata mill-MCA u li tinkludi fiha lill-Aġenzija Appoġġ, il-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, ic-Cybercrime Unit fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti, l-Università ta’ Malta, kif ukoll l-Aġenzija Żgħażagħ.
Il-kollaboraturi ta’ dan il-proġett qegħdin ukoll jipparteċipaw fin-netwerk
INSAFE
, għal internet aktar sikur fl-Ewropa.
Qed ikunu organizzati diversi kampanji mmirati lejn it-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri, l-edukaturi u l-pubbliku inġenerali bil-għan li dawn jiġu infurmati dwar il-periklu li jġib miegħu l-użu ħazin tal-internet.
Permezz tal-proġett, ġie mwaqqaf sit elettroniku,
childWEBalert
, sabiex ikunu jistgħu jsiru rapporti, minn min juża l-internet, dwar kontenut illegali.
Ġie mwaqqaf ukoll servizz ta’
helpline
biex jiġu mwieġba mistoqsijiet kemm online u anke permezz ta’ telefonati, minn tfal u ġenituri li jiltaqgħu ma’ problemi waqt l-użu tat-teknoloġiji onlajn. Dan is-servizz qed jingħata permezz tas-
Supportline – 179
. L-iktar każijiet li l-pubbliku inġenerali jċempel dawarhom huma każijiet ta’
cyber-bullying
,
sexting
, u anke l-użu eċċessiv tal-internet. Din il-linja qiegħda tiġi ikkoordinata minn operaturi li ġew imħarrġa apposta fuq dawn it-tip ta’ abbużi u riskji fost affarijiet oħra.
L-istatistika t’hawn taħt turi l-każijiet li ġew rapurtati lill-Hotline u l-Helpline, fl-2018, dwar l-użu ħażin tal-
internet.
Number of reports
Number of reports received by month and year of report
Hotline
Helpline
2018
2018
Jan
18
18
Feb
24
22
Mar
25
23
Apr
23
50
May
23
38
Jun
22
26
Jul
24
36
Aug
15
24
Sep
12
22
Oct
18
32
Nov
22
28
Dec
14
23
Total
240
342
TOTAL SĦIĦ
582
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8903 dwar il-Proġett Central Link, kien hemm referenza għar-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) li ġew elenkati fir-rapport tal-ERA dwar:
· Land-use and loss of agricultural land;
· Air quality from the increase in traffic;
· Noise during construction and operation;
· Ecology, including the uprooting of trees;
· Geology, geomorphology and hydrology;
· Cultural heritage; u
· Landscape and visual amenity ?
Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan id-dokument iġib id-data tat-23 ta’ Frar 2019 allura dan ifisser li l-approvazzjoni tal-proġett sar qabel il-konklużjoni tal-ERA?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8903 li qed issir referenza għaliha tgħid hekk dwar id-dokumenti li qed jintalbu f’din il-mistoqsija: ‘Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew’. Huwa diffiċli wieħed jifhem għaliex qed issir talba għal dawn id-dokumenti meta huma pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd.
Fl-istess waqt, ikun apprezzat jekk l-Onor. Interpellant jindika għal liema “approvazzjoni tal-proġett” qed jirreferi għaliha. Nikkonferma li l-awtoritajiet kompetenti, fosthom dawk tal-ambjent u tal-ippjanar, għadhom qed jikkunsidraw l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ Central Link Project u dan il-proċess għadu ma wasalx fi stadju ta’ deċiżjoni. Għalhekk, għad m’hemm l-ebda approvazzjoni u mhux ċar għal xiex qed issir referenza f’din il-mistoqsija.
Central Link Project huwa investiment importanti għal ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż, permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr. Permezz tiegħu ser jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta’ Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta’ Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta’ korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat. Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta’ Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu is-central strips.
Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar. Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b’aktar riskji ta’ aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ aktar minn 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f’Malta, bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta’ żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).
