Legislature:
Category:
Reset
Active:

Theddid fuq ħajja ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm theddid partikolari li jista' jitfa' l-ħajja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-periklu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mhux il-prassi li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata għal raġunijet ta’ sigurtà pubblika.

Knejjes, kappelli u proprjetajiet tal-Knisja – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet ta’ restawr u xogħol ieħor fil-knejjes, kappelli u proprjetajiet oħra tal-Knisja u jgħid ukoll x’kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Proġett Spiża Restawr minn ħaddiema tad-Direttorat (ġenerali) Kappella ta' Santa Marija tar-Rokna, Tarxien * F'dan il-perjodu (2013-2014) id-Direttorat ma kienx iżomm sistema ta' project based costings għal dawn l-interventi Kappella Ta' Wejda, Mosta* Parroċċa l-Qadima ta' San Bastjan, Ħal-Qormi* Kappella ta' San Martin, Baħrija* Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta (Xogħol minn barra fuq il-koppla) Kappella tal-Maddalena, Ħad-Dingli Kappella Madonna tal-Mirakli, Ħal-Lija* Kappella tal-Kunċizzjoni, Naxxar* Kappella tal-Kunċizzjoni, Msida Kappella ta' San Mattew, Qrendi 4,935.92 Parroċċa l-Qadima tad-Duluri, Birżebbuġa* 53,524.56 Kappella tad-Duluri, Pieta 28,133.05 Knisja ta' Sarria (xogħol fuq il-koppla minn barra) 5,912 Restawr minn ħaddiema tad-Direttorat (taħt l-iskema tal-Kunsilli Lokali) Kappella tal-Madonna ta' Porto Salvo, Hamrun 43,960 Kappella ta' San Ġwann tal-Għargħar, San Gwann 17,240.00 Kappella ta' Santa Lucija, Sta. Lucija 26,560 Kappella tal-Lunzjata, Gudja 42,116.27 Kappella ta' Sant'Anna, Marsaskala 21,649.62 Kappella ta' Santa Katerina u Sant' Antnin, Birkirkara Xogħol għaddej Kappella San Ġwann, Siġġiewi Jibda 2018 Kappella ta' San Ġwann, Għargħur Jibda 2018 Proġetti li saru minn kuntratturi wara ħruġ ta' tenders Knisja tal-Franġiskani, Sta Venera - bdil ta' saqaf 20,943.08 Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta (propjeta' tal-Gvern) 516,255.42 Parroċċa Żejtun - faċċata laterali 98,994.00 Parroċċa Bormla - inkluż il-faċċati tal-Oratorju li saru minn ħaddiema tad-Direttorat) 326,007.21 *Proġett mibdija qabel l-2013
Leg 13 PQ #4959 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ inġustizzja

Question

Billi nhar it-28 ta’ Frar 2018 kienet l-aħħar ġurnata meta impjegat tas-servizz pubbliku seta’ jippreżenta l-każ tiegħu jekk tkun saret inġustizzja miegħu qabel Marzu 2013, jista' l-Prim Ministru jgħid: Kemm daħlu b’kollox każijiet sad-data tat-28 ta’ Frar? Kemm minn dawn il-każijiet huma qabel Marzu 2013? Kien hemm każi li jirreferu għal wara Marzu 2013? Kemm mill-każijiet ta’ qabel Marzu 2013 ġew mill-Pulizija?Kemm mill-każijiet ta’ wara Marzu 2013 ġew mill-Pulizija? Jista' jaqsam l-informazzjoni bejn każijiet f'Malta u f’Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #4623 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żgħażagħ ta’ 16-il sena li ser jivvutaw fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali

Question

Billi l-Parlament għadu kif approva tibdil storiku fil-Kostituzzjoni li permezz tiegħu tbaxxiet l-età tal-votazzjoni għal 16-il sena, jista’ l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm se jkun l-għadd ta’ żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2019 u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-istess ġurnata? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni dwar kemm hu stmat li ser ikun l-għadd ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, jekk wieħed jikkunsidra li jkun sar term sħiħ ta' 5 snin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Uffiċċju Elettorali li fil-preżent l-għadd ta’ żgħażagħ ta' 16-il sena li ingħataw d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali fl-2019, huwa ta’ 8,213. Ċifra dwar kemm hu stmat li ser ikun l-għadd ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li ser jivvotaw fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss tkun magħrufa fix-xhur li ġejjin.

