Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nżergħux siġar/pjanti mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dejjem ta l-attenzjoni meħtieġa sabiex il-binjiet tiegħu ikunu miżmuma fl-aħjar mod possibbli anke f’dak li huwa l-ambjent tal-binjiet. Fost il-manutenzjoni kontinwa li ssir, matul is-snin 2013/2014 tqiegħdu 6 siġriet taż-żebbuġ fil-bitħa ta’ Palazzo Parisio. Dawn saru wara li ġie innutat li s-siġar taċ-ċitru li kien hemm kienu qed jimirdu u kellhom bżonn jiġu kkurat l-Għammieri. Fl-2016 inxtraw 74 pjanta li tqassmu f’postijiet differenti tal-Ministeru fosthom fl-entratura sabiex isebbħu l-ambjent tal-binja. Fl-2018 inxtraw 11-il pjanta sabiex jissebbħu sezzjonijiet tal-Ministeru fosthom f’waiting room li tilqa’ lill-pubbliku. Mill-2012 sal-2018 l- Farm tal-Għammieri kien jibgħat numru ta’ Ponsjetta fil-Milied sabiex jintużaw bħala dekorazzjoni għall-istaġun tal-Milied. Dan ma baqax isir fis-snin ta’ wara minħabba li l-Għammieri ma baqax jissupplixxi dawn il-pjanti. Xitel u pjanti jinbidlu regolarment, sallum, minn ELC skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn dejjem kienu involuti f’diversi proġetti tal-Gvern, ta’ Kunsilli Lokali, entitajiet reliġjużi u oħrajn non-governattivi. F’dawn il-progetti tħawlu eluf ta’ siġar u pjanti f’ġonna, parkeġġi, postijiet pubbliċi, siti storiċi, mixjiet rurali u play areas għat-tfal. L-Awtorità saħansitra ħallset biex jinżergħu siġar għal min jiġi jiżżewweġ hawn Malta u għal emigranti Maltin f’pajjiżi oħra. Min-naħa tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u Dar il-Mediterran għal Konferenzi, żergħu bejniethom ‘il fuq minn 100 siġar u pjanti.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqaw taħtu ma żerawx siġar/pjanti mill-2008 sal-lum.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, ir-responsabbiltà ewlenija għat-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli tassumiha Ambjent Malta. Din id-diviżjoni evolviet minn dik li, lura fl-2008, kienet magħrufa bħala l-PARKS Unit. Matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant l-ammont ta’ siġar u arbuxelli li tħawlu kien: 2008: 20,000 2009: 16,820 2010: 7900 2011: 3000 2012: 3000 2013: 2240 2014: 3240 2015: 2543 2016: 2711 2017: 4421 2018: 10185 2019: 20286 2020: 21808 2021: 8249* *Sa Ġunju 2021

Bajja tar-Rinella – infurzar tal-liġi u spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinsisti mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu biex jagħtu aktar attenzjoni u jagħmlu spezzjonijiet frekwenti fl-inħawi tal-Bajja ta’ Rinella u d-dintorni tagħha fil-Kalkara billi qed isiru diversi abbużi speċjalment tard mal-ġurnata wara nżul ix-xemx u li l-istess abbużi qed inkunu ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi dwar it-talba tal-Onor. Interpellant il-Pulizija tad-distrett, tal-Community Policing u dawk tal-RIU, diġa jagħmlu diversi spezzjonijiet fl-inħawi tal-Bajja ta’ Rinella u d-dintorni tagħha fil-Kalkara, f’ħinijiet varji matul il-ġurnata, u bħal dejjem jiżdiedu fix-xhur tas-sajf. Infurmat ukoll li l-ispezzjonijiet ser jiżdiedu sabiex jiġi assigurat illi kull abbuż jiġi ddentifikat u jitneħħa kull inkonvenjent għar-residenti.

