Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjant ta’ Anaerobic Digestion – skart organiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10205 u jgħid ma’ kemm-il tunnellata ta’ skart organiku jlaħħaq l-impjant ta’ anaerobic digestion? Fil-preżent qed jaħdem full capacity? Kemm minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart mhux qed fil-fatt jintefa’ fl-impjant, iżda minflok jintefa’ fil-landfill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Impjant ta’ Sant’Antnin ta’ Anaerobic Digestion iddisinjat sabiex jittratta sa massimu ta’ 36,400 tunnellata ta’ skart organiku fis-sena. Bħala proċess, normalment wieħed minn erba’ tankijiet tal- anaerobic digestion ikun ‘ off-line’ għax tkun qed issirlu xi tip ta’ manutenzjoni. Bħalissa qegħdin fi preparazzjoni ta’ tank minnhom u allura qegħdin fil-‘ full capacity’ operattiva. Xejn minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart organiku mhu qed jintefa’ fil- landfill .

Kunsill lokali — dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li huma midjunin? Kemm hu d-dejn ta’ kull wieħed minnhom? Kemm iħallsu interessi kull wieħed minnhom kull sena? X’rimedju qed jieħu d-dipartiment biex dan ma jseħħx aktar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nassumi illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk il-Kunsilli Lokali li jkollhom ‘shortfall’ fil-working capital fl-aħħar tas-sena finanzjarja. Hawn taht hawn tabella li turi l-informazzjoni mitluba skont l-istqarrijiet finanzjarji awditjati għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2018. Hekk kif tistipula l-liġi, id-Direttur għall-Gvern Lokali, Moniteraġġ u Sapport ser jiltaqa’ ma’ kull Kunsill Lokali li għandu dan ix-‘ shortfall’ biex il-Kunsill jippreżenta pjan ta’ azzjonijiet sabiex tiġi rimedjata is-sitwazzjoni hekk kif tistipula r-Regolament 4 (ċ) u (d) tar-Regolamenti dwar Gvern Lokali (Finanzi). Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta wiehed jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 2085 ta’ din il-legizlatura jirrizulta illi, filwaqt li fl-2012 in-numru ta’ Kunsilli Lokali midjunin kien jammonta ghal 25 Kunsill Lokali, illum l-gurnata hemm biss 11-il Kunsill Lokali li huma midjunin. F’dan ir-rigward, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li fl-2012 d-dejn globali tal-Kunsilli Lokali kollha kien jammonta ghal €-3,997,991, illum l-gurnata d-dejn globali tal-Kunsilli Lokali jammonta ghal €-2,252,879. Sena 2018 Kunsill LokaliWorking Capital € Il-Belt Valletta-521,402 Ħaż-Żebbuġ-549,197 Ir-Rabat (G)-332,148 Birkirkara-358,266 L-Għasri-115,166 Il-Kalkara-158,904 Ta’ Kerċem-3,846 Pieta’-20,494 San Lawrenz-24,351 Ta’ Sannat-33,940 Iż-Żebbuġ (G)-135,165

Residenza San Vinċenz de Paul – nefqa għal kull resident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata n-nefqa ta’ sodda għal kull resident fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li l-Faċilità għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, minn eżerċizzju li kien sar fl-2016, ġie stabbilit li n-nefqa ta’ sodda għal kull lejl fil-Faċilità tammonta għal €122.19ċ.

Policy dwar l-ilmenti tal-klijenti/pazjenti li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ ilmenti rigward is-servizzi tas-saħħa mentali f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena? Hemm policy li tirrigwardja kif il-klijenti (jew il-qraba tagħhom) jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Monte Carmeli fl-2017 kien hemm 50 ilment, fl-2018 36 u minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena kien hemm 19. Dawn l-ilmenti kienu jvarjaw minn talbiet sabiex ikun hemm bidla fil-Konsulent, talbiet biex ikun hemm bidla fl-ordni tat-trattament kif ukoll għal-leave li jingħataw lill-pazjenti mill-konsulent rispettiv tagħhom eċċ. Persuna tista’ tressaq l-ilment tagħha billi iżżur l-uffiċċju tal- Customer Care fl-istess sptar, jinġabru formoli mill-istess msemmi uffiċċju kif ukoll mis-swali, units u l-postijiet kollha fejn jiġu provuti s-servizz tas-Saħħa Mentali, billi tintbagħat email jew billi iċemplu l-uffiċċju tal-Customer Care innifsu. Dwar in-numru ta’ ilmenti li saru lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali f’dawn l-aħħar tliet snin, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10350 li ngħatat fis-seduta 234 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2019. L-Uffiċċju tal-Kummissarju jaċċetta talbiet għall-assistenza u/jew informazzjoni anki b’mod telefoniku, iżda lment formali jrid jsir jew permezz ta’ ittra iffirmata jew permezz ta’ email li tidentifika lil min qed jagħmel l-ilment.

