Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati Kriminali – applikazzjonijiet għal għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna legali quddiem il-Qrati Kriminali kemm tal-Appell kif ukoll f’dawk fejn jinstemgħu l-ġurijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li mill-2018 sas-7 ta’ Mejju 2020 kien hemm 73 applikazzjonijiet għal għajnuna legali quddiem il-Qrati Kriminali tal-Appell u 6 applikazzjonijiet f’dawk fejn jinstemgħu l-ġurijiet.

Qrati tal-Maġistrati ta’ Għawdex – applikazzjonijiet għal għajuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna legali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati Għawdex sede kriminali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti tal Kriminal ma jsirux applikazzjonijiet għall-għajnuna legali peress li dawn l-avukati jiġu maħtura seduta stante mill-istess Qorti. Għalekk, ninforma li matul is-sena 2019 ġew maħtura 14-il avukat tal-għajnuna legali seduta stante waqt li bejn l-1 ta’ Jannar sat-30 t’April 2020 ġew maħtura 3 avukati tal-għajnuna legali seduta stante wkoll.

Għajnuna Legali — Qrati tal-Maġistrati – statistika tal-applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika rigward is-sess jew etajiet tal-applikanti li jagħmlu użu mis-servizz ta’ għajnuna legali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika strettament fuq il-materja mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ħaż-Żabbar — Triq Mariano Gerada - traffic calming measures

Question

Billi diversi residenti li joqogħdu fi Triq Mariano Gerada Ħaż-Żabbar qed jesprimu tħassib dwar l-eċċess ta’ veloċità minn xi vetturi fit-triq tagħhom, jista’ l-Ministru jitkellem mal-awtoritajiet ikkonċernati biex isiru traffic calming measures f’din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Trasnport Malta ser tkun qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni fit-triq msemmija f’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.

Bormla — Triq il-Karmnu u l-Pjazza ta' quddiemha - aktar miżuri ta' sigurtà

Question

Billi, kien hemm xi ilmenti minn xi residenti anzjani, jista' l-Ministru jassigura li jittieħdu aktar miżuri ta' sigurtà b'liema mezz jidirlu xieraq fl-inħawi ta' Triq il-Karmnu f'Bomrla u l-pjazza ta' quddiemha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bħal l-Onor. Interpellant nemmen li fiż-żona msemmija kien hemm ħtieġa li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-pulizija u meta rċivejt l-istess ilment wassalt dan il-messaġġ mill-ewwel . Infurmat li l-Pulizija tad-Distrett ħadet numru ta’ miżuri għal skop ta’ sigurtà u buon ordni u kuljum f’ħinjiet differenti qed tagħmel ir-rondi tagħha. Infurmat illi riżultat ta’ dawn ir-rondi diġa’ tressqu xi nies il-Qorti wara li nstab li kkomettew xi ksur ta’ liġi.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta – trattattivi bejn kumpaniji

Question

Peress li fi Frar li għadda l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta avża li kien hemm trattattivi bejn il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament biex it-tieni kumpanija msemmija tikseb 50% tal-ishma fil-kumpanija li tmexxi t-Tarzna ta’ Malta, tista’ l-Ministru tgħid jekk abbażi tal-avviż mogħti daħlux oġġezzjonijiet minn terzi u jekk hijiex infurmata fiex wasslu t-trattattivi dwar dawn in-negozjati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma rċieva l-ebda oġġezzjoni fiż-żmien sebgħat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-konċentrazzjoni. Intant l-Uffiċċju mhux f’pożizzjoni li jgħid fejn wasslu t-taħdidiet.

Rinella – proċess ta’ tank cleaning farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex it-tank cleaning farm li hemm fil-Bajja tar-Rinella jkun rilokat offshore?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-gvern qed jistudja diversi modi kif dawn il-facilitajiet li huma mitluba permess ta' Ligi Internazzjonali jkunu f’posthom filwaqt li wieħed irrid jevalwa konċessjoniet eżitenti u għaldaqstant it-taħdidiet għadhom għaddejin.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – pedestrian area

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-parti d-dejqa ta' Triq Santa Duminka f’Ħaż Żabbar issir pedestrian area, billi l-vetturi u l-vejikoli kbar li jgħaddu minnha, qed ikunu ta' periklu għar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li se tkun qiegħda tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar din il-proposta, sabiex issir talba formali abbażi tal-formola li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ħaż-Żabbar – Housing Estate — manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir proġett ta' manutenzjoni li tant hemm bżonn fil-binjiet u l-area tal-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar? Jista’ jara wkoll li jkunu stallati l-lifts f'dawk il-blokkok fejn hemm bżonn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għaddej proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Housing Estate ta’ Ħaż-Żabbar fejn diġà tlestew xogħlijiet ta’ tindif, waterproofing, kisi, żebgħa u organizzazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma fuq il-bjut u t-tronob tat-taraġ. Inbdew ukoll xogħlijiet fuq il-partijiet komuni li jinkludu il-manutenzjoni tal-faċċati, tibdil tal-aperturi, meter cupboards u letter boxes kif ukoll ser isir xogħol fuq is-sistemi tad-dawl. Ta’ min jgħid ukoll li f’dan il-Housing Estate, b’kollox ser jiġu installati 6 lifts.

