Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta – Tal-Qares – bini ta’ sit

Question

B’referenza għal Tal-Qares il-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjoni ħadet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u x’monitoraġġ qed isir fuq is-sit li qed jinbena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali imponiet kondizzjonijiet għall-moniteraġġ arkeoloġiku, li qed issir b’mod kontinwu.

Proġett ta’ Manoel Island — Tneħħija tal-iskall u faċilitajiet anċillari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9800 u jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa’ d-dgħajjes u tenders se jispiċċa b’dannu għal għadd kbir ta’ dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar? Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid? Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari? Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m’hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta’ karozzi, trailers u tenders, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu? Jista’ jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li fil-pjan il-ġdid (PA9407/17) qiegħed jiġi previst li minflok skall jinħoloq spazju miftuħ li jkun jista’ jitgawda mill-poplu nġenerali. Skont il-pjan preċendenti (PA2135/94) l-iskall, fil-prinċipju, kien previst li jsir fuq Manoel Island. Minn aspett ta’ Ippjanar, dettalji dwar id-daqs u pożizzjoni tal-iskall għandhom jiġu ndirizzati fl-eventwali proċess ta’ Full Development Application b’konsultazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet ikkonċernati.

Proġett ta’ Manoel Island — Telf ta’ irmiġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9801 u jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta’ t-tarf ta’ Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar? Jekk dan se jsir navigabbli jista’ jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway? Jekk iva kemm se jkun wiesa’ u kemm se jintilfu postijiet ta’ rmiġġ għad-dilettanti? Jista jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b’telf ta’ irmiġġi għad-dilettanti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-ipproċessar tal-pjan il-ġdid tal-Outline Development Permit PA9407/17 kien jinvolvi konsultazzjoni sħiħa mal-Awtorità Dwar it-Trasport fejn l-istess Awtorità approvat l-emendi li kienu qed jintalbu f’dak li hu transport tal-baħar. F’dan il-pjan ġie approvat il-prinċipju, għalhekk dettalji għall-immanigjar ta’ rmiġġ legali u rekwiziti għan-navigazzjoni sikura għandhom jigu indirizzati fl-eventwali proċess ta’ Full Development Application b’konsultazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet ikkonċernati.

Il-Kappara — Triq Antonio Schembri - buon ordni waqt ħinijiet ta' skola

Question

B'referenza għal Triq Antonio Schembri fil-Kappara, jiġifieri t-triq fejn hemm iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex din it-triq residenzjali jkollha aktar boun ordni u pparkjar u aċċess ferm aħjar waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li rigward Triq Antonio Schembri fil-Kappara, fejn iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, qed isiru konsultazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet konċernati kollha, sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet biex waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola, ikun hemm titjib fil-bon ordni, ipparkjar u aċċess fl-istess triq.

Tas-Sliema — permessi

Question

Peress li The Strand f’Tas-Sliema hi żona residenzjali u minkejja dan, il-permessi għall-ħwienet u l-postijiet ta’ divertiment dejjem qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri ta’ kif jingħataw permessi bħal dawn, f’din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-Policy ‘Partial Review of Subsidiary Plans: General Policy relating to Regeneration/Consolidation Initiatives’ (Jannar 2013) tirrikonoxxi li xi lokalitajiet fiż-żona tal-iżvilupp mhux neċessarjament jirriflettu dak indikat fil-pjanijiet lokali, primarjament minħabba n-natura u skala ta’ żvilupp kummerċjali. F’dawn il-lokalitajiet, bħal ma hi The Strand, f’Tas-Sliema, din il-policy tippermetti li jingħataw permessi għal żvilupp simili.

