Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul – passi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta’ persuni li peress li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul ittieħdu passi kontra tagħhom sena b’sena għas-snin 2010-2020? Jista’ jindika wkoll x’kienu l-passi li ttieħdu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Dħul tat-taxxa skont il-liġi tat-taxxa tad-dħul — investigazzjoni

Question

Meta jkun hemm persuna li tonqos milli tiddikjara d-dħul tagħha skont l-liġi tat-taxxa tad-dħul, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investigazzjoni jagħmel id-Dipartiment? U jekk sussegwentement jirriżulta li tkun saret dikjarazzjoni falza, x’setgħa għandu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u jew il-Pulizija biex jittieħdu passi kontra individwi li jonqsu milli jottempraw ruħhom mal-liġi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta persuna tonqos milli tiddikjara d-dħul kollu tagħha għall-finijiet ta’ Taxxa fuq id-Dħul, id-Direttorat tal-Osservanza u Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jista’ jagħmel tliet tipi ta’ investigazzjoni. It-tip ta’ investigazzjoni tvarja skont il-gravità ta’ kull każ, jiġifieri jew isir Limited Scope Audit / Aspect Audit, inkella jekk il-ka¿ ikun jirrigwarda riskju għoli ta’ telf ta’ taxxa, issir a fully fledged investigation. Il-Kummissarju tat-Taxxi għandu wkoll il-poter li jitlob lill-Pulizija sabiex tinvestiga u tressaq ka¿i ta’ eva¿joni ta’ taxxa quddiem il-Qorti. Madankollu, persuna tista’ minn jeddha titlob li taġġusta d-dikjarazzjoni tagħha dwar dħul għall-finijiet ta’ taxxa qabel kwalunkwe investigazzjoni, u b’hekk tirrendi ruħha suġġetta għal multi u interessi, fejn dawn ikunu applikabbli.

Ksur fil-liġi tal-VAT – persuni li spiċċaw il-ħabs

Question

Billi taħt l-amministrazzjoni preċedenti persuni li kienu jiksru l-liġi tal-VAT kienu jiffaċċjaw piena karċerarja, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li spiċċaw il-ħabs bejn l-1995 u 2013 minħabba ksur fil-liġi tal-VAT?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-perjodu ndikat minnu, persuna waħda rċeviet sentenza ta’ ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati għal ksur fil-liġi tal-VAT, liema sentenza kienet konfermata fl-appell. L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma jirċevix informazzjoni mill-Qorti dwar il-proċess ta’ multi mhux imħallsa li jkunu konvertiti f’piena ta’ ħabs.

Ambaxxati u Residenzi Uffiċjali barra l-pajjiż – miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ sigurtà hemm fl-Ambaxxati u r-Residenzi Uffiċjali barra l-pajjiż, inkluż l-opinjoni tal-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Konsli Ġenerali rispettivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jkun għaqli għal kwalunkwe’ stat sovran li ma jipprovdix pubblikament dettalji tal-elementi ta’ sigurta’ li wieħed isib fl-Ambaxxati u r-Residenzi Uffiċjali tiegħu barra l-pajjiż. Tali ħidma ssir b’kordinament mill-Ministeru li mmexxi, mal-entitajiet rispettivi li joffru kontribut f’dan il-qasam.

Il-Kalkara – Triq Ġanni Raimondo – aċċess għall-proprjetà

Question

Billi għadd ta’ residenti fi Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara ma jistgħux jaċċessaw il-proprjetà tagħhom konsistenti f’garaxx, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed ikun ikkunsidrat biex din il-problema li tolqot numru ta’ residenti tkun solvuta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta kienet qed tagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Kappuċini li tagħti access għal Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara. Dawn ix-xogħlijiet tlestew f’Novembru u minn naħa tagħna m’għadx hemm iżjed xogħlijiet fiż-żona msemmija.

Ambaxxati u Residenzi Uffiċjali barra l-pajjiż – miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ sigurtà hemm fl-Ambaxxati u r-Residenzi Uffiċjali barra l-pajjiż, inkluż l-opinjoni tal-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Konsli Ġenerali rispettivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Gvernijiet barranin li għandhom Ambaxxati f’Malta – għajnuna lill-NGOs jew Media Houses

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern Malti għandux informazzjoni dwar jekk u b'liema mod Gvernijiet barranin permezz ta' Ambaxxati tagħhom f'Malta jagħtux għajnuna finanzjarja lill-NGOs u/jew Media Houses? Jekk għandu din it-tip ta' informazzjoni, jista' jgħid liema huma l-Gvernijiet barranin li permezz tal-Ambaxxati tagħhom f'Malta jiffinanzjaw NGOs jew Media Houses? Jekk għandu din it-tip ta' informazzjoni, jista' jgħid liema huma l-NGOs u/jew Media Houses li jirċievu din l-għajnuna finanzjarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma jiġborx informazzjoni ta’ din ix-xorta.