Ix-Xgħajra — Triq il-Fabbriki u Triq il-Mullett - arbli tad-dawl

Question

Billi fi Triq il-Mulett u parti minn Triq il-Fabbriki fix-Xgħajra hemm arbli tad-dawl li minflok fuq il-bankina qegħdin fit-triq, jista' l-Ministru jara mal-awtoritajiet li dawn l-arbli ma jibqgħux ikunu ta' inkonvenjent u periklu u li flok arbli, cables jgħaddu minn taħt l-art speċjalment fi Triq il-Mulett billi t-triq għadha fil-proċess li qed issir?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi ġie investigat u l-Enemalta kienet diġa fil-proċess biex iċċaqlaq l-arbli msemmija minn nofs tat-triq għall-ġenb biex tneħħi l-inkonvenjent li rriżulta bi ‘new alignment’ tat-triq. Barra minn hekk, peress li fuq in-naħa tax-xellug ta’ Triq il-Mulett l-iżviluppaturi ppreparaw ‘culvert’ kif meħtieġ skont il-proċedura tal-bini ġdid, Enemalta ser tagħmel arranġamenti biex is-servizzi fuq din in-naħa tat-triq jitgħaddew minn taħt l-art u tnaqqas l-arbli meħtieġa. Fir-rigward tan-naħa tal-lemin, Enemalta taddotta l-istess proċedura jekk jiġi ppreparat culvert simili bħal tax-xellug.

Ħaż-Żabbar – qasam residenzjali tal-Plier – bus shelter

Question

B'referenza għal bus shelter qrib il-qasam residenzjali tal-Plier Ħaż-Żabbar, jista' l-Ministru jara mal-awtoritajiet kompetenti li jaqgħu taħtu biex issir tinda fil-bus shelter u xogħlijiet oħra ta' amiljorament għal kumdità ta' dawk li jużaw it-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment u li Transport Malta ser tkun qiegħda tevalwa din il-proposta fil-futur qarib.

Bormla – Triq San Pawl – lift

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu responsabbli mil-lift pubbliku li hemm fi Triq San Pawl Bormla, li jgħaqqad il-car park ta' Triq il-Karmnu mal-moll ta’ Dock 1? Billi dan il-lift ilu bosta xhur ma jaħdimx, jista' l-Ministru jara li min hu responsabbli jagħmel xogħol regolari ta' manutenzjoni u jassigura li l-lift jibda jopera?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-lift imsemmi kien żviluppa ħsara li ġiet imsewwija. Iżda l-ħġieġ li jdawwar il-bokka tal-lift ġie vvandalizzat u għalhekk il-lift kellu jiġi mwaqqaf milli jkompli jaħdem għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-ħġieġ b’karatteristiċi specifiċi jinbidel kemm jista’ jkun malajr.

Qorti tal-Appelli Kriminali Sede Inferjuri — Sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Qorti tal-Appelli Krininali Sede Inferjuri mill-1 ta' Jannar sal-lum, minn kull ġudikant individwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sentenzi li ngħataw mill-Qorti tal-Appelli Kriminali Sede Inferjuri ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ Ġunju 2019, minn kull Ġudikant individwali kienu: Madame Justice Edwina Grima 71 Mr Justice Giovanni Grixti 56 Madame Justice C. Scerri Herrera 107 Mr Justice Giovanni Grixti (Gozo) 8

Qrati Kriminali u inkjesti maġisterjali — espert psikjatri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie nominat espert psikjatra fis-snin 2015 sa 2018 fi Qrati kriminali u f'inkjesti maġisterjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar in-nomini ta’ esperti psikjatri fil-Qrati Kriminali u f'inkjesti maġisterjali.
Leg 13 PQ #9199 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma f’age groups ta’ taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u ‘l fuq minn 65 sena, skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2011, kien hemm 30,183 persuna li rrappurtaw li kellhom mill-inqas waħda minn dawn it-tipi ta’ diżabilità jew diffikultà: · kundizzjoni ta’ saħħa mentali, · nuqqas ta’smigħ jew telf parzjali tas-smigħ, · nuqqas ta’ vista jew telf parzjali tal-vista, · dizabilità intelletwali, · diffikultà fit-tagħlim, · diffikultà ta’ zvilupp, · dizabilità fizika u dizabilità jew diffikultà oħra. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi breakdown ta’ dawn il-persuni skont l-età.

Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8869, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ tfal b’diżabilità intellettwali, fiżika u/jew mentali? Jista’ jgħid f’liema skejjel qegħdin jattendu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Spiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36962 tal-11-il leġislatura, jista’ l-Ministru jindika llum, kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi f’xi Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità tal-Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża għal kull persuna b’diżabilità li tattendi ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, immexxija mill-Aġenzija Sapport, tammonta għal medja ta’ €70 kuljum.

Birgu Waterfront – traffic management

Question

Billi l-proġett tal-Waterfront tal-Birgu ilu li sar 17-il sena u billi f’dawn is-snin żdiedu konsiderevolment in-numru ta’ karozzi fit-toroq u żdiedet ukoll l-attività kummerċjali fl-area, jista’ l-Ministru jara li jsir pjan aħjar ta’ traffic management fil-Waterfront tal-Birgu u jekk ikun hemm il-ħtieġa, tinbidel is-sistema tat-traffiku biex ikun hemm ordni kemm għal benefiċċju tar-residenti u wkoll tas-sidien tan-negozji?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta ser tkun qed tagħmel assessment tas-sitwazzjoni f’konsultazzjoni mal-kunsill lokali u entitatjiet oħra kkonċernati ħalli tara li s-sitwazzjoni fiż-żona titjieb.

Każijiet ta’ omiċidji involontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' omiċidju involontarju kien hemm f'każijiet ta' sewqan bejn l-2012 u l-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar kazijiet ta’ omiċidju involontarju f'każijiet ta' sewqan.