Persuni mressqa l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2013, l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm kien hemm Maltin u kemm kien hemm ċittadini ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi dettalji ta' kemm inqabdet droga fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-14 ta' Ottubru tas-sena 2017, kien kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-tip tad-droga maqbuda.
Inkluż separatament fit-tabella hemm l-ammont approssimattiv tal-qabda ta' madwar 530 kilo Cannabis u 20 kilo ta’ Cannabis grass li nqabdet fit-13 ta' Ottubru 2017. L-ammont eżatt qed jigi stabilit.
Trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija – arresti ta’ passiġġiera li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-24 ta' Ottubru, 2017, kien hemm tmintax (18)-il każ fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom. Id-dettalji jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u din tinkludi t-tip ta' droga li kienet instabet kif ukoll l-ammonti f'kull każ. In-nazzjonalità tal-persuni arrestati tinsab ukoll fl-istess tabella u dawk li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien jammonta għal sitta u għoxrin (26) persuna.
Dawn huma apparti qabdiet sostanzjali ta’ droga li l-Awtoritajiet mhux ċerti b’liema mod iddaħħlu fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-aħħar ta' Settembru 2017, kien kif jidher fit-tabelli t'hawn taħt. It-tabelli jindikaw ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel kif ukoll dawk li kienu Maltin u dawk barranin.
2013
Rħiel
Nisa
Total
Maltin
14
nil
14
Barranin
5
nil
5
Total
19
nil
19
2014
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
18
2
20
Barranin
3
1
4
Total
21
3
24
2015
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
21
3
24
Barranin
6
1
7
Total
27
4
31
2016
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
36
5
41
Barranin
6
2
8
Total
42
7
49
2017
as at September
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
21
3
24
Barranin
5
1
6
Total
26
4
30
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' serq fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' ksur ta' bon ordni kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat illi peress li ma teżistix sistema elettoniku, dettalji oħra mitluba f'din il-mistoqsija, ma setgħux jigu mwieġba.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Settembru
Ammont
1166
1292
890
1232
485
Persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€10,000, l-€20,000, it-€30,000, l-€40,000
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella biċ-ċifri separati ta’ persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l- €10,000, l-€20,000, it-€30,000 u l-€40,000? Ma’ dan, jista’ jinkludi wkoll l-ammont ta’ dawk li jdaħħlu aktar minn €40,000 fis-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' pulizija stazzjonati fid-distretti u fil-branki, distrett b'distrett / branka b’branka fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ pulizija distrett b'distrett / branka b’branka? Jista’ jgħid liema huma d-distretti / branki tal-Pulizija li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Korp stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' suldati fil-units, unit b’unit fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ suldati unit b’unit? Jista’ jgħid liema huma l-units tal-Armata li bħalissa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Armata stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – complement f’kull diviżjoni / dipartiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' uffiċjali fid-diviżjonijiet u fid-dipartimenti, diviżjoni b’diviżjoni / dipartiment b’dipartiment ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun il-complement ta’ uffiċjali diviżjoni b'diviżjoni / dipartiment b’dipartiment? Jista’ jgħid liema huma d-diviżjonijiet / dipartimenti tal-Faċilità li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Faċilità stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u kumpanija li toffri ferry service fil-port
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kien iffirmat bejn Transport Malta u l-kumpanija privata li toffri s-servizz ta’ ferry service fil-Port f’Ottubru 2012?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Billi jien infurmat illi f'Mejju li għadda saru interviews għal għalliema biex jgħallmu f'dawk li qed jissejħu Nurture Classes, jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar x'inhu dan is-servizz? Jista’ jgħid jekk huwiex mifrux fl-iskejjel kollha u għal min huwa mmirat? Kemm daħlu minn dawk l-għalliema u LSAs illi għaddew mill-interview? Jaħseb il-Ministru li se jkun hemm bżonn aktar għalliema għan-Nurture Classes sa tmiem din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tan-Nurture Groups hu sapport lit-tfal li qed isibu diffikultà fil-qasam soċjo-emozzjonali, bi programmi differenti skont il-bżonn tal-istudenti.
Is-servizz tan-Nurture Class qiegħed jiġi offrut f’39 skola primarja kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull sena is-servizz qiegħed jiġi estiż għal aktar skejjel b’mod gradwali.