Persuni b’diżabilità reġistrati li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità rreġistrati li qed jaħdmu, fi tmiem kull sena mill-2008 sa kemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta` persuni b’diżabilità rreġistrati li qed jaħdmu fl-aħħar ta' Diċembru mill-2008 sal-2020 u fl-aħħar ta' Marzu 2021. Sena Nies b’diżabilita li huma impjegati Diċembru 2008 1,321 Diċembru 2009 1,384 Diċembru 2010 1,495 Diċembru 2011 1,591 Diċembru 2012 1,699 Diċembru 2013 1,797 Diċembru 2014 2,007 Diċembru 2015 2,318 Diċembru 2016 2,850 Diċembru 2017 3,499 Diċembru 2018 3,578 Diċembru 2019 3,894 Diċembru 2020 3,972 Marzu 2021 4,027 L-aħħar ċifri maħduma huma ta’ Marzu 2021.
Leg 13 PQ #21472 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fl-2016 , kienu miżrugħa 75 siġra mill- Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) u fl-2021 kienu miżrugħa 208 siġra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #21474 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tagħha u l-entitajiet ta’ taħtha, mill-2008 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar

Persuni residenti f’Għawdex li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2004 sal-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data kif mitluba mhix disponibbli għall-perjodu 2004 - 2009. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem. Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010 in-numru ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg ewlieni fir-reġjun ta’ Malta ammonta għal 2,274. Fl-2019, in-numru tela’ għal 3,971 persuna. Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f'Għawdex li kellhom impjieg kif ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2010 sal-2019. Residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) Residenti f’Għawdex li jaħdmu f'Malta Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu Malta mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg 2010 12,109 2,274 18.8% 2011 12,391 2,472 19.9% 2012 12,592 2,593 20.6% 2013 12,738 2,355 18.5% 2014 13,268 2,460 18.5% 2015 13,901 3,004 21.6% 2016 14,678 3,343 22.8% 2017 15,661 3,406 21.7% 2018 16,691 3,638 21.8% 2019 17,754 3,971 22.4% Nota: Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq bazi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni.

Persuni residenti f’Għawdex li jaħdmu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2004 sal-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data mill-2000 sal-2009 ma tistax tiġi kkumparata mad-data mill-2010 ‘il quddiem peress li d-data tal-impjiegi f’Għawdex tinkludi kemm residenti f’Għawdex kif ukoll residenti f’Malta li jaħdmu f’Għawdex. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem. Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010, kien hawn 9,705 persuni residenti f'Għawdex u li kienu jaħdmu f'Għawdex stess, filwaqt li fl-2019 dan l-ammont zdied għal 13,587 persuna. Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f’Għawdex u li huma mpjegati, kif ukoll l-ammont ta’ residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2010 sal-2019. Residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) Residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess* Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) 2010 12,109 9,705 80.1% 2011 12,391 9,787 79.0% 2012 12,592 9,871 78.4% 2013 12,738 10,245 80.4% 2014 13,268 10,658 80.3% 2015 13,901 10,757 77.4% 2016 14,678 11,179 76.2% 2017 15,661 12,063 77.0% 2018 16,691 12,861 77.1% 2019 17,754 13,587 76.5% Noti: 1. Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq ba ¿ i full-time u part-time bħala xogħol ewlieni. 2. *Dawn iċ-ċifri jeskludu residenti Maltin li jaħdmu fir-reġjun t’Għawdex .

Applikazzjonijiet għal Housing Soċjali – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-lista ta’ stennija ta’ applikazzjonijiet għal housing soċjali fl-aħħar ta’ kull sena bejn l-2012 u l-2020? Jista’ jgħid ukoll, b’mod separat, kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma minn individwi li diġà qegħdin fi proprjetà tal-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