Wara konsultazzjonijiet estensivi li saru mar-residenti tal-inħawi, għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħrajn, il-pjanti tal-proġett komplew jiġu rfinuti sabiex ikomplu jiżdiedu l-benefiċċji għal dawk li jużaw dawn it-toroq, u partikolarment għar-residenti tal-lokalitajiet tal-madwar fosthom Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Dawn il-pjanti finali ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bħala parti mill-proċess biex jiġu deċiżi l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:
a. vjolenza domestika;
b. pussess tad-droga;
c. traffikar tad-droga;
d. ħsara volontarja; u
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuni oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra fir-rigward tal-offiżi indikati huwa kif muri hawn taħt:
a. vjolenza domestika – nil
b. pussess tad-droga – 15 (età bejn l-14 u 18-il sena)
c. traffikar tad-droga – 2 (età bejn is-17 u 18-il sena)
d. ħsara volontarja – 7 (età bejn is-16 u 18-il sena)
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuna oħra – 12 (età bejn is-16 u 18-il sena).
Din l-istatistika tirrigwarda l-kumpilazzjonijiet u mhux il-kawżi sommarji għaliex fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika għal kawżi sommarji.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8901, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni li saret mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u jista’ jgħid x’passi ttieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ minn naħa tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi għadhom għaddejjin. Intalbet ukoll informazzjoni minn entitajiet oħrajn peress li hu maħsub li jistgħu jitfgħu iżjed dawl fuq l-investigazzjoni.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8588, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx barrieri li qed jintużaw għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni li l-gvern għandu titlu ta’ art fuqhom? Jista’ jgħid liema huma billi jsemmihom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-lista mitluba qed titpoġġa’ fuq il-mejda tal-kamra. Skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Artijiet rigward l-operat, il-mistoqsija parlamentari trid tiġi ndirizzata lil Ministeru kkonċernat. Barriera tingħata b’kirja għat-tqatiegħ ta’ ġebel u żrar u mhux necessarjament ikollna informazzjoni jekk hux qed tintuża biex jintrema’ skart ta’ kostruzzjoni. Jekk jintrema’ skart ta’ kostruzzjoni, l-azzjoni mhix bilfors hija illegali peress li waħda mill-kundizzjonijiet tal-kirjiet antiki għal barrieri kienet illi jridu jagħmlu rijabilitazzjoni tal-barriera hekk kif ma jifdalx xi jqattgħu minnha. Rijabilitazzjoni tfisser li barriera tista’ timtela’ u ssir għalqa, u l-kuntratti ma jispeċifikawx kif.
Awtorità tal-Ippjanar – enforcements u direct actions kontra garaxxijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Ippjanar, kemm għamlet Enforcements u Direct Actions kontra garaxxijiet li fihom jgħixu n-nies u żgumbrawhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat li mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar jirriżulta li hemm reġistrati 60 każ ta’ avviżi ta’ infurzar (enforcements) li jirrelataw ma’ bdil ta’ użu ta’ garaxxijiet għal residenzi. L-użu residenzjali twaqqaf fi 15-il każ minnhom, filwaqt li f’29 każ l-użu ġie sanzjonat jew regolarizzat skont il-policy rispettiva. Is-16-il każ l-ieħor għadhom pendenti minħabba appell, applikazzjoni sanatorja jew fil-lista ta’ direct actions.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8590 u ċjoè: B’referenza għat-triq irregolari ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet diġà rregolari għax timblokka l-wied, kif ukoll intefa’ aktar radam biex titwessa’ t-triq kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separtament, jista’ l-Ministru jgħid xi protest għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar dan? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-korrispondenza dwar dan is-suġġett?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan is-suġġett, ir-relazzjoni kienet bejn Infrastructure Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Fil-fatt, Infrastructure Malta infurmat lil Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li kien se jsir xogħol fuq din it-triq kif dejjem jintalab mill-Awtorità fi proġetti simili.
