Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-rappreżentat fil-kumitat tat-tmexxija ta’ Property Malta? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ ħidma u dak finanzjarju ta’ Property Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Bord ta’ Property Malta Foundation huwa magħmul mill-lista li qed tingħata hawn taħt;
Mr. Sandro Chetcuti
Mr. Michael Stivala
Mr. Michael Bonello
Mr. Steve Mercieca
Mr. Joe Vella Bonnici
Mr. Peter Paul Caruana
Mr. Antoine Mallia
Mr. Vincent Bone
Qed npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba.
Uffiċjali tal-Ħabs – taħriġ speċjalizzat fuq suġġetti relatati ma’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk l-Uffiċjali tal-Ħabs irċevewx taħriġ speċjalizzat fuq suġġetti relatati ma’ riabilitazzjoni tal-priġunieri matul dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk iva, fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Biex tieħu ħsieb l-aspetti ta’ riabilitazzjoni l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għandha impjegati magħha tliet Psychologists, erba’ Psychologist Assistants, sitt Care Plan Coordinators u tliet Social Workers li bħala nies akkademiċi huma kwalifikati f’tali suġġett u jkunu huma li jaħdmu direttament mal-priġunieri fuq dan is-suġġett
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn il-każijiet ilhom aktar minn tliet snin pendenti? Kemm minnhom ilhom aktar minn sitt snin pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħruġ ta’ aggressuri minn djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika – każijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7148 u 12809, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta kemm huwa n-numru ta’ aggressuri li nħarġu mid-djar ta’ vittmi ta' vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi abbażi tal-provedimenti tal-Liġijiet dwar vjolenza domestika, biex il-Pulizija tieħu azzjoni kif indikata mill-Onor. Interpellant, hemm proċess li jrid jiġi esegwit. Meta jkun hemm ħtieġa li jinħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika, wara evalwazzjoni skont il-proċess stabbilit, isir rikors għal ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni temporanja għall-approvazzjoni ta’ Maġistrat. Matul is-sena 2019 kien hemm tletin (30) każ fejn aggressuri nħarġu minn djarhom b’intervent mill-Pulizija wara li talba ta’ protezzjoni temporanja kienet milqugħa. Dan l-ammont ma jinkludix każijiet fejn waqt il-proċedimenti, il-Qorti tordna lill-aggressuri biex joħorġu mid-djar tal-vittmi jew meta l-aggressuri ħarġu mid-djar minn jeddhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12273 u jindika x’kienu s-sentenzi mogħtija fil-każijiet ta’ aggressuri li nstabu ħatja ta’ vjolenza domestika s-sena l-oħra? Kemm minnhom weħħlu l-ħabs u għal kemm żmien weħħlu priġunerija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13202 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25246 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex imwaqqaf ix-sheltered housing għall-anzjani? Jekk iva, kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan il-proġett u fejn qiegħed dan il-proġett tant importanti għall-anzjani?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 25246 tat-tnax il-leġislatura li għaliha qiegħda ssir referenza għaliha tispjega li hu s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva li qiegħed jesplora l-possibilità ta’ proġett ta’ sheltered housing u għaldaqstant il-mistqosija għanda ssir lillhu. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar għaddeja b’diversi proġetti, anke b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex jiġu mgħejjuna persuni anzjani fil-komunità.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri rimunerati għax-xogħol li jwettqu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qegħdin jiġu rimunerati l-priġunieri għax-xogħol tagħhom li jwettqu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minn dan il-qligħ qed jiġi allokat:
a. lill-familji tagħhom?
b. bħala kumpens għall-vittmi ta’ delitt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rimunerazzjoni li qed jingħataw il-priġunieri li jaħdmu xogħol manwali hi dik ta’ €150 fix-xahar. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kienu jingħataw qabel, jiġifieri rimunerazzjoni ta’ €18.64c fix-xahar għal xogħol li kienu jagħmlu. Ir-rimunerazzjoni tidħol fil-kont tal-priġunier.
Issa li għandna l-MERS-cov19 fostna, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-testing tal-5G għadux jitwettaq? Jekk għadu jsir, x’inhi r-raġuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qatt ma’ sar testing tal-5G peress li kif indikat f’PQ 13534, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), ma tagħat l-ebda liċenzja għal trasmissjonijiet ta’ servizzi mobbli fuq bażi ta’ esperimentazzjoni ta’ natura 5G.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25246 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex imwaqqaf ix-sheltered housing għall-anzjani? Jekk iva, kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan il-proġett u fejn qiegħed dan il-proġett tant importanti għall-anzjani?