Reserved Parkings

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra bil-kriterji li huma meħtieġa biex persuna jkollha reserved parking (kaxxa safra) quddiem jew viċin ir-residenza ta’ fejn tgħix?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna tkun intitolata li jkollha parkeġġ riservat quddiem ir-residenza tagħha jekk jirrizulta li għandha problemi severi ta’ mobilta’ u tkun sewwieq. Dan jigi determinat minn Bord li jinkludi tabib, rappreżentant tas-CRPD u uffiċċjal minn Transport Malta. F’ kull każ, il-persuna trid tkun ikkwalifikat minn qabel għall-Blue Badge. Il-parkeġġi għal persuni b’diżabbiltà m’humiex personalizzati u jintu¿aw minn dawk kollha li għandhom Blue Badg e . Dawk il-persuni li għandhom il- Blue Badge jikkwalifaw għal reserved parking space suġġett għal kundizzjonijiet oħrajn. Hemm każi eċċezzjonali oħra fejn l-Awtorità tat-Trasport tintalab tapprova parkeġġi riservati permezz ta’ kaxxi sofor għal persuni li jikkwalifikaw minħabba materja ta’ sigurtà. F’dawn il- każi t-talba tiġi minn għand il-Qorti jew il-Kummissarju tal-Pulizija.

Ħal Lija – Triq Preziosi – parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed jokkupa żewġ car parking spaces (kaxxi bojod) illegalment fi Triq Merino, kantuniera ma’ Triq Preziosi f’Ħal Lija? Billi l-kaxxi ta’ dawn il-parking bays huma bojod, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir abbuż minn dawn il-parking bays għad-detriment tar-residenti li jgħixu fl-inħawi u li lmentaw fuq social media fuq dan l-abbuż? Jista’ jgħid x’passi jistgħu jittieħdu fil-konfront ta’ min qiegħed jabbuża?

Response (BORG, IAN)

Infurmat li dan huwa każ relatat ma’ sigurta li tinvolvi l-ħidma wkoll tal-Korp tal-Pulizija u għaldaqstant m’għandix aktar dettalji.
Leg 13 PQ #4489 Sitting 89 2018-03-05 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Ħaddiema li jaqilgħu anqas minn €50,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji lil din il-Kamra dwar kemm huwa l-ammont ta' ħaddiema f'pajjiżna li jaqilgħu anqas minn €50,000 fis-sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-ammont ta’ ħaddiema f’pajjizna li jaqilgħu anqas minn €50,000 fis-sena huwa 192,922.

Birgu – Triq Sally Port u il-maħżen tar-regatta tal-klabb tal-Birgu — xogħlijiet

Question

Billi skont rapport tal-periti tal-Gvern, Triq Sally Port il-Birgu, tinsab fi stat perikoluż ħafna għax ittieklet bil-baħar, jista' l-Ministru jgħid meta jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq din it-triq? Billi marbut mal-proġett tal-istess triq hemm ukoll, il-proġett tal-maħżen tar-Regatta tal-Klabb tal-Birgu, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta jista' jinbeda x-xogħol relatat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-Isla – Triq is-Sur — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru l-Isla, eżatt fi Triq is-Sur, jista' l-Ministru jgħid x’inhi n-natura tax-xogħol li qed isir, f'liema stadju wasal u meta huwa stmat li dan ix-xogħol jintemm?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-xogħlijiet fi Triq is-Sur, Isla, jikkonsistu primarjament fit-tibdil tal-main tad-drenaġġ, tibdil tal-main tal-ilma u formazzjoni ta’wiċċ bl-asfalt. Waqt ix-xogħlijiet instab illi kien jezisti culvertgħall-ilma tax-xita , u liema culvert kien imsaqqaf b’xorok tal-ġebel. Diversi minn dawn ix-xorok huma maqsumin, u kellu jinbidel id-disinn tal-wiċċ minn asfalt għall-konkos. Il-culvert tal-ilma tax-xita irid jitnaddaf u jsiru inlets ġodda peress illi kien hemm inlet waħda biss. Peress illi dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’varjazzjoni tal-kuntratt, saru l-istimi neċessarji kif ukoll l-approvals interni, u ix-xogħol reġa tkompla f’nofs Frar 2018.

Il-Birgu – il-moll — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet biex jitranġa l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora ħalli jiffaċilitaw l-aċċess abbord għal dawk li jaqsmu l-Belt bid-dgħajjes?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet biex jitranga l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora għandhom isiru matul ix-xahar ta’ Marzu.

Agency for the Welfare of Asylum Seekers – care orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3069, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mill-Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS), u f'liema każi nħarġu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

L-Aġenzija għall-Ħarsien ta’ Persuni jfittxu l-Ażil (AWAS) mhix awtorizzata toħroġ care orders, u għaldaqstant, qatt ma ħarġet Care Orders. Li tagħmel l-aġenzija huwa li tirrakkomanda lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali sabiex tinħareġ care order biss f’isem il- minuri mhux akkumpanjati (unaccompanied Minors)li jkunu waslu Malta bil-għan li jfitxxu l-ażil. Dan isir wara li jkun sar age assessment minn staff professjonali tal-AWAS sabiex tiġi stabbilita l-eta’ tal-hekk imsejħa minuri.