Wara li ġew ippubblikati kemm regolamenti dwar il-ħarsien tas-siġar, kif ukoll numru ta' linji gwida fejn f'kollha jissemmew siġar invażivi, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tara li l-ispeċi li huma msemmija u meqjusa bħala siġar li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent naturali Malti, ma jibqgħux jiġu mibjugħa? Jista' jinforma lill-Kamra kemm ittieħdu passi mill-ERA sa issa f'dan ir-rigward?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-pubblikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar fl-2018, kif ukoll il-Linji Gwida fuq Interventi fuq Siġar, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) nehdiet kampanja ta’ għarfien u informazzjoni kemm fuq speċi protetti, kif ukoll fuq speċi invażivi tal-flora u fawna permezz ta’:
1. Laqgħat pubbliċi ta’ nformazzjoni għas-setturi kollha involuti fil-qasam u erba’ laqgħat pubbliċi f’diversi żoni f’Malta u Għawdex;
2. Laqgħat individwali ma’ entitajiet tal-Gvern, pubbliċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi;
3. Għoti ta’ informazzjoni onlajn mill-aġġornar tal-
website
tal-Awtorità u permezz tal-imejl bi tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni;
4. Parteċipazzjoni f’fieri u attivitajiet pubbliċi, permezz ta’
stands
ta’ informazzjoni u tqassim ta’ materjal informattiv żviluppat apposta;
5. Preżenza fuq il-midja b’numru ta’ artikli ppubblikati fuq rivisti u gazzetti lokali, u numru ta’ intervisti u
feature
s minn uffiċjali tal-ERA fuq diversi aħbarijiet, programmi televiżi u fuq stazzjonijiet tar-radju;
6. Pubblikazzjoni ta’ żewġ riklami differenti għal fuq it-televiżjoni li ntwerew kemm il-darba fuq l-istazzjon nazzjonali fix-xhur li għaddew u anke ttellgħu fuq Facebook;
7. Sponsorjar ta’ ktieb fuq is-siġar Maltin u l-ambjenti naturali tagħhom.
Kumplimentari għal dan, l-ERA għadha kemm nehdiet abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali biex Jipprevjenu u Jitnaqqsu l-Impatti minn Speċi Aljeni Invażivi fil-Gżejjer Maltin u 8 Kodiċi Nazzjonali ta’ Prattika Tajba fuq Speċi Aljeni Invażivi fil-Gżejjer Maltin, li japplikaw skont is-settur indirizzat, liema dokumenti inħarġu għall-konsultazzjoni pubblika. Fuq dan is-suġġett partikolari:
1. Se ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-setturi kollha nteressati li għaliha mistiedna diversi entitajiet pubbliċi, organizazzjonijiet mhux governattivi, impurtaturi,
landscapers
, sidien tal-ħwienet (fosthom
pet shops
u
supermarkets
) u kuntratturi;
2. Ser issir ukoll sessjoni ta’ informazzjoni għall-Kunsilli Lokali u l-kuntratturi tagħhom;
3. Ladarba dawn id-dokumenti jiġu ffinalizzati u approvati skont il-prassi legali mfassla fil-liġi ambjentali, ser titkompla l-kampanja ta’ għarfien u informazzjoni dwar dan is-suġġett;
4. Intbagħtu ittri flimkien ma’ ktejjeb b’tagħrif dwar pjanti u annimali invażivi li l-kummerċ tagħhom huwa llegali lil numru ta’
stakeholders
, inklużi sidien ta’ ħwienet bħal
pet shops
, u komplew jiġu investigati rapporti li rċeviet l-Awtorità; dwar possibiltajiet ta’ bejgħ jew tħawwil illegali ta’ speċi invasivi. Mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolamenti, id-Direttorat tal-Konformità u Infurzar investiga erba’ rapporti.
Sadanittant, l-Awtorità xorta waħda qiegħda timplementa diversi attivitajiet biex jitneħħew pjanti u annimali aljeni u nvażivi f’diversi nħawi fil-Gżejjer Maltin, bħal xogħlijiet biex jitneħħew is-sabbar tal-Amerka, il-pjuma, is-swaba’ tal-Madonna, l-akaċja, il-qasab il-kbir, il-firien u speċi invażivi oħra f’postijiet imħarsa taħt Natura 2000.
L-ERA qiegħda timplementa il-Programm Nazzjonali ta’ Monitoraġġ fil-Baħar li kien approvat mill-Gvern fl-2015, u ġabet ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm EMFF. Permezz ta’ dan il-proġett qed isir monitoraġġ fuq l-ispeċi aljeni fil-baħar fil-portijiet u żoni mħarsa fil-baħar. Barra minn dan, l-ERA applikat u ħadet kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea permezz ta’ proġett Interreg. B’dawn il-fondi qiegħda timplementa il-proġett HARMONY dwar speċi aljieni invażivi flimkien ma’ entitajiet Taljani u Maltin, fosthom l-Università ta’ Malta.
