Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Tista' telenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perijodu msemmi l-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda xogħol u/jew kuntratti lill-Avukat imsemmi jew lid-ditta legali tiegħu.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, ma ingħata l-ebda xogħol u/jew kuntratti lid-ditta legali u l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku kuntratt li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament kien mill-ARMS li ħallset għall-kuntratt lid-ditta legali l-ammont ta’ €11,593.53 bejn l-1998 u l-2013. Dan il-kuntratt kien jiffurma parti minn tender tal-2012.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Tista' telenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol tat xogħol lill-kumpanija kkonċernata bejn l-2007 u l-2012 għall-ammont totali ta’ €112,603.33 (VAT mhux inkluz).
Dan ix-xogħol ingħata wara li nħarġet sejħa pubblika.
Ministeru għall-Finanzi — kuntratti u xogħljiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ingħata ebda xogħol mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tieghu, lill-individwu jew ditta legali msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu id-ditta legali u/jew l-individwu msemmiji ingħataw 8 direct orders mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation li jammontaw għal €21,838.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi ma ngħata l-ebda xogħol u/jew kuntratti mill-Ministeru li jien responsabbli minnu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lid-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mill-Minsteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-direttorat tal-Qrati tal-Ġustizzja biss għamlu użu mis-servizzi tad-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013. Dan ix-xogħol sar fis-sena 2000 fejn l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament ġie mqabbad direttament mill--membri tal-ġudikatur bħala interpretu għal ammont ta' ħlas ta' €40.18 (Lm17.25).
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru f'Bormla bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru dawn il-proġetti:
Proġetti kurrenti
Swar ta San Ġwann t’Għuxa
Kampnar u faċċati tal-knisja parrokjali
Tikħil mill-ġdid tal-faċċati tal-ka¿in tal-Banda San Ġorg
Filwaqt li ghas-sena d-dieħla hemm pjanat dan il-proġett:
Proġetti ppjanati għas-sena d-dieħla
Restawr tal-Mitħna fi Triq San Ġwann
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru fl-Isla bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa ġewwa l-Isla hemm għaddejin is-segwenti proġetti:
- Restawr tal-batterija ta’ Grunenbergh
- Restawr tal-faċċati esterni u l-koppla tal-knisja ta’ San Ġiljan
- Restawr tal-koppla u lanterna tal-knisja parokkjali
- Restawr tal-ħajt ta’ ġewwa tas-sur fi Triq is-Sur (
internal parapet wall)
Filwaqt li għas-sena d-dieħla hemm pjanat ukoll it-tibdil tal-Monument tal-Gwerra magħmul mill-fibreglass għal replika tal-Monument tal-bronż, il-bidu għar-Restawr fuq is-Swar tal-Kottonera (Cottonera lines) li parti minnhom tmiss mal-Isla u kif ukoll Restawr tal-Knisja ta’ San Filippu.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru fil-Birgu bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?
Response (BONNICI, OWEN)
Illum il-ġurnata t-tisbieħ tal-Birgu huwa wieħed evidenti. Fil-Birgu sar ħafna xogħol ta’ Restawr u għadu qed issir kontinwu. Bħalissa għaddejin is-segwenti proġetti:
- Manutenzjoni kontinwa tal-Fortifikazzjonijiet
- Rinforzar strutturali u restawr tal-lanterna tal-knisja tal-Annunzjata
- Xogħol ġenerali ta’ manutenzjoni fuq il-Forti Sant Anglu
- Tlestija tar-restawr tal-faċċati, tal-btieħi interni u xogħol intern ieħor fil-Palazz tal-Inkwi¿itur.
Pero dan mhux biss, għas-sena dieħla hemm żewġ proġetti kbar oħra pjanati u dawn huma l-bidu tar-Restawr fuq is-Swar tal-Kottonera (Cottonera Lines) li part minnhom tmiss mal-Birgu u kif ukoll ir-Restawr tal-Faċċata ta’ wara tal-mużew u bidu ta’ xogħol strutturali estensiv interna sabiex isewwi l-ħsarat tat-tieni gwerra dinija fil-Mużew Marittimu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ngħataw b'direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma’ ngħata l-ebda xogħol jew kuntratti lill-individwu msemmi jew id-ditta legali msemmija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ngħataw b'direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu u d-ditta legali li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, ma ngħataw l-ebda xogħol u/jew kuntratti fil-perjodu bejn l-1998 u l-2013.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fiż-Żurrieq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Birżebbuġa – xogħlijiet infrastrutturali u proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Birżebbuġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fl-Imqabba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fil-Qrendi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħal Kirkop – xogħlijiet infrastrutturali u proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Ħal Kirkop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.