L-aħħar interviews li saru għas-servizz tan-nurture classes fl-iskejjel primarji saru kif ġej:
Għalliema għan-Nurture Classes – Malta: Mejju 2017
F’dan ir-riżultat kien hemm disa' (9 ) kandidati li għaddew. Minn dawn sebgħa (7) bdew jagħtu s-servizz tagħhom fin-Nurture Classes minn Settembru li għadda. Iż-żewġ kandidati l-oħra ġew offruti biex jagħtu s-servizz fi skola differenti minn dik li qed jgħallmu fiha bħalissa u rrifjutaw.
Għalliema għan-Nurture Classes – Għawdex: Mejju 2016
Dan huwa riżultat li kien għadu validu meta kien qed isir id-deployment għas-sena skolastika 2017/18. Minn dan ir-riżultat kienet diġa’ ġiet ingaġġata l-kandidata li ġiet l-ewwel u bdiet tagħti dan is-servizz f’Jannar li għadda. Il-kandidata li ġiet it-tieni wkoll bdiet tagħti s-servizz fin-Nurture Class ġewwa Għawdex minn Settembru li għadda. Fir-riżultat kien għad baqa' tmien (8) kandidati oħra iżda r-riżulatat skada fl-1 ta Settembru 2017.
Learning Support Assistants għan-Nurture Classes – Malta: Mejju 2017
F’dan ir-riżultat kien hemm 15-il kandidat li għaddew. Minn dawn sebgħa (7) bdew jagħtu s-servizz tagħhom fin-Nurture Classes minn Settembru li għadda, kellna kandidata waħda li rrifjutat u għalhekk baqa' sebgħa (7) oħra fil-lista.
Learning Support Assistants għan-Nurture Classes – Għawdex: Mejju 2017
F’dan ir-riżultat kien hemm 22 kandidat li għaddew. Minn dawn waħda (1) bdiet tagħti s-servizz fin-Nurture Class u għalhekk baqa' 21 fir-riżultat.
Sa tmiem din is-sena skolastika mhuwiex ippjanat li jinfetħu aktar Nurture Classes ġodda minħabba li dan normalment isir fil-bidu tas-sena skolastika.
Kalkara – Triq Santu Rokku – rapporti ta’ tlielaq tal-karozzi
Question
Billi qed ikun hemm rapporti ta' tlielaq tal-karozzi fit-Triq Santu Rokku l-Kalkara li qed idejqu r-residenti tal-lokal, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jieħu aktar miżuri biex karozzi ma jsuqux bi speed qawwi, kemm għad-detriment ta' sewwieqa oħra kif ukoll għar-residenti tal-inħawi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant billi nikkonferma li Transport Malta rċeviet diversi ilmenti li fl-inħawi msemmija xi drabi jkun hemm min qed jabbuża bil-vettura u jsuq b' veloċita' eċċessiva. Is-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta ħadet azzjoni mmedjata u flimkien mal-Pulizija qed tagħmel moniteraġġ fl-akwati permezz tal-uffiċjali tagħha. Transport Malta għandha wkoll pjanijiet sabiex timplimenta miżuri oħra li jgħinu biex dan l-abbuż jinqata’, fosthom li tinstalla Traffic Calming Measures fil-wiċċ tat-triq imsemmija.
Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet li għandha fil-preżent l-Awtorità tad-Djar ta' nies li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali? Minn din il-lista, jista' jgħid mil-liema lokalità f’Malta u f’Għawdex ġejjin dawn l-applikazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita' minn fejn qed japplikaw l-klijenti
Total
Attard
25
Balzan
23
Birkirkara
186
Birzebbuġia
119
Burmarrad
01
Cospicua
143
Dingli
07
Fgura
88
Floriana
45
Fontana Għawdex
03
Għajnsielem Għawdex
05
Għargħur
15
Għaxaq
19
G'Mangia
02
Gudja
12
G¿ira
91
Ħamrun
148
Iklin
08
Kalkara
21
Kappara
01
Kerċem Għawdex
02
Kirkop
16
Lija
04
Luqa
29
Marsa
89
Marsalforn Għawdex
08
Marsaxlokk
11
Mdina
02
Mellieħa
24
Mġarr
12
Mosta
92
Mqabba
10
Msida
87
Mtarfa
15
Munxar Għawdex
04
Nadur Għawdex
06
Naxxar
49
Paceville
01
Paola
135
Pembroke
15
Pieta'
51
Qala Għawdex
04
Qormi
130
Qrendi
20
Rabat
48
Rabat Għawdex
12
Safi
24
San Ġwann
88
San Lawrenz Għawdex
01
Sannat Għawdex
05
Senglea
74
Siġġiewi
36
Sliema
69
San Ġiljan
41
San Pawl il-Baħar
221
Santa Luċija
28
Santa Venera
63
Swieqi
09
Ta' Xbiex
10
Tarxien
60
Valletta
162
Vittoriosa
42
Wied il-Għajn
119
Xagħra Għawdex
03
Xewkija Għawdex
02
Xgħajra
28
Zabbar
96
Zebbuġ
71
Zebbuġ Għawdex
08
Zejtun
63
Zurrieq
51
3212
Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġetti u x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorità tad-Djar biex ittaffi l-problemi ta' housing u tinqata’ l-lista ta' stennija li hemm, darba għal dejjem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar tinsab għaddeja b’ħidma fuq 16-il sit f’lokalitajiet diversi madwar Malta sabiex tibni ‘l fuq minn 680 appartament ġdid. Ix-xogħlijiet f’dawn is-siti jinsabu fi stadju ta’ skavar u huwa mistenni li dawn ikunu lesti bejn sentejn u tliet snin oħra. Din hija biss mizura waħda minn bosta biex il-lista ta’ stennija titnaqqas b’mod drastiku. Mizuri oħra skemi ġodda fejn b’arranġamenti mal-banek kummerċjali jgħinu aktar ċittadini jsiru sidien ta’ darhom u b’hekk ma jibqgħux fuq il-lista ta’ stennija. Għaddejja wkoll skema biex l-Awtorita’ izzid l-istokk ta’ units għal skop ta’ housing soċjali, u fil-futur qrib ser toħroġ skema oħra ġdida fejn tħajjar sidien ta’ residenzi mhux uzati biex dawn jiġu rranġati u jinkrew għal skop ta’ housing soċjali. Barra minn hekk, tħabbru mi¿uri oħra fil-Baġit li għadda li d-dettalji dwarhom se jkunu qed jitħabbru dalwaqt.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika li huma reġistrati u li qed joperaw fit-tlitt ibliet tal-Kottonera (Bormla, l-Isla u l-Birgu)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika fl-istess tlitt ibliet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentement għandha dawn il-liċenzji li jikkwalifikaw bħala akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet tal-Kottonera:
Akkomodazzjoni
Birgu
Bormla
Isla
Lukandi
0
0
0
Guesthouses
1
2
0
Hostels
0
0
0
Holiday Furnished Premises (postijiet għal btala)
18
13
11
Host Families
(ma’ familji ospitanti)
0
4
4
L-Awtorità preżentament qegħdha tipproċessa numru t’applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet – 14-il applikazzjoni għal Guesthouses u applikazzjoni waħda għal Hostel.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri li kienu nbdew fis-snin li għaddew b'rabta mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-kawżi qed idumu wisq biex jinqatgħu? Jista' jgħid jekk wara l-investigazzjonijiet li saru, hemmx aktar proċeduri kriminali x'jittieħdu kontra persuni oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-każijiet li għalihom l-Onor. Membru qed jirreferi u li għadhom pendenti huma ħamsa b’kollox.
Fi tlieta minnhom it-terminu tal-kumpilazzjoni jinstab sospiż minħabba pendenzi fi proċeduri ta’ ittri rogatorji li ġew eżegwiti minn Malta fil-kors tal-proċeduri. Apparti minn hekk fil-każijiet kollha hemm il-ħtieġa li uħud mill-persuni akkużati jixhdu kontra persuni akkużati oħra u għalhekk l-ewwel irid jintemm il-każ ta’ min hemm bżonn li jixhed kontra ħaddieħor.
Jien ma nieqaf qatt nissolleċita lill-awtoritaritajiet relevanti li jespedixxu l-proċeduri f'kull każ.
Dwar investigazzjonijiet ulterjuri, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru koncernat.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li id-ditta legali u l-individwu kkonċernat ma ngħata l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013.
Ministeru għas-Saħħa — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol mill-Ministeru għas-Saħħa lid-ditta legali u/jew l-persuna msemmija minnu
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumpanija jew l-individwu li qed tagħmel referenza għaliha l-mistoqsija ma ngħatax xogħolijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.