Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu libelli fil-ħames snin bejn l-2017 u l-2021 u kemm ingħalqu fl-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2017 u l-2021, fil-Qrati ta' Malta ġew irreġistrati 177 kawża ta' libell. Fl-istess perjodu ngħalqu 126 każ. Fl-istess żmien, f'Għawdex ma nfetaħ l-ebda każ ta' libell però ngħalaq każ ta' libell wieħed.
Billi tneħħa Bus Shelter li kien iffrekwentat minn għadd ta' residenti fi Triq Ineż Soler, Santa Luċija, jista' l-Ministru jagħti rendikont lil din il-Kamra bir-raġuni l-għala ttieħdet tali deċiżjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li nqalbet is-sistema tat-traffiku ġewwa Triq Inez Soler, Santa Luċija, il-bus stop “Tursin” ġie mwaħħal fuq in-naħa opposta tat-triq.
Il-bus shelter li oriġinarjament kien installat fuq dan il-bus stop se jkun qiegħed jiġi installat fil-pożizzjoni l-ġdida aktar 'il quddiem.
Billi nbidlu ċerti rotot ta' toroq f'Santa Luċija, jista' l-Ministru jagħti rendikont tat-tibdil illi sar u x'kienet ir-raġuni l-għala dan it-tibdil kien meħtieġ? Jista' jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti qabel ittieħdu dawn id-deċiżjonijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdil propost minn Infrastructure Malta u li kien jifforma parti mix-xogħlijiet li saru fl-underpass ta’ Santa Luċija kienu diskussi u approvati mit-Traffic Management Committee fi ħdan l-Awtorità.
Għal din il-laqgħa kienu preżenti uffiċjali minn Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali. Il-proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti jsir mill-Kunsill Lokali u mhux mill-Awtorità.
Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra.
Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet illi saru sa issa fi Triq Sally Port fil-Birgu? Jista’ jgħid x’inhu jsir bħalissa u x'se jkun qed isir fiż-żmien li ġej? Jista’ l-Ministru jagħti ħjiel meta huwa stmat li jkun lest il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta lestiet madwar tliet kwarti tal-proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu, bi prominad ġdid li se jkompli jestendi l-passaġġi pedonali max-xtut tal-Kottonera.
Ix-xogħlijiet, li bdew ftit aktar minn sena ilu, issa qed jidħlu fl-aħħar fażijiet tagħhom. It-tisħiħ u l-bini mill-ġdid tal-pedamenti tal-mollijiet, li kienu tkissru bil-maltemp, dalwaqt ikunu lesti. Bħalissa l-ħaddiema qed ilestu l-burdura ta’ barra tal-moll (cope beam) u bdew jibnu l-passaġġi, punti ta’ qsim pedonali, bankini u konok għall-arbuxelli u pjanti oħrajn li se jkomplu jsebbħu l-passaġġi tal-prominad ġdid.
Għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta’ żewġ skali u ta’ moll żgħir li jużaw is-sajjieda u d-dilettanti tad-dgħajjes f’dawn l-inħawi. Beda jasal ukoll fuq il-post il-ġebel tal-qawwi għall-pavimentar tal-bankini ġodda man-naħa tas-swar, li qed jinqata’ minn barriera lokali. Dawn il-mollijiet, b’tul ta’ madwar sitt grawnds tal-futbol (600 metru) jinsabu fiż-żona magħrufa bħala Sally Port jew “It-Toqba”, taħt is-swar tal-Birgu u mal-ġenb tax-xatt tal-Kalkara. Ħafna partijiet mill-istrutturi tagħhom kienu ġarrbu ħsarat kbar bil-maltemp matul is-snin. Il-mollijiet komplew tfarrku fil-grigalata kbira ta’ Frar 2019. Uħud spiċċaw f’riskju li jċedu, b’periklu għall-pubbliku.
Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-partijiet li tkissru, filwaqt li permezz ta’ tim t’għaddasa, irranġat partijiet oħra mill-istrutturi tal-moll taħt l-ilma li ma kienx hemm għalfejn jinħattu kompletament. Għal dawn ix-xogħlijiet użat 6,720 tunnellata konkos ta’ kwalità ogħla li jiflaħ aktar għall-elementi tal-baħar, sabiex il-mollijiet ġodda jservu aktar fit-tul.