Minbarra dan, sar ukoll tħawwil ta’ eluf ta’ siġar Maltin u ġew imsaħħa popolazzjonijiet ta’ siġar eżistenti jew ġew imdaħħla mill-ġdid fis-selvaġġ (intoduċiet mill-ġdid) siġar Maltin li kienu nqerdu jew li kienu mhedda serjament. B’kollaborazzjoni mal-ERA, qed jitkabbru siġar Maltin f’mixtliet ta’ Ambjent Malta, li jinkludu siġar u xtieli Maltin li qed jintużaw f’xogħlijiet ta’ afforestazzjoni u restawr ambjentali madwar Malta.
Aktar tagħrif dwar xogħlijiet fuq speċi invasivi u ħarsien ta’ speċi jinstabu fil-
website
tal-ERA.
Filwaqt li napprezza r-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8903, u peress li mhux il-mistoqsijiet oriġinali kollha ġew imwieġba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8903 u ċjoè: B’referenza għall-proġett tas-Central Link, jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sew
full-time
kif ukoll
part-time
, li sejrin jitilfu, jew se jkunu milquta fix-xogħol tagħhom kemm direttament kif ukoll indirettament bħala bdiewa;
b. kemm-il tomna raba' maħduma se tinqered minħabba dan il-proġett;
c. kemm-il ġibjun li jaħżen l-ilma, riżors li qed isir aktar rari u mfittex minn ġurnata għall-oħra, se jinqered biex jagħmlu wisgħa għal dan il-proġett; u
d. kemm-il siġra se tinqered biex ukoll tagħmel wisgħa għal dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment importanti għal ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż, permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr. Permezz tiegħu ser jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta’ Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta’ Qali u r-Rabat ikollhom jgħaddu minn lembut ta’ korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat. Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta’ Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu s-central strips.
Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar. Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b’aktar riskji ta’ aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ aktar minn 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f’Malta, bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta’ żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).
It-tagħrif dwar l-impatti pożittivi jew negattivi li dan il-proġett jista’ jkollu fuq l-inħawi, fosthom id-dettalji dwar l-agrikoltura, is-siġar, strutturi u l-ambjent naturali li qed jiġu mitluba, jinsabu fl-istudji tekniċi li saru minn esperti indipendenti bħala parti mill-proċess tal-environmental impact assessment (EIA), li sar bi tħejjija għat-twettiq ta’ dan l-investiment. Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew u jinsabu disponibbli pubblikament, kif diġa indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija 8903 li qed issir referenza għaliha.
B’referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied u li l-Awtorità tal-Ippjanar, iddeċidiet ħesrem li għandha tapprova l-proġett u mhux talli hekk, imma talli titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rrapportat mill-media, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares? Jista’ jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied, minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni valida għalfejn sar dan l-isfreġju? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ Infrastructure Malta fl-inħawi indikati kien biss il-bini mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq eżistenti b’saffi ta’ asfalt aktar b’saħħithom u adekwati għall-ħtiġijiet tat-trasport tal-lum, bħal ma qed isir f’għexieren ta’ kilometri ta’ toroq fil-kampanja li jintużaw ta’ kuljum minn bdiewa u residenti tal-lokalitajiet fl-inħawi. Dan ix-xogħol ma kienx jinvolvi xogħol ta’ rdim jew bini ta’ toroq ġodda iżda bini mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq eżistenti.
Dik li qed tiġi indikata bħala “triq ġo Wied Qirda” hija fil-fatt triq ta’ aċċess li kienet diġà tidher fis-survey sheets tal-1968. Fl-istess waqt, fil-passat inħarġu permessi ta’ żvilupp fuq siti li għandhom l-uniku aċċess tagħhom minn dan l-istess aċċess. Fl-istess waqt, jidher li l-passaġġ tal-ilma tax-xita tal-istess wied m’huwiex imblukkat. Għaldaqstant, l-avviż tal-infurzar li jgħid li “ġiet iffurmata diga [dam] u trejqa li qed taqsam l-istess wied” ġie rtirat peress li kien inħareġ fuq premessi mhux korretti.
Sadanittant, Klassi 3(ii) kurrenti tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.08) teżenta lill-entitajiet Governattivi mill-bżonn li jġibu permess għal “twessigħ, titjib jew manutenzjoni ta’ toroq eżistenti”, bħalma hu l-każ in kwistjoni.