Parental Skills Programmes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10214 u jgħid kemm se jiġu organizzati Parental Skills Programmes matul din is-sena u fejn sejrin jiġu organizzati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fondazzjoni ilha torganizza korsijiet dwar t-trobbija għal bosta snin. Din il-ħidma ħadet spinta ’l quddiem dawn l-aħħar snin biex jiġi onorat l-impenn tal-Gvern għal titjib f’dik illi hija trobbija poiżittiva. Dawn il-korsijiet huma kkordinati u ppreżentati mill-Aġenzija Sedqa. Lista sħiħa tal-korsijiet illi diġa saru matul din is-sena fl-2019, kif ukoll dawk li għadhom iridu jsiru sal-aħħar ta’ din is-sena, qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt : Data Post Lista ta’ Suġġetti Parteċipanti 30 ta’ Jannar – 27 ta’ Frar 2019 Kullegg San Tumas More, Sekondarja Zejtun 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri 19 ta’ Frar – 5 ta’ Marzu 2019 Fondazzjoni Ejjew Għandi 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri li jirrisjedu f’residenzi ma’ uliedhom 2 ta’ Mejju – 30 ta’ Mejju 2019 Kulleġġ Għawdex 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri 2 ta’ Mejju – 30 ta’ Mejju 2019 Skola San Anton 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri 7 ta’ Mejju – 4 ta’ Ġunju 2019 Pubbliku Ġenerali fir-Reġjun Ċentrali 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri 30 ta’ Mejju – 27 ta’ Ġunju 2019 LEAP Mosta 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri 18 ta’ Settembru 2019 Soċji MUSEUM Nisa - Floriana Seminar li offra sommarju ta’ kull suġġett fil-kuntest tal-klassijiet tal-katekeżi Soċji nisa tal-MUSEUM 17 ta’ Ottubru 2019 Residenzi Aġenzija Appoġġ Seminar li offra sommarju ta’ kull suġġett fil-kuntest tar-residenzi Professjonisti u ħaddiema fir-residenzi Ottubru 2019 St. Joseph School 5 ġimghat fejn jiġu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri Novembru 2019 Kulleġġ Maria Regina Mosta – Kindergarten coordinators. 5 ġimghat fejn jigu ppreżentati dawn is- suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline. Ġenituri tat-tfal tal-Kindergarten Novembru 2019 Pubbliku Ġenerali 5 ġimghat fejn jiġu pprezentati dawn is-suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri Diċembru 2019 Pubbliku Ġenerali 5 ġimghat fejn jiġu pprezentati dawn is-suġġetti – Descriptive Praise, Emotion Coaching, Setting Up for success, Family Values, Rules and Rewards and Positive Discipline Ġenituri Minbarra dawn il-korsijiet, l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, permezz tal-Aġenzija għas-Servizzi fil-Kommunita` u Terapija, investiet bil-kbir fi programm ġdid immirat lejn familji f’diffikultajiet u li jkunu riferuti minn servizzi oħra fi ħdan l-istess Fondazzjoni. Bħala riżultat ta’ dan l-investiment, il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali toffri wkoll parenting groups li huma bbażati fuq l- Incredible Years Parenting Programmes . Dawn il-programmi huma bbazati fuq tlett pilastri prinċipali, fosthom il-ġenituri, l-edukaturi u t-tfal. L-għan ta' l- Incredible Years huwa li nipprevjenu problemi ta' imġieba tat-tfal minn eta’ żgħira. L-iskop huwa li ngħinu lill-ġenituri, edukaturi u anke lit-tfal direttament sabiex it-tfal isaħħu l-ħiliet soċjali, emozzjonali u akkademiċi tagħhom, waqt illi tiġi msaħħa r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal u ngħinu lill-ġenituri sabiex jiżvillupaw ħiliet sabiex ikunu jistgħu jużaw strateġiji pożittivi ma’ wliedhom. Il-programmi li jingħataw lill-ġenituri huma intensivi u bbażati skont l-etajiet tat-tfal. Dawn il-programmi jieħdu bejn wiehed u iehor 23 sessjoni. Biex nassiguraw li f’Malta jkollna ħaddiema mħarrġa fi programmi specjalizzati li jgħinu ġenituri li għandhom diversi difficultajiet, il-Fondazzjoni rat kif tħarreġ lill-impjegati li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt b’kollox, 39 professjonist/a ġew imħarrġa minn trainers barranin. Fost it-taħriġ li rċevew dawn il-professjonijiet, ġew imħarrġa fuq home coaching sabiex il-professjonijiet jgħinu lil dawk l-indivdwi li jiddejqu jieħdu sehem fi gruppi, minn ġewwa djarhom. Taħriġ ieħor illi ġew imħarrġa fih il-ħaddiema kien ic- Child Dina , li għallem lill-ħaddiema kif jaħdmu ma’ tfal ta’ eta` żgħira, li jkollhom diffikulta fl-imġieba tagħhom. Din il-ħidma kompliet tiġi msaħħa permezz tat-twaqqif tal- Home Based Therapeutic Services , li kompla jsaħħaħ il-ħidma speċjalizzata mal-ġenituri. Il-progress tas-servizz qiegħed jiġi mkejjel permezz ta’ kwestjonarju li jimtela’ mill-ġenituri flimkien mal-professjonisti, kemm fil-bidu tal-programm, f’nofs il-programm, fl-aħħar kif ukoll 6 xhur wara li jkun intemm l-programm. Dan wassal biex nistgħu nevalwaw il-motivazzjoni tal-ġenituri, d-diffikultajiet li huma qed jiffaċċajaw ma’ uliedhom u l-istil ta’ parenting li l-ġenituri qed jużaw mat-tfal tagħhom. Bħalissa qed issir ħidma sabiex il- parenting programmes , ma jkunux offruti biss matul il-jum iżda filgħaxija wkoll. Il-Fondazzjoni qed tagħmel minn kollox sabiex ikunu indirizzati diversi problemi u nuqqasijiet, li qed ikunu ta’ detriment għar-relazzjioni ta’ bejn il-ġenituri u t-tfal u biex innaqqsu u naħdmu biex inwaqqfu it-trażmissjoni tal-problemi fil-familji, minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Programm LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-għanijiet tal-Programm LEAP u kif dawn qegħdin jintlaħqu? Kemm hemm impjegati f’kull Ċentru tar-Riżorsi tal-Familja? Min huwa responsabbli ta’ dan il-programm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Programm LEAP, jaħdem mal-familji u huwa ispirat mill-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u għall-inluklużjoni soċjali 2014-2024. L-għan tal-programm huwa li jservi bħala punt ta’ referenza fil-komunità. Permezz ta’ Mentors , noffru assistenza lill-familji bi tħejjija għat-tisħiħ tal-ħajja tagħhom. Dan isir permezz ta’ pjan ta’ kura ( care plan ) maqbul bejn il-partijiet kollha, b’interventi u strateġiji fejn jintlaħħqu aspetti differenti fil-ħajja tal-persuna. Fosthom, jiffukaw fuq li l-persuni li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jitħarrġu f’xi settur li jogħġobhom, stabbilita’ fid-dar anke fuq livell finanzjarju, kif ukoll għarfien fuq trobbija pożittiva. Dan isir billi naħdmu fuq il-motivazzjoni tal-individwu, kif ukoll noffru sapport għall-aċċess ta’ servizzi soċjali mmirati biex jintlaħqu l-għanijiet rispettivi. Il-programm LEAP jaħdem mal-familiji wkoll f’kuntest ta’ komunita` u għaldaqstant isaħħaħ il-ħidma tiegħu fuq il-prinċipji tal-iżvilupp tal-komunita` u parteċipazzjoni lokali, permezz ta’ ħidma mal-imsieħba soċjali bħall-għaqdiet governattivi u non-governattivi, kunsilli lokali, parroċċi u dawk kollha li għandhom interess fil-komunitaˋ rispettiva. Dawn in- networks soċjali jiġu ffurmati fuq bażi lokali, reġjonali u anke tematici. Dan il-mekkaniżmu jgħin sabiex jiġu identifikati l-isfidi kif ukoll is-soluzzjonijiet. Il-ħidma u l-preżenza tal-programm LEAP twassalna biex nakkwistaw għarfien komunitarju li jservi biex noħolqu proġetti u inizzjativi relevanti għall-komunita` rispettiva u għar-responsabiltajiet tal-programm. Minn Jannar 2019, il-programm LEAP beda jifforma parti minn tlett servizzi tal-Aġenzjia fil-Komunita`. Barra mill-programm LEAP, l-Aġenzija toffri ukoll Community Social Work u servizz tal- Home Based Therapeutic Services (HBTS) fejn f’dan is-servizz tingħata terapija fid-djar tan-nies u parenting programme li huwa bbażat fuq l- Incredible Years Parenting Programme . L-għan tal-Aġenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-eskluzzjoni soċjali, filwaqt illi jissaħħaħ l-iżvilupp soċjali permezz ta’ ħidma multi-dixxiplinarja fil-komunita`. L-Aġenzija toffri servizzi lill-familji bbażati fuq il-bżonn eżistenti u l-interventi jsiru fuq l-istess prinċipji imsemmiha hawn fuq. Is-servizzi jiġu offruti mic-Ċentri għall-familji fil-komunità. B’kollox hemm 110 impjegat. Hemm diversi professjonisti jaħdmu f’dawn iċ-Ċentri. Dawn jinkludu Regional Development Agents, Service Area Leaders, Terapisti , Community Social Workers, Community Mentors, Community Development Workers, Support Workers u staff amministrattiv. In-numru ta’ ħaddiema jvarja minn ċentru għall-ieħor u jiddependi mill-bżonn indikat mill-kommunità u anki s- supply ta’ dawn il-professjonisti li hawn fis-suq. Centres Numru ta Impjegati Birgu Centre 6 Kirkop Centre 7 Mosta Services 2 Msida Centre 18 Qawra Centre 13 Qormi Centre 6 Santa Lucija Centre 3 Valletta Centre 8 63 Services Birkirkara Services 8 Cottonera Services 9 HBTS Fgura Postive Parenting 16 HBTS Gharghur Postive Parenting 7 HBTS Gozo Postive Parenting 2 Head Office 5 47