Fil-ġimgħat li għaddew l-aġenzija naddfet din iż-żona minn għadd ta’ bastimenti żgħar li kienu tħallew mitluqin fuq il-mollijiet matul is-snin. Fost dawn kien hemm żewġ ilzuz (luzzu) u kajjik antiki li fuq pariri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ser jinżammu biex fil-futur jiġu restawrati.
It-tisbiħ ta’ dawn il-mollijiet qed isir f’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li se tkompli ssebbaħ il-prominad bi ġnien bil-bandli u b’bankijiet, dwal dekorattivi u installazzjonijiet oħrajn għall-kumdità tal-pubbliku. Il-Korporazzjoni qed tagħmel tisbiħ simili ukoll max-Xatt tal-Kalkara, quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ din il-lokalità.
Il-prominad ġdid ta’ Sally Port jinfed ukoll mal-Waterfront tal-Birgu fuq in-naħa l-oħra ta’ Forti Sant Anġlu, biex b’hekk joħloq rotta għall-mixi mill-isbaħ li tieħdok min-naħa ta’ Bighi fil-Kalkara lejn il-marina tal-Birgu, l-inħawi tal-Baċir Numru 1 f’Bormla, u tul ix-xatt tal-Isla sa ħdejn Boiler Wharf, taħt Ġnien il-Gardjola. Ix-xogħlijiet kollha mistennija jkunu lesti kmieni s-sena d-dieħla.
Proġett tad-daħla tal-Isla – xogħol fit-tieni fażi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 205, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar x'kienu l-istrutturi mirdumin li qiegħed jirreferi għalihom u kif qed ikunu priservati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li fi Pjazza Mitrovic, meta sar xoghol ta skavar biex jitpoggew is-servizzi l-godda, tfaccaw zewg gibjuni antiki kif ukoll gutters u xaftijiet ghal gbir tal-ilma. F’zoni differenti tal-pjazza instabu partijiet mill-wicc originali tal-pjazza li kien maghmul bil-gebla tal-Franka.
Fl-inhawi tal-hekk maghruf Mahzen tal-festa, instabu partijiet mill-paviment originali bil-gebla tal-franka; partijiet mill-passagg originali li kien iwassal ghal Belveder u dahla antika li taghti ghal basement li jinsab taht il-mahzen.
Fil-parti ta fuq tal-progett, jigifieri fejn kien hemm il-bandli biswiet l-iskola primarja instabu cisterna tal-ilma, kif ukoll il-pedament ta binja. Wara tfittxija fi pjanti antiki rrizulta li din kienet tissejjah Shipyard Constructors House u li kienet tnehhiet zmien ilu.
F’kull kaz, saru studji u surveys fuq dak kollu li instab u x-xoghol setgha jitkompla biss wara li ttiehdet id-direzzjoni tas-sovraintendenza tal-wirt kulturali kif kellhom jigu ppriservati dak misjub qabel jipprocedu x-xogholijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Santa Lucija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u anke bniet mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani, l-aġenzija kkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw.
Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet tat-tieni fażi f’Dawret it-Torri li għandha titlesta sa tmiem dan ix-xahar. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra.
Fejn kien meħtieġ, issaħħew ukoll il-pedamenti tat-toroq u nbnew bankini ġodda, qabel ma sarilhom wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Saret ukoll mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u se jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ ieħor fl-istess inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli wara li fl-2020, l-aġenzija kienet diġà ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ din iż-żona.
Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis, Trejqet Garnaw u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra, Triq l-Istefanotis u Triq il-Frezja li x-xogħlijiet fihom mistennija jibdew fiz-zmien li ġej. Fl-aħħar snin, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġizimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġuzeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat. L-aġenzija bniet ukoll pont ġdid għall-mixi u r-roti li jaqsam minn fuq Triq Dom Mintoff, li jgħaqqad Kordin u l-Kampus tal-MCAST mal-qalba ta’ Raħal Ġdid.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq Karl Chircop u Triq Bormla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Isqof Buhagiar, Triq il-Baċir, Triq Ħal Tarxien, Triq Ħal Luqa, Vjal Kristu Re, Triq Ħaz-Zabbar, Triq Britannja, Triq Sant’Ubaldesca, Triq It-Tramuntana, Triq il-Kurvetti, Triq is-Sultana.
Projects Plus Limited qed taħdem ukoll fuq il-proġett tal-kumpless sportiv tal-football u Rugby li ser isir f’Kordin, limiti ta’ Raħal Ġdid.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħolijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Ħaż Żabbar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġuzepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Fikus, Triq il-Ġizimina, Triq il-Luq, Triq Salvu Darmanin, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Madaffa, Triq ¯abrella, Triq il-Figel, Triq Renato Agius Muscat, Triq il-Qaqoċċ, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Wer¿ieq, Triq iz-Zarzarell, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ u Triq is-Santwarju.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fil-Bypass l-antika li twassal għall-Wied il-Għajn, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq l-Iskola, Triq il-Karmnu, Triq Santa Tereza, Triq San Felice, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq San Leonardu u Triq iċ-Ċimiterju, waqt li diġà hemm ippjanati biex fi¿-¿mien li ġej jibda x-xogħol f’Misraħ San Ġakbu, Misraħ is-Sliem, Sqaq Nru 1 fi Triq ix-Xgħajra, Triq Spadaro, Triq Bormla, Triq Kapuċċini, Triq A Caligari, Triq il-Labour, Triq Ta’ Lanza u Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar ix-xogħol li għaddej fuq ix-Xatt tal-Kalkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol miexi kif ppjanat. Tlesta x-xogħol fuq il-bini ta’ ċesspit ġdida u kbira li ser taqdi l-esiġenzi tal-lokalitajiet kollha fil-madwar.
Barra minn hekk servizzi ġodda relatati tlestew ukoll u miexi sewwa x-xogħol relatat mal-promenade u t-triq il-ġdida man-naħa tax-xatt.
Huwa ppjanat li din il-parti tal-proġett ser tkun tista' tinfetaħ għal użu tal-pubbliku qabel jibda l-istaġun tas-sajf.
Billi s-sidien li għandhom id-dgħajjes poppa l-art fil-Kalkara fejn kienu se jsiru ħoloq mal-moll biex ikun organizzati aħjar, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol u meta se jitwaħħlu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex jitwaħħlu l-ħoloq mal-moll tal-Kalkara wara l-intervent strutturali li sar fuqu bħala parti mill-proġett tal-Kalkara, miexi u dawk se jkunu qed jitwaħħlu fi ftit ġimgħat oħra.
Il-ħoloq in-kwistjoni se jkunu mwaħħlin skond struzzjonijiet ta' Transport Malta li se tkun l-entita’ li ser tkun qed tamministra dawn il-faċilitajiet.
Proġett tad-daħla tal-Isla – xogħol fuq it-tieni fażi
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra bix-xogħol illi għaddej fuq it-tieni fażi tal-proġett tad-daħla tal-Isla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni fazi tal-proġett tad-daħla tal-Isla, dik tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza Giorgio Mitrovich u l-parti ta’ fuq, ħdejn l-iskola primarja, issa qabad ritmu.
Dan wara li kemm taħt il-pjazza kif fiż-żona ta’ fuq, malli sar l-iskavar feġġew bosta strutturi li kienu mirdumin.
Dawn l-istrutturi kellhom jiġu studjati qabel ġie deċiz kif setgħu jiġu ppriservati qabel jitkompla x-xogħol.
Is-servizzi l-ġodda taħt il-parti l-kbira tal-pjazza tlestew ukoll. Ser jibda x-xogħol fuq l-aħħar żona tal-pjazza biex wara jkun jista’ jitkompla x-xogħol u jimxi għal fażi tal-pavimentar. Fl-istess waqt jitkompla x-xogħol fil-parti ta fuq (ħdejn l-iskola).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru fil-Fgura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Fgura diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq ¯abbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso u Triq il-Kitba, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol Triq il-Kampanella, Triq Għajn Dwieli u Triq il-Velleran.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Ħal Tarxien?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġu¿eppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. Infrastructure Malta fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq Birzebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru fil-Gudja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Gudja diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Pjazza biswit Triq Lampat, Sqaq fuq Wied Betti, Sqaq San Mikiel, Sqaq Xlejli, Sqaq Ħabel Wati, Triq Awrekarja, Triq Burglat, Triq Filippu Castagnia, Triq Ħas-Saptan, Triq id-Dejqa, Triq il-Kappella, Triq il-Lewz, Triq Joseph Pace, Triq Raymond Caruana, Triq Santa Katerina, Triq Ta’ Lampat, Triq Ta’ Loreto, Triq Victor Pasmore u Vjal it-Torri. Triq Ħal Resqun, Triq Bir Miftuh, Triq William Baker, Triq Vincenzo Dimech, Triq Pietro Gagliardi, Triq il-Magħsar u Triq San Maċrk.