Dipartiment tal-Gvern Lokali –– servizzi mogħtija mill-kunsilli lokali
Question
Billi s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-Gvern Lokali identifika d-dekasteri lill-Kunsilli Lokali, jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ngħataw mill-Kunsilli Lokali fil-qasam soċjali, tal-anzjani, taż-żgħażagħ u t-tfal matul is-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali — Quality Service Charter
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12272 , jista’ l-Ministru issa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Quality Service Charter tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill Onor. Interpellant li, d-dokumenti mitluba minnu qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-istess dokumenti jinsabu wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizi ta’ Ħarsien Soċjali. Wieħed jista’ jaċċessahom minn fuq il-links pprovduti hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/Vacancies/Policy%2018%20Service%20Users%20Satisfaction%20Policy.pdf
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/Vacancies/Policy%2018_3%20Guidelines%20for%20the%20Complaints%20Procedure.pdf
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li, l-Awtorità għall-Istandards ta’ Kura Soċjali qiegħda toħroġ standards li jirregolaw is-servizzi kollha li jagħtu servizz fil-qasam soċjali, inkluż is-servizzi li jingħtaw mill-Fondazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12274 u b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11945, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jgħid jekk identifikax siti f’din il-lokalità sabiex jiġu utilizzati għall-parkeġġ pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi ma ġiex identifikat sit pubbliku sabiex jiġi utilizzat bħala parkeġġ minkejja li pprova diversi drabi.
Ħruġ ta’ aggressuri minn djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika — każijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7148, jista’ l-Ministru jindikalna llum jekk sarux arranġamenti biex inkunu nafu kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika? Jekk iva, kemm huwa n-numru ta’ aggressuri li nħarġu mid-djar tal-vittmi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jaħdmu b’mod irregolari matul dawn l-aħħar sentejn u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’azzjoni ttieħdet kontra dawn il-persuni u kontra dawk li kienu qed iħaddmuhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu b’mod irregolari matul dawn l-aħħar sentejn kien ta’ 3,357 persuna fl-2018 u 2,477 persuna fl-2019.
L-azzjonijiet li Jobsplus tieħu meta ssib xi illegalitajiet waqt spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol ikunu konformi ma’ l-Att Dwar is-Servizzi tal-Impjieg u Taħriġ, Kapitolu 594.
Azzjoni bil-Qorti kontra ħaddiema tittieħed biss meta dawn jinstabu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol filwaqt li kienu qed jaħdmu.
Fil-każ ta’ min iħaddem, meta jinstabulhom ħaddiema li ma jkunux reġistrati ma’ Jobsplus permezz tal-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, tintbgħatilhom ittra (Pre-Fine Letter) fejn telenka n-nuqqasijiet u tħeġġiġhom jirregolarizzaw il-pożizzjoni fi żmien ħmistax-il jum. Jekk wara verifika jinstab li s-sitwazzjoni baqgħet kif kienet, tinħareġ ittra oħra (Fine Letter) fejn min iħaddem jintalab iħallas multa amministrattiva u jirregolarizza l-pożizzjoni tal-ħaddiema fi żmien ħmistax-il jum. Jekk anke hawn is-sitwazzjoni tibqa’ l-istess, jibdew il-proċeduri biex min iħaddem jitressaq il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex introdott il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-pagi? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan il-mekkaniżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li preżentament il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) m’għandhiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-pagi.
Però ta’ min jinnota li permezz tal-proġett ko-finanzjat mill-UE ‘
Prepare the Ground for Economic Independence
’, qed tiġi żviluppata
equal pay tool
diġitali addattata għal Malta. Din l-għodda ser tkun qed tgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem sabiex jassigura l-istess paga għall-xogħol tal-istess valur jew simili. Din l-għodda ser tkun ukoll magħmula sabiex tintuża għall-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE. L-
equal pay tool
ser tiġi varata fil-konferenza finali tal-proġett f’Awwissu 2020.
Barra minn dan, fl-2014 l-NCPE neħħiet il-klawżola fil-kuntratti tal-impjieg tal-ħaddiema tagħha li kienet tesigi kunfidenzjalità dwar ir-remunerazzjoni tagħhom għal aktar trasparenza fil-pagi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12271 u jara li fil-proġett il-ġdid li se jitwettaq għal aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, tiddaħħal is-sistema tas-Sentencing Guidelines kif għandhom pajjiżi oħra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-proġetti li nieda dan l-aħħar il-Gvern bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropeja għat-twettiq ta’ aktar effiċjenza fil-qasam tas-smiegħ u deċiżjoni tal-kawżi ma jinkludix l-hekk imsejjħa sentencing guidelines.