Gżira — Telf tax-Xatt u promenade

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9797, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-uniku spazju miftuħ ġol-Gżira huwa x-xatt u dan bejn it-toroq Ponsomby u Manoel? Peress li hemmhekk jinsab l-akbar żvog għar-residenti tal-Gżira, jaf il-Ministru li din il-parti tax-xatt tippermetti veduti estensivi tal-Port ta’ Marsamxett, is-swar tal-belt Valletta u tal-Furjana? Jaf il-Ministru li dan hu l-post minn fejn titgawda l-festa tal-Gżira u fejn isiru attivitajiet fil-miftuħ għall-Gżirjani? Jaf il-Ministru li dan ix-Xatt se jinbidel fi triq traffikuża b’telgħa pjuttost wieqfa ta’ aktar minn 6 metri? Jaf il-Ministru li din il-‘pjazza’ hi magħmula f’parti kbira minnha f’taraġ li fih aktar minn 30 tarġa? Jaf il-Ministru li din il-pjazza minflok veduti tas-Swar tal-Belt Valletta għandha veduti tad-dar ta’ petrol station u ta’ fergħa tal-Bank of Valletta? Jista’ jtaffi dan it-telf tax-xatt prezzjuż għall-Gżirjani billi l-pont jiġi spustjat lejn in-nofsinhar tal-pont eżistenti u l-Ġnien tal-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jintervjeni biex isiru arranġamenti oħrajn biex tiġi evitata roundabout fin-nofs tax-Xatt tal-Gżira?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni u d-disinn tal-pont kif huwa approvat kien jinvolvi konsultazzjoni sħiħa mal-Awtorità tat-Trasport kif ukoll entitajiet oħra ikkonċernati. Barra minn hekk, l- impożizzjoni ta’ roundabout qiegħed fil-pjan ta’ l-Awtorità tat-Trasport li jagħmel parti minn pjan aktar wiesgħa għal titjib tan-network ta’ toroq. Għalhekk kull tibdil f’dan il-pjan irid ikun suġġett għall-proċess ġdid.

Proġett ta’ Manoel Island — Telf ta’ irmiġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9801, jista’ l-Ministru jikkonferma li ebda pjanta tal-baħar approvata mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma tidher bħala parti mill-proċess ta’ PA 9401/17 u li l-unika pjanta mill-Awtorità dwar it-Trasport annessa fil-proċess ma turi t-twessigħ approvat tal-kanal? Jaf il-Ministru li l-kumpanija MIDI fil-pubbliċità tagħha turi li dan il-kanal ser ikun navigabbli billi turi laneċ għaddejjin taħt il-pontijiet proposti u dan ikun ifisser li jrid jiġi kkrejat fairway li bih jintilfu ħafna rmiġġi tad-dilettanti? Jista’ jagħti garanzija konkreta li dawn l-irmiġġi mhux ser jintilfu b’dannu kbir lid-dilettanti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Proġett ta' Manoel Island — Skalli

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9800, jista’ l-Ministru jispjega kif id-dilettanti u sajjieda jistgħu jniżżlu u jtellgħu d-dgħajjes tagħhom minn pjazza li se tkun mat-tmien metri għolja mill-baħar u li se jkun fiha aktar minn 30 tarġa biex tinżel għall-wiċċ il-baħar? Jidhirlu l-Ministru li hu sew jew ġust li filwaqt li qed jinbnew faċilitajiet għas-super yachts u yachts, id-dilettanti tad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti se jitilfu l-faċilitajiet li għandhom illum? Jaf il-Ministru li dan l-iskall hu l-uniku wieħed f'Tas-Sliema jew Lazzaretto Creek u kważi uniku fil-Port ta’ Marsamxett? Jaf il-Ministru li fil-pjan oriġinali ta’ Manoel Island kien hemm approvazzjoni ta’ skall fuq Manoel Island u li dan tneħħa fil-Masterplan il-ġdid? Jista’ jintervjeni u jinsisti li fuq Manoel Island jerġa’ jsir skall u faċilitajiet pubbliċi għad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali — Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali fl-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa? Għal liema minnhom ġa ħarġet sejħa biex dawn il-postijiet jimtlew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ April 2016, l-Aġenzija Sapport ma baqgħetx tifforma parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu jinsab fuq is-sit elettroniku tal-istess FSWS, speċifikament permezz tal-link https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/vacancies.aspx