Statistika dwar kundizzjonijiet ta’ allerġija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet ta’ allerġija bħal ażżma? Jekk iva, jista' jagħti ċ-ċifri għal kull sena b’kemm qed tiżdied din il-kundizzjoni? Jista’ jgħid ukoll, kemm huma dawk il-pazjenti li għandhom kartuna safra (Skeda V)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li prżentament n-numru totali ta' pazjenti bi Skeda V valida (Kartuna Safra) għall-Ażma Kronika jammonta għal 26,534. Nitolbu sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Sena Numru ta’ Pazjenti kull sena (inkluż pazjenti li mietu matul l-istess sena) Differenza mis-sena ta ’qabel Pazjenti li mietu matul l-istess sena Bilanċ ta ’Pazjenti Ġodda kull sena 2017 24,070 2,178 324 1,854 2018 26,069 1,999 324 1,675 2019(sad-9 ta' Mejju) 26,534 465 105 360
Leg 13 PQ #10069 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UN Global Compact for Migration Document

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2019 u jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document? Liema huma l-klawsoli li l-Gvern Malti biħsiebu jirrikonoxxi? Hemm klawsoli fid-dokument li jistgħu jaffetwaw is-Sovranità ta' Malta b'kundizzjonijiet ambigwi u nieqsa minn spjegazzjoni u għalhekk jistgħu jġibu riperkussjonijiet bl-iffirmar ta' tali dokument?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-konferenza ta’ Marrakesh dwar il-Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration saret fl-10 u l-11 ta’ Dicembru 2018. Kif ilu magħruf pubblikament il-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela rrapreżenta lil Malta waqt din il-Konferenza. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-compact ma jorbotx legalment waqt li prinċipju fundamentali tiegħu jirrikonoxxi s-sovranita u l-prerogattiva tal-istati li jiddeterminaw huma l-politika migratorja taghhom f’rispett lejn il-liġijiet internazzjonali.

Art pubblika agrikola bil-qbiela

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 9640 u ċjoè: B’referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura u tal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawk l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi għall-ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Proġett ta’ Manoel Island — Tibdil mid-Development Brief

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9799 u ċjoè: Peress li l-proġett ta’ Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali? Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta’ Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16? Jista’ jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità? Jekk kien ippubblikat jista’ jgħid meta u fejn tista’ tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità? Jekk le kif seta’ jiġi approvat il-pjan il-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-pjan il-ġdid fl-Outline Development Permit PA9407/17 huwa emenda ta’ pjan diġà approvat fl-Outline Development Permit PA2135/94 liema emendi jikkonsistu fi tqassim aħjar tal-volumi u layout tal-bini, żieda fl-ispazji pubblici, żieda relattivament minima f’dak li huwa użu residenzjali, tnaqqis f’dak li huwa użu kummercjali, kif ukoll revizjoni tat-tqassim u disinn f’dawk li huma parkeġġ, marina u network għal vetturi u dak pedonali. F’dan l-istess pjan kien hemm tnaqqis ta’ 8000 metru kwadru f’dak li huwa Gross Floor Area minn dak li kien hemm approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94. Hekk kif inhu indikat f’din it-tabella annessa, il-pjan il-ġdid ma biddilx drastikament il-mix tal-użu tal-art u għalhekk ma kienx jirrikjedi l-ħruġ ta’ Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar: Approved Master Plan – PA 2135/94 Approved Master Plan – PA 9407/17 Land Use Area Area Land Use Area Area (sqm) (sqm) (sqm) (sqm) Residential 79,023 Residential 83,082 80,854 (apartments) 2,228 (serviced apartments) Commercial 17,754 Commercial 9,000 Sports Facilities 3,800 Sports Facilities 3,695 Public Amenities --------- Public Amenities 1,156 Fort Manoel 6,100 Fort Manoel 6,100 Lazzaretto 28,501 Lazzaretto 24,145 (Apartments) 17,363 4,432 (service apartments) (hostel) 1,950 17,447 (hotel) (Commercial) 6,320 2,266 (commercial) (Casino) 2,868 28,501 Total 135,178 Total 127,178

Birkirkara — Down Syndrome Clinic

Question

B'referenza għad-Down Syndrome Clinic f'Birkirkara li sservi lil Malta kollha għal screening u prevenzjoni lil dawn il-pazjenti u li issa ilha wieqfa sitt xhur, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser terġa' tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tad-Downs Syndrome bil-għan li l-Klinika ddedikata għal din il-kundizzjoni terġa' tifaħ fil-futur qarib.