Dwar dawn pero l-Gvern huwa dispost li jiddiskuti bi qbil mal-ġudikatura iżda bir-riżerva illi l-metodu ta’ għoti ta’ piena, għad illi tista’ tkun soġġetta għal linji gwida ma għandha qatt issir eżerċizzju purament awtomatiku li ma jħallix lill-Qorti tagħmel ġustizzja kif tħoss li jkun l-aħjar fil-każ partikolari.
Se nirreferi d-diversi domandi Parlamentari fuq li saru fuq dan is-suggett lill-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għar-reazzjoni tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinħatar iċ-chairperson tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), peress li mingħajr Chairperson il-laqgħat ġew sospiżi u bosta minnhom skadilhom iż-żmien ta’ tliet xhur u għalhekk intilef id-dritt li jinstemgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12153 u ċjoè: Peress li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tenniet li r-radjazzjoni tal-EMF f’Malta u Għawdex huma skont il-limiti tal- International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP), jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tar-radjazzjonijiet meħuda u l-post minn fejn ittieħdu, kull darba li dawn ittieħdu minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena? X’inhi r-raġuni għalfejn dawn iċ-ċifri ma jiġux ippubblikati bl-istess metodu bħal ma tagħmel l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-moniteraġġ tat-tniġġis fl-arja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), bħala l-entità nazzjonali responsabbli mill-immaniġġar tal-frekwenzi tar-radju, twettaq testijiet u kejl (tests and measurements) tar-radjazzjoni tal-EMF f’numru ta’ żoni pubbliċi madwar Malta u Għawdex biex tivverifika li, kif hekk meħtieġ skont il-liġijiet li hi tinforza, kull persuna awtorizzata biex tuza xi apparat ta’ radjokomunikazzjoni, qiegħda tikkonforma ma’ l-istandard ta’ emissjoni ta’ radjazzjoni adottata.
Mill-bidu tal-2019 sa l-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2020, l-MCA wettqet tlett mija erbgħa u għoxrin (324) testijiet u kejl f’diversi lokalitajiet pubbliċi, liema riżultati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni, b’format simplifikat għal konvenjenza tal-pubbliku, tiġi wkoll pubblikata regolarment fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità.
Reference is made to a statement issued by OPM on 1st December in the afternoon after it was made public that the individual whose details are under seperate cover, the prime suspect in the murder of Daphne Caruana Galizia, implicated the Prime Minister in his police statement.
a) In view that in his press statement, he did not deny involvement in the crime, for the record, does the Prime Minister deny any involvement in the murder itself and/or attempts to cover it up?
b) In view that the Prime Minister mentioned receiving a threat the day before warning him that unless he granted a pardon to the individual whose details are under seperate cover, he would implicate the Prime Minister by mentioning two calls he had with the Prime Minister some months back, can the Prime Minister clarify who sent this threat? Was the message sent through an individual or anonymously? Was it over the phone, in person or in writing? Can the Prime Minister clarify so that the public can better understand? Who does the Prime Minister believe the threat was coming from, the individual mentioned or someone else?
c). Why didn’t the Prime Minister mention this threat to the international press during his press conference? Does he agree that mentioning this threat, would have taken the wind out of the blackmailer’s sails?
Response (ABELA, ROBERT)
Bħalma l-Onor. Interpellant jaf tajjeb ħafna, mhux biss hemm inkjesta pubblika u investigazzjonijiet oħrajn pendenti dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll kien hemm bidla fil-persuna li qed tokkupa l-pożizzjoni ta’ Prim Ministru. Għaldaqstant m’iniex f’pożizzjoni li nwieġeb tali mistoqsijiet.
Reference is made to a statement issued by OPM on 1st December in the afternoon after it was made public that the individual whose details are under seperate cover, the prime suspect in the murder of Daphne Caruana Galizia, implicated the Prime Minister in his police statement.
a). Did the Prime Minister inform the Cabinet about the threat he received? If so, how did the Cabinet react? If not, why didn’t he inform the Cabinet?
b) In his statement, the Prime Minister also gave information about his latest encounters with the individual whose details are under seperate cover. Why did the Prime Minister mention encounters with the individual if he believed his testimony only referenced calls? Or did he have reason to believe that meetings were mentioned too?
c) With regard to his encounters with the individual, does the Prime Minister acknowledge that the information provided in his statement differs significantly from what some time ago he told the journalist whose details are also under seperate cover? The Prime Minister originally said that he met the individual about a year or two ago, while now he is saying it happened as recently as February. Given that we now know that the individual was a prime murder suspect in a case the Prime Minister was following closely, why was he so unsure (and erroneous) when referring to his latest encounter with him when asked by the journalist?
d) When did the Prime Minister meet the individual “in his role as shareholder of one of the country’s biggest group of companies”, as mentioned in the statement? What were the specific projects the Prime Minister discussed?