Korp tal-Pulizija – Każijiet ta’ membri tal-Korp li nqabdu jabbużaw minn sustanzi illeċti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li nqabdu fil-pussess ta’ droga u/jew abbużaw minn sustanzi illeċti sena b'sena bejn l-2007 u l-2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li nqabdu fil-pussess ta’ droga u/jew abbużaw minn sustanzi illeċti sena b'sena bejn l-2007 u l-2017 kien ta' disgħa (9), kif jidher fit-tabella t'hawn taħt: Sena Ammont ta' Membri 2007 - 2008 4 2009 1 2010 - 2011 - 2012 - 2013 - 2014 - 2015 - 2016 1 2017 3 Total 9

Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi wara li saru l-verifiki neċessarji dwar persuni li ġew akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, irriżulta illi l-ammonti f'dan il-perjodu kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Hemm diversi każi li għadhom sub judice però minn dawk li nstabu xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu priġunerija, multi, probation, twiddib u ċanfira u sentenzi sospiżi. 2013 2014 2015 2016 2017 Sa Settembru Total Persuni li tressqu l-Qorti wara li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal Pulizija 83 83 70 58 57 351 Persuni li nstabu ħatja 67 56 48 32 16 219

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, tressqu mitejn u disgħa u tletin (239) persuna l-Qorti fuq reati ta' diversi każi ta' tlajjar għall-prostituzzjoni, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, elenkati sena b’sena b’mod separat. Minn dawn kien hemm mitejn u disgħa (209) li kienu nisa u tletin (30) li kienu rġiel. Waqt li mitejn u wieħed u għoxrin (221) kienu Maltin, kien hemm ukoll tmintax (18) li kienu barranin. Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti Nazzjonalità Nisa Irġiel Maltin Barranin 2013 59 10 66 3 2014 48 8 55 1 2015 39 6 36 9 2016 49 5 49 5 2017 sa Settembru 14 1 15 NIL

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi r-rapporti li rċevew il-Pulizija dwar każijiet ta’ Vjolenza Domestika skont is-sistema elettronika eżistenti, bejn l-1 ta’Jannar 2013 sal-25 ta’ Ottubru, 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. DOMESTIC VIOLENCE 2013 2014 2015 2016 2017 Total GBH WITH ARMS IMPROPER 10 4 1 4 4 23 GBH WITH ARMS PROPER 2 4 3 1 5 15 GBH WITH PHYSICAL FORCE 30 16 18 31 24 116 PSYCHOLOGICAL HARM 395 454 554 577 494 2441 SBH BY ARMS IMPROPER 30 21 30 33 27 139 SBH BY ARMS PROPER 6 6 8 10 9 38 SBH WITH PHYSICAL FORCE 517 513 571 579 463 2602 STALKING 34 30 20 37 22 143 Total 1024 1048 1205 1272 1048 5517 Infurmat illi kif diġà ngħad fi tweġibiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma’ dawn ir-reati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema ta’ data elettronika bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li wieħed jelenka.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' stupru fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, tressqu sebgħa u disgħin (97) persuna l-Qorti fuq reati ta' stupru, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt fejn huma elenkati sena b’sena. Dawn kienu kollha rġiel. L-istess tabella tinkludi dettalji ta' kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u dawk ta’ nazzjonalità barranija. Maltin Irġiel Maltin Nisa Barranin Irġiel Barranin Nisa 2013 6 nil 7 nil 2014 11 nil 7 nil 2015 18 nil 7 nil 2016 7 nil 12 nil 2017 sa Settembru 15 nil 7 nil 57 - 40 -

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati konnessi ma’ cyber crime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati konnessi ma' cyber crime fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reati konnessi ma' cyber crime fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-24 ta' Ottubru, 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt: Sena 2013 2014 2015 2016 2017 Ammont 6 4 15 18 12

Persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017 tressqu mija u sittax (116)-il persuna l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing kif jidhru sena b'sena fit-tabella hawn taħt. Minn dawn erbatax (14) kienu Maltin filwaqt li fil-kumplament tal-każi li jammontaw għal mija u tnejn (102), il-persuni responsabbli kienu mill-Bulgarija – Rumanija – Libja – Italja – Somalja – Russja - Niger - Spanja - Serbia - Sudan - Ungerija - Danimarka - Franza - Kolumbja - Messiku - Renju Unit - Turkija - Eritrea - Kosta tal-Avorju - Alġerija - Żvezja u s-Sirja. Sena 2013 2014 2015 2016 2017 Sa Settembru Total Ammont 23 23 19 29 22 116