Legislature:
Category:
Reset
Active:

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-lista qiegħda f’ordni alfabetika li tirrifletti l-ordni tal-persuni / kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabella hawn taħt. Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-PQ. Sena Avukat/Ditta Ħlas 2004 Q € 2,907.86 2005 G € 855.50 2006 B € 354.00
Leg 13 PQ #7094 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — avukati u ditti legali – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fejn konċernata mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-PQ.
Leg 13 PQ #7099 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-PQ.

Sistema myHealth — servizz

Question

Peress li fil-bidu ta’ Settembru li għadda tħabbar li tnieda servizz ġdid mis-sistema myHealth, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ tobba fil-komunità li qegħdin jagħmlu użu minn din il-faċilità? Kemm huwa n-numru ta’ ċittadini li għamlu użu mis-sistema? X’servizzi oħrajn huma ppjanati li jiddaħħlu fis-sistema myHealth?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru 2018, kien hemm 275 tabib li mhux biss għamlu użu personali mis-servizz tal-myHealth imma wkoll aċċettaw rikjesti minn pazjenti biex jagħtuhom servizz permezz tal-myHealth. B’riżultat ta’ dan, kien hemm 52,350 pazjent li ħadu servizz permezz tal-myHealth. Rigward is-servizz ġdid għal tobba privati biex jordnaw testijiet tal-laboratorju online permezz tal- myHealth , mill-1 sal-24 ta’ Settembru dan is-servizz diġà ntuża minn 35 tabib li għamlu 681 ordni online . Għadu kif tlesta x-xogħol fuq faċilità fil-myHealth li biha l-pazjenti jkunu jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom online biex Sommarju tat-tagħrif mediku tagħhom jiġi trasferit f’pajjiż Ewropew ieħor f’każ ta’ emerġenza medika waqt l-ivjaġġar, għall-lest għal meta dan is-servizz jibda jopera fl-2019. Minbarra hekk, fix-xhur li ġejjin fil- myHealth se jiżdied servizz ġdid biex it-tobba privati jkunu jistgħu jordnaw X-rays li jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Is-sena d-dieħla ser tinbena faċilità li tagħti aċċess għall-istampi tal-X-rays (mhux biss ir-rapport), kif ukoll se jinbena komponent importanti ta’ Personal Health Records , li permezz tiegħu il-pazjenti nfushom ikunu jistgħu idaħħlu it-tagħrif mediku tagħhom permezz tal-portal tal- myHealth.

Dmirijiet ta’ skorta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dmirijiet tal-iskorta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jindika jekk humiex obbligati li jagħmluha ta' xufiera jew jekk humiex obbligati li jwaqqfu ġurnalisti li jippruvaw jagħmlulu l-mistoqsijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri jew proċeduri ta' sigurtà li jittieħdu minn uffiċjali li xogħolhom huwa kemm mal-persuna li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u/jew persuni oħra li jkunu jagħmlu tali doveri.
Leg 13 PQ #6884 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Port Ħieles –sejbiet ta’ droga bejn l-2008 u l-2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm qabdiet ta’ droga (kull tip) fil-Port Ħieles bejn l-2008 u l-2012?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi fil-Port Ħieles inqabdu 140 kilo kokaina.
Leg 13 PQ #6885 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Port Ħieles –sejbiet ta’ droga bejn l-2013 u l-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm qabdiet ta’ droga (kull tip) fil-Port Ħieles bejn l-2013 u l-2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi fil-Port Ħieles inqabdu 300 kilo kokaina.
Leg 13 PQ #6886 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Port Ħieles sejbiet ta’ sigaretti kontrabandati bejn l-2008 u l-2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu sigaretti mill-Port Ħieles, li kienu se jkunu kontrabandati bejn l-2008 u l-2012?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, inqabdu 187,772,354 sigarett li kienu se jkunu kontrabandati.
Leg 13 PQ #6887 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Port Ħieles –sejbiet ta’ sigaretti kontrabandati bejn l-2013 u l-2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu sigaretti mill-Port Ħieles, li kienu se jkunu kontrabandati bejn l-2013 u l-2018 (s’issa)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2018 (s’issa), inqabdu 174,451,020 sigarett li kienu se jkunu kontrabandati.