Il-Gudja ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku f’din il-lokalità. Fiż-żmien li ġej se jinbdew ukoll xogħlijiet fi Triq Mons Pawlu Mallia u Triq iż-Żebbuġa.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2020 liema kienu l-pajjiżi fiż-Żona Ewro bl-għola rata ta’ In-Work Poverty u kif din tikkumpara ma’ dik f’Malta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pajjiż bl-ogħla rata ta’ In-Work Poverty fl-2020 kien il-Lussemburgu b’rata ta’ 11.9%, segwit minn Spanja bi 11.8%, il-Ġermanja b’10.6%, il-Ġreċja b’9.9% u l-Portugal b’9.5%.
Dan ifisser li ir-rata tal-Lussemburgu hija 4.5% aktar minn dik f’Malta, filwaqt li r-rati ta’ Spanja, il-Ġermanja, il-Ġreċja u l-Portugal huma rispettivament 4.4%, 3.2%, 2.5% u 2.1% ogħla minn ta’ pajjiżna.
Iċ-ċifri tal-Italja għall-2020 għadhom ma humiex ippublikati. Fl-2019 l-Italja kellha rata ta’ In-Work Poverty ta’ 11.8% u allura x’aktarx meta ċ-ċifri għall-2020 jiġu ppublikati, dan il-pajjiż jiġi mal-ewwel ħamsa u jieħu post il-Portugal.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Lussemburgu li għandu rata ta’ In-Work Poverty aktar minn darba u nofs ogħla minn ta’ Malta huwa l-pajjiż bl-aktar paga minima ġeneruża fl-Unjoni Ewropea. Din tlaħħaq sa €2,708.35 fix-xahar.
Dan jindika li r-rata ta’ In-Work Poverty ma tistax tiġi nterpretata bħala li tfisser li dawn il-persuni huma f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali jew faqar. Fil-fatt il-Lussemburgu huwa wieħed mill-pajjiżi bl-anqas rati ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ caħda materjali fl-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tkun ir-rata ta’ In-Work Poverty bejn l-2012 u l-2020 kieku tintuża l-Poverty Threshold adottata mill-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri dħul disponibbli ta’ €6,000?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli tekniċi li saru minn dan il-Ministeru, jekk jintuża livell ta’ dħul disponibbli ta’ €6,000 għas-sentejn in kwestjoni, ir-rata ta’ In-Work Poverty tkun ta’ 3% għall-2012 u 0.5% għall-2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata u n-numru ta’ persuni mċaħħda materjalment kull sena mill-2012 lil hawn? Separatament jista’ jgħid ukoll kemm kienet ir-rata u n-numru ta’persuni mċaħħda materjalment severament kull sena mill-2012 ’lil hawn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jidher fit-tabella t’ hawn taħt, ir-rata ta’ dawk f’caħda materjali naqset minn 19.4% fl-2012 għal 8.7% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 36,463 persuna minn 80,196 persuna mċaħħda materjalment fl-2012 għal 43,733 fl-2020.
Rata u numru ta’ persuni mċaħħda materjalment
SenaRata %Numru ta’ persuni
201219.480,196
201319.982,253
201419.983,876
201515.567,028
201610.245,228
20178.036,019
20188.740,754
20198.440,731
20208.743,733
Minn naħa l-oħra ir-rata ta’ dawk f’caħda materjali severa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt naqset minn 9.5% fl-2012 għal 3.3% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 22,617-il persuna minn 39,253 persuna mċaħħda materjalment severament fl-2012 għal 16,636 fl-2020.
Persuni mċaħħda materjalment severament
SenaRata %Numru ta’ persuni
20129.539,253
201310.242,210
201410.343,178
20158.536,646
20164.419,521
20173.314,833
20183.014,246
20193.617,506
20203.316,636
Dan it-titjib ġie irreġistrat anke minkejja żieda sostanzjali fil-popolazzjoni tagħna fl-aħħar snin.