Għawdex — nies li jaħdmu bi qligħ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17263, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta bejn l-2008 u l-2013? Jista' jaqsamhom bejn full-timers u part-timers?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkolliex informazzjoni dwar il-lokalita' tal-post tax-xogħol ta’ fejn jaħdmu l-ħaddiema imma tuza l-indirizz tal-ħaddiem (residenti f’Għawdex) u ta’ min iħaddem (li jkun f’Malta). Hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus. Impjegati Għawdxin jaħdmu Malta Full Time Part Time Total Diċembru 2008 5,054 353 5,407 Diċembru 2009 5,123 381 5,504 Diċembru 2010 5,187 382 5,569 Diċembru 2011 5,388 396 5,784 Diċembru 2012 5,498 438 5,936 Diċembru 2013 5,602 497 6,099

Il-Birgu — Triq Wenzu Dyer - tiswijiet ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru x-xogħlijiet fuq Triq Wenzu Dyer fil-Birgu peress li t-triq għandha wiċċ biċ-ċangaturi taż-żonqor imma jeħtieġ li jsir intervent minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Il-Kalkara — Triq iż-Żebbuġ - twessiegħ

Question

Billi qed ikun diffiċli biex residenti ta' Triq iż-Żebbuġ l-Kalkara jirċievu servizzi essenzjali, jista' l-Ministru jikkunsidra li titwessa d-daħla għat-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta flimkien ma’ Transport Malta ser tikkonsidra din il-proposta u tkun f’pożizzjoni li tingħata risposta aktar ‘il quddiem.

Ksur tal-Liġi tal-VAT – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mressqa l-Qorti fuq każi marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT fl-aħħar 10 snin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

L-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Settembru 2020 hija kif murija fit-tabella ta' hawn taħt. Sena Numru ta' kawżi fil-Qorti ta' Malta Numru ta' kawżi fil-Qorti ta' Għawdex 2010 2426 113 2011 2155 90 2012 1731 93 2013 1132 15 2014 2178 120 2015 2047 89 2016 1834 199 2017 1732 197 2018 2296 105 2019 1582 99 Sat-22 ta' Settembru 2020 378 53

Ksur tal-Liġi tal-VAT – persuni investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu investigati persuni fuq każi marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT fl-aħħar 10 snin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inkjesti li ilhom aktar minn sitt snin pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka dawk l-inkjesti kollha li ilhom aktar minn sitt (6) snin pendenti? Jista’ jindika liema huma dawn l-inkjesti pendenti, waħda waħda bit-titolu tagħhom u bil-Maġistrat Inkwerenti li hu jew hija responsabbli għalihom? Jista’ jindika għal kull każ x’qed isir sabiex dawn jiġu konklużi? Jista’ jindika wkoll jekk hux hu bħala Ministru, jew il-Prim’Imħallef jew l-Avukat Ġenerali li qed jaraw li dawn jiġu konklużi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 113 inkjesti li ilhom aktar minn sitt (6) snin pendenti. Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata informazzjoni ulterjuri dwar dawn l-inkjesti. Ninforma wkoll li hija l-politika tal-Gvern li fil-fehma tal-Ministru responsabbli, u premezz tal-Prim Imħallef preżenti, mhuwiex aċċettabli li l-inkjesti idumu daqshekk għad-detriment taċ-ċittadini tagħna.

Ħaż-Żabbar – Triq l-Għollieq – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra mal-Awtoritajiet konċernati biex ikun hemm bus shelter adegwat fi Triq l-Għollieq Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li itieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment u ħa nkunu qegħdin nevalwaw dan is-suġġeriment fil-futur qarib.

Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra – sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu s-sussidju tal-kera fis-snin 2017, 2018 u 2019 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra maqsumin skont il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont globali f’dawn it-tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla, Isla u l-Kalkara – sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu s-sussidju tal-kera fis-snin 2017, 2018 u 2019 fil-lokalitajiet ta’ Bormla, Isla u l-Kalkara maqsumin skont il-lokalità? Jista’ wkoll jgħid kemm kien l-ammont globali f’dawn it-tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – persuni li qed jikru l-proprjetà taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ sa’ Mejju 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skema ‘Sir Sid Darek’ – persuni li xtraw proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li xtraw proprjetà tal-Gvern taħt l-iskema ‘Sir Sid Darek’ mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Mejju 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Qrati tal-Maġistrati – applikazzjonijiet għal għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna legali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati kompetenza kriminali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2019 ġew maħtura 649 avukat tal-għajnuna legali u waqt l-2020 sat-30 ta’ April 2020 ġew maħtura 145 avukat tal-għajnuna legali.