MFSA – xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn l-2011 u l-2021? Jista’ jgħid f’kull każ x’kien ix-xogħol li ngħata? Kif ingħata, jekk hux b’sejħa pubblika jew direct order? Kemm tħallas tax-xogħol li għamel? Jista’ jgħid min fl-MFSA iddeċieda li jagħti kuntratt/i lill-individwu msemmi u jekk kienx jaf li nstab ħati ta’ negliġenza fil-professjoni tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi kien ingaġġat mill-MFSA bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment, permezz ta’ Ittra tal-Ħatra datata 27 ta’ Awwissu 2020. Matul il-proċess tal-għazla, inkisbu total ta’ erba’ kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie maħtur mill-Awtorità bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata biex toffri servizzi ta' investiment, madankollu l-pagament tiegħu kellu jitħallas mid-ditta msemmija kif provdut mill-liġi. L-individwu msemmi ġie maħtur biex jagħmel inter alia ezerċizzju ta' rikonċiljazzjoni, jissorvelja it-trasferimenti li kienu għadhom iridu jsiru mid-ditta u jirraporta immedjatament lill-MFSA kwalunkwe irregolaritajiet li jsir jaf bihom. L-individwu msemmi ġie wkoll maħtur mill-Awtorità bħala Persuna Kompetenti ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment u kif ukoll bhala Persuna Kwalifikata ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni, permezz ta’ Ittri tal-Ħatriet datati 26 ta’ Marzu 2021. Il-pagament ta’ dawn iz-zewġ ħatriet kellhom ukoll jiġu mħallsa mid-ditti msemmija kif provdut mill-liġi. B'rabta mal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' investiment, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta u kif ukoll biex jiehu ħsieb l-assi kollha, għall-finijiet tas-salvagwardja tal-interessi tal-investituri. Fir-rigward tal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' assigurazzjoni, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta. Matul il-proċess tal-għazla tal-individwu imsemmi bħala Persuna Kompetenti u bhala Persuna Kwalifikata fuq id-ditti msemmija, l-MFSA kisbet total ta’ tliet kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie maħtur mill-“Executive Committee” tal-MFSA fil-ka¿ijiet imsemmijin f’din ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20753. L-Awtorità meta iddecidiet illi taħtar lill-individwu msemmi, ħadet in konsiderazzjoni illi l-avveniment imsemmi seħħ numru ta’ snin konsiderevoli, u kemm id-ditta u l-“partners” tagħha ¿ammew il-“warrant” tagħhom.

Premju Ewropew tal-Letteratura — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji biex jintgħażlu l-kotba nominati għall-Premju Ewropew tal-Letteratura? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm kriterji mill-Ewropa li ġew ikkomunikati lill-ġurija Maltija waqt il-proċess ta' aġġudikazzjoni?Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm kotba li ġew esklużi u għaliex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Depożiti ma’ banek lokali – depożiti ta’ kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm huma d-depożiti ma' banek lokali ta’ kumpaniji li joperaw f’dawn is-setturi: manifattura, dawl u ilma, biedja u sajd, lukandi u ristoranti, online gaming, kostruzzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, trasport, saħħa, edukazzjoni, wholesale u retail, u l-bqija tal-industrija tas-servizzi, u b’kemm inbidlu mill-aħħar ta' Frar 2020 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt. Depo¿iti ta' kumpaniji residen ti f'Malta ma' banek lokali skont il-klassifikazzjoni NACE Depo¿iti sa tmiem Frar tal-2021 (Euro miljuni) Tibdil bejn Frar tal- 2020 u Frar tal-2021 (Euro miljuni) Manifattura (C) 312.0 87.5 Ilma; Dawl; Gass, Arja kundizjonata, Drenaġġ u Immanigjar tal-Iskart ecc. (D u E) 59.1 14.8 Agrikoltura u Sajd (A1 u A2) 93.3 60.9 Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta' Serivizzi tal-Ikel (I) 116.8 -9.8 Arti, Divertiment u Rikrejazzjoni (R)* 412.6 34.9 Kostruzzjoni (F) 264.3 12.2 Attività fil-Barrieri (B) 11.0 7.1 Attivitajiet ta' Proprjetà (L) 301.8 -16.9 Informazzjoni u Komunikazzjoni (J) 259.4 73.2 Trasport u Ħa¿na (H) 295.2 -29.6 Saħħa u Xogħol Soċjali (Q) 40.9 14.6 Edukazzjoni (P) 38.8 2.2 Wholesale u Retail ; Tiswijiet ta Vetturi u Muturi (G) 626.2 66.7 Il-bqija tal-Industrija tas-Servizzi (M, N, u S) 591.8 -5.9 Total 3423.2 311.9 * jinkludi s-settur tal-online gaming

Persuni li naqsu li jdaħħlu dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u l-2020 naqsu milli jdaħħlu d-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul kif kien dovut minnhom? Minn dan l-ammont ta’ persuni li naqsu milli jiddikjaraw it-taxxa, jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm kien l-ammont globali ta’ taxxa li ma kenitx iddikjarata sena b’sena, għas-snin iċċitati aktar ‘il fuq? (2010-2020)

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.