Inċidenti ta' muturi u roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu mutur jew rota li ġew irraportati lill-Pulizija u li seħħew fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2019 u fl-ewwel sitt xhur u fl-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra? Jista' jaqsam l-informazzjoni fi tnejn u ċjoè għall-muturi u għar-roti? X’qed jagħmel il-Ministeru biex dawn l-inċidenti jiġu evitati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi Transport Malta jaraw illi qabel tinħareġ liċenzja għas-sewwieqa tal-muturi, il-persuni konċernati jkollhom għarfien tajjeb dwar it-teknikalitajiet fis-sewqan tal-muturi, għarfien dwar sigurtà kif ukoll edukazzjoni fuq il-ħtiġijiet kollha u l-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sewqan. Min-naħa l-oħra jara, illi permezz tal-Pulizija speċjalment dik tat-Taqsima tat-Traffiku jsiru rondi biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu inċidenti ta’ din ix-xorta. Dan barra illi uffiċjali mill-istess Taqsima jżuru diversi istituzzjonijiet edukattivi fejn isiru sezzjonijiet edukattivi u informattivi bil-għan illi inċidenti tat-traffiku ta’ kull xorta jiġu evitati. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant is-sewqan ta’ roti ma jinħtieġx liċenzja u allura barra li huwa ċ-ċiklist li jrid jara li jkollu għarfien dwar sewqan ta’ rota f’toroq fejn jintużaw minn vetturi bil-muturi biex jiġu evitati inċidenti, huwa d-dover tas-sewwieqa ta’ kull vettura li jirrispettaw lil dawn iċ-ċiklisti biex jevitaw l-inċidenti u anke hawnhekk il-Pulizija tagħmel ir-rondi tagħha biex dan jiġi aċċertat. Id-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gżira — Telf tax-Xatt u promenade

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9797 u jgħid x’kunsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta’ Manoel Island? Jista’ jikkonferma li parti sewwa mill-promenade dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island? Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar? Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta’ kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, li l-pjan il-ġdid fl-Outline Development Permit PA9407/17 jinvolvi tibdil għal-disinn aħjar minn dak li kien approvat fil-pjan preċedent, partikolarment f’dak li hu aċċess. Dan jinkludi roundabout u pont b’għoli indikattiv ta’ madwar 6 metri minn wiċċ il-baħar. Dan l-istess pjan qiegħed jestendi x-xatt għat-tgawdija tal-poplu permezz ta’ pont pedonali li jieħdok ġo pjazza u aċċess li jkompli mal-kumplament tax-xatt.

Djar Residenzjali tal-Anzjani – programmi ta’ attivitajiet soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta’ attivitajiet soċjali li qed jiġu implimentati din is-sena f’kull Dar Residenzjali tal-Anzjani sabiex jippromwovu l-Anzjanità Attiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Djar Residenzjali tal-Anzjani — lift

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8921, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li ma humiex mgħammra b’faċilità ta’ lift? X’qiegħed isir biex dawn id-Djar ikollhom lift sabiex iżidu l-aċċessibiltà għar-residenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji li ma laħqux il-kwota ta’ impjegati b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li fallew milli jilħqu l-kwota ta’ impjegati b’diżabilità u kemm ħallsu flus bejniethom matul is-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien hemm 487 intrapriża privata fosthom 20 grupp ta’ kumpaniji li fallew milli jilħqu l-kwota ta’ impjegati b’diżabilità. Minnhom, 335 intrapriża privata, fosthom 18-il grupp ta’ kumpaniji, ħallsu l-kontribuzzjoni fl-2018/2019. Bejniethom ħallsu €1,176,600. Jobsplus għadha għaddejja bil-proċess biex tiġbor il-kumplament tal-flus.

Korsa tat-tlielaq tal-karozzi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9637, peress li l-mistoqsija oriġinali 9398 kienet dwar l-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva tat-18 ta’ Diċembru 2013, Press Release 2841, fejn fost il-21 proġett kien hemm “Race track” https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2013/December/18/pr2841.aspx jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tar-Race Track ta’ aktar minn ħames snin ilu qatt ma sar, minkejja s-sejħa għall-offerti? Is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għal Motor Recreation and Education Park huwa proċess differenti, u dan ukoll jidher li weħel! Jista’ jgħid x’inhi s-sitwazzjoni llum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għaddejja ħidma kontinwa sabiex il-proġett tal-Motor Recreation and Education Park jitwettaq bħalma twettqu l-proġetti sportivi l-oħra ta’ pajjiżna.

Impjant ta’ anaerobic digestion — skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ kemm-il tunellata ta’ skart organiku jlaħħaq l-impjant ta’ anaerobic digestion? Fil-preżent qed jaħdem full capacity? Kemm minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart mhux qed fil-fatt jintefa’ fl-impjant, iżda minflok jintefa’ fil-landfill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Persuni intitolati għal servizzi ta’ saħħa bla ħlas

Question

B’referenza għall-barranin li jużaw is-servizzi tas-saħħa, jiġifieri persuni Ewropej, Svizzeri, dawk ġejjin barra mill-EU u refuġjati, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għal servizz bla ħlas? X’proċedura qed tittieħed? X’miżuri jittieħdu dwar dawk iċ-ċittadini tal-EU li jaħdmu f’Malta u jkollhom membri tal-familja jgħixu f’Malta, imma s-sistema tagħhom hi waħda li ma tipproduċiex ċertifikat tat-twelid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 35.28 ‘Ir-Regolamenti dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa (L-Avviż Legali 201 Ta’ L-2004, kif emendat bl-Avviż Legali 407 Ta’ L-2007), il-kategorijji differenti ta’ persuni li huma intitolati għal servizz bla ħlas huma: - Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra l-Unjoni Ewropea u li jkollha liċenzja għax-xoghol skond l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni u li tkun qegħda tħallas il-kontribuzzjoni preskritta. - Ċittadin ta’ pajjiż barrani li għandu ftehim reċiproku ma’ Malta dwar il-kura tas-saħħa. - Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra l-Unjoni Ewropea li tgawdi il-libertà ta’ moviment skond l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. - Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun f’Malta fuq stedina tal-Gvern f’kapaċità konsultattiva jew li tagħti parir lill-istess Gvern. - Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun qegħda tagħmel kors ta’ studji f’l-Università ta’ Malta, l-MCAST jew l-ITS. - Persuni li jipproduċu d-dokumentazzjoni meħtiega mid-Dipartiment tas-Saħħa skond ir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea li jkunu fis-seħħ dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali. - Persuni li jgawdu minn Protezzjoni Internazzjonali: Skond l-artiklu 20(1)(c) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.07 ‘Regolamenti dwar l-Istandards ta’ Proċedura għall-Għoti u l-Irtirar tal-Protezzjoni Internazzjonali’ (L-Avviż Legali 416 tal-2015), f’Malta, persuna ddikjarata bħala benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali (status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja) għandha tkun intitolata li tirċievi l-kura medika tal-Istat. Id-dokumenti uffiċjali li jinħarġilhom juru li huma jgawdu minn dan l-istatus u li b’hekk huma jkunu intitolati. Persuna/Persuni kkonċernati jkunu mitluba d-dokumentazzjoni uffiċjali li biha jkun ikkonfermat l-intitolament. Iċ-ċertifikat tat-twelid hu importanti sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm rapport/ relazzjoni u li bih ikun ikkonfermat l-intitolament.