ESF EU Funds għal supported employment

Question

Peress li Malta rċeviet €17-il miljum ESF EU Funds għal supported employment li jispiċċaw fl-2020, u li minnhom jibbenefikaw persuni vulnerabbli, inkluż persuni b’diżabilità, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu, x'programmi twaqqfu u min applika biex jibbenefika? Jista’ jgħid ukoll kemm għad fadal fondi x’jintefqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Ġanni Cilia - enforcements

Question

B'referenza għal Triq Ġanni Cilia f’Ħaż-Żebbuġ fejn din it-triq hi meqjusa bħala industrijali meta fil-fatt fis-Southern Local Plan hi waħda minn 14-il triq li hi f’ODZ, jista' l-Ministru jgħid jekk f'żona bħal din hux suppost issir attività industrijali? X'enforcement ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar? X’inhuma l-irregolaritajiet f’din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-garaxxijiet li jinsabu fi Triq Ġanni Cilia f’Ħaż-Żebbuġ huma koperti b’numru ta’ permessi tal-PB (Building Permits) li jawtorizzaw użi varji li jinkludu garaxxijiet domestiċi kif ukoll imħażen. Xi wħud mill-garaxxijiet huma wkoll koperti b’permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li jinkludu sanzjonar ta’ garaxxijiet eżistenti u użu ta’ Klassi 4B (Bejgħ bl-Imnut). Id-Direttorat tal-Konformità u Infurzar fi ħdan l-Awtorità ilu għal diversi snin jinvestiga rapporti tal-allegat ksur tar-regolamenti tal-ippjanar fit-triq in kwistjoni. Infatti, mill-2015 sal-lum, id-Direttorat investiga total ta’ sebgħa u tletin (37) rapport. Matul is-snin, id-Direttorat intervjena sabiex iwaqqaf l-operat ta’ użi kummerċjali li ma kinux koperti bil-permessi meħtieġa. Parti minn dawn is-37 rapport kienu jinkludu każijiet li fuqhom id-Direttorat ma setax jipproċedi b’ebda azzjoni peress li ma rriżultax li kien hemm ksur tar-regolamenti tal-ippjanar u/jew ma kienx hemm evidenza li turi li l-użu tal-garaxx/ijiet kien wieħed illegali. Fil-preżent, id-Direttorat għandu żewġ każijiet attivi li fuqhom għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet, li iżda, fiż-żewġ każijiet jidher li l-operaturi rispettivi qegħdin fil-proċess li jikkonformaw mal-istruzzjoniet mogħtija lilhom.

Education Supply Practitioners

Question

B'referenza għall-Education Supply Practitioners (councillors) fejn hemm madwar 18 fl-iskejjel kollha ta’ Malta, jista' l-Ministru jgħid x’qed isir biex din is-sitwazzjoni tirrimedja ruħha? Jista’ jgħid x'inhu l-pjan għas-sena skolastika li jmiss u dik ta’ wara? Ma jaħsibx li ġenituri li ma jifilħux iħallsu u li ġeneralment għandhom tfal b’riskji aktar, mhux qed isibu s-servizz professjonali neċessarju? X’rimedji qed jittieħdu fiċ-ċirkostanzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi konsistentement jevalwa s-sitwazzjonijiet varji fl-iskejjel u bi tfassil ta’ pjan kontinwu, investa fl-ingaġġ ta’ Counsellors sabiex iżid u jtejjeb il-kwalità tas-servizz. Sejħiet għal post ta’ Counsellors jiġu ppublikati b’mod kontinwu u bħalissa hemm sejħa miftuħa. Fis-sistema edukattiva, apparti li hemm diversi professjonisti li jaħdmu wkoll mal-counsellors u jagħtu l-appoġġ neċessarju lill-istudenti, hemm ukoll edukaturi f’sezzjonijiet partikulari bħal Anti-Bullying Service, Anti-Substance Abuse Service, Child Safety Services u guidance teachers li għandhom il-warrant ta’ counsellors, li l-ħidma tagħhom tinkludi s-servizz ta’ counselling għall-istudenti. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ser ikompli jassigura li l-bżonnijiet tal-istudenti jiġu milqugħa u l-kwalità tas-servizzi tkompli tittejjeb b’mod professjonali.

Pjazza Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff — bike racks

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9397, jista' jgħid ukoll jekk id-diżinjatur ta’ dawn ir-racks ikkonferma li dawn jistgħu jintużaw? Jista’ jikkonferma li r-roti jistgħu jissakkru magħhom? Kemm hu l-ammont ta’ dawn it-tip ta’ racks, simili għal dawk tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff, li twaħħlu b’kollox, u kemm swew flus?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Il-Kappara — Police Sentry Box

Question

B'referenza għall-Police Sentry Box li qiegħda fil-Kappara ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa, jista' l-Ministru jgħid meta din is-Sentry Box se tiċċaqlaq għal post ferm aktar adegwat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li m’hemmx ħsieb li l-Police Sentry Box li hemm ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa tiċċaqlaq minn fejn hi, peress li l-post fejn qiegħda hu meqjus adegwat.

Pjazza Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff – bike racks

Question

B’referenza għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, Transport Malta kienet qed tikkonsulta mal-perit inkarigat mill-proġett u rrakomanda li jsir disinn mill-ġdid għal bicycle racks, dan sabiex ikunu konformi mal-livell li huwa diġà stabbilit.

Għawdex — Klinika

Question

Peress li x-xogħol fuq il-Klinika ta’ Għawdex ilu wieqaf aktar minn sena u peress li ċ-ċentru preżenti joffri lok li mhux idoneju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-ħsieb għal dan? Meta ser jitwettaq l-proġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Klinika ta’ Għawdex għaddej b’rata mgħaġġla. Bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet neċessarji sabiex il-binja l-ġdida li ġiet identifikata biex takkommoda dan iċ-ċentru jsirulha t-tibdiliet meħtieġa biex tkun tista’ tiġi transformata f’Ċentru tas-Saħħa tal-aqwa kwalità, b’apparat mediku modern bil-għan li jingħata servizz ta’ prevenzjoni u kura tal-għola livell. Diġà tlestew il-pjanti kollha taċ-Ċentri, flimkien mar-room loading, il-mechanical u l-electrical requirements, tlestew it-tenders tal-għamara u tal-appart mediku. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda’ x-xogħol tat-tfassil tal-kmamar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri nisa

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-preżent u kemm minnhom soffrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 73 mara li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni. Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta’ kemm minnhom sofrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità.

Priġunieri – konsultazzjoni dwar tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk f’dawn l-aħħar sentejn sarux konsultazzjonijiet mal-priġunieri sabiex jaraw xi jridu li jinbidel u x’qiegħed isir verament fil-Ħabs? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kienet il-prassi li jsiru konsultazzjonijiet mal-priġunieri. L-Amministrazzjoni tikkonsulta, mal-Prison Board, il-Psikjatri, il-Psikologi, is-Social Workers u professjonisti oħra biex tfassal dak li hu tajjeb għall-priġunieri.

Każijiet fil-qorti li ġew preskritti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ma tinżammx statistika tant importanti fir-rigward ta’ każijiet li jiġu preskritti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kawżi fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex, kemm dawk tal-Qorti Kriminali u Tribunali Kriminali, u kemm dawk tal-Qrati Ċivili u Tribunali Ċivili, meta jiġu terminati jiddaħħlu fis-sistema bħala deċiżi, u r-Reġistraturi ma jidħlux fil-mertu dwar jekk kawża tkunx ġiet deċiża fuq punt ta preskrizzjoni jew xi punt ieħor.