Problema ta’ Obeżità fit-tfal

Question

Fid-dawl tal-problema ta’ obeżità fost it-tfal tagħna, issa li t-tfal irritornaw lura lejn l-iskejjel tagħhom, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ġiex ikkontemplat xi ħaġa f’sens preventiv bil-għan li din il-problema tkun ikkumbattuta minn ġol-iskejjel infushom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. li l-isforzi għall-prevenzjoni ta’ riskji dwar is-saħħa inkluż il-problema tal-piż żejjed fost it-tfal Maltin, ilhom għaddejjin dawn l-aħħar snin. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin tajna spinta l-inizzjattivi fl-iskejjel biex titjieb il-kwalità tas-saħħa tat-tfal inkluż it-tnaqqis tal-problema tal-piż żejjed fost it-tfal u l-familji Maltin. Dan isir f’kollaborazzjoni ma’ Ministeri oħra speċjalment il-Ministeru responsabbli mill-edukazzjoni. Fost l-inizjattivi jinkludi: · Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018 fejn l-ikel u x-xorb tajjeb għas-saħħa biss se jkun permess fl-iskejjel. Għal dan il-għan, diġà saret laqgħa informattiva mas-Sidien tat- Tuckshops li jissupplixxu l-ikel u x-xorb waqt il-ħin tal-iskola. F’din il-laqgħa ġew spjegati kemm dak li jingħad f’dan l-avviż kif ukoll ġie spjegat it-tipi ta’ ikel u xorb permessibbli u dawk li mhux permessibbli fl-iskejjel. Din l-informazzjoni tingħata ukoll lill-Kapijiet tal-iskejjel kollha kemm tal-Istat, tal-Knisja u kif ukoll dawk Indipendenti. Dan l-avviż legali jesiġi li l-unika ikel li jista jinxtara fl-iskejjel u jiġi offrut fl-iskejjel huwa ikel u l-ilma li huwa tajjeb għas-saħħa u li jevita ammonti żejda ta’ zokkor, xaħam u melħ. · F’Mejju ta’ din is-sena ġew mneħdija l-Linji Gwida ġodda dwar id-Dieta għat-Tfal Maltin ta’ bejn it-3 snin u 12-il sena – il-Mod Mediterranju. Il-Promozzjoni ta’ dawn il-Linji gwida saret ukoll permezz tal-mezzi tax-xandir lokali u użu tal-mezzi ta’ siti soċjali . Saru diversi preżentazzjonijiet lill-ġenituri, kif ukoll lill-Għalliema tal- Home Economics bħala parti mit-Taħriġ tagħhom sabiex b’hekk dawn il-linji gwida se jservu bħala l-qafas tal-Kurrikulu Edukattiv dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Dawn il-Linji għandhom il-għan li tfal jieklu dieta bbilanċjata u li ġenituri jevitaw li tfal jieklu porzjonijiet kbar iżżejjed. · Ta’ kull sena fl-iskejjel primarji issir il-kampanja tal- LunchBox f’diversi skejjel permezz tad-drama (ta’ madwar 20 minuta). F’din id-drama permezz ta’ tliet karattri bil-kostumi intużaw biex jispjegaw l-importanza ta’ dieta tajba u attività fiżika u t-tfal ta’ età bejn 5 u 10 snin, kellhom l-opportunità li jiddjalogaw mal-karattru Karmenu (li fil-verità hu Nutrizzjonista) biex jiġu ndirizzati tajjeb il-mistoqsijiet tat-tfal kif ukoll tal-ġenituri meta jkunu preżenti. Wara din id-drama ġew mqassma kotba tar-riċetti għall-ġenituri b’ideat dwar kif jippreparaw ikel nutrittiv għal waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll kotba tat-tpinġija dwar il-frott u l-ħxejjex għat-tfal ta’ din l-età. · Proġett ieħor li twettaq matul is-snin li għaddew kien dak tal-OPEN co-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li kellu l-għan li jippromwovi l-attività fiżika fost l-adolexxenti fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità permezz tal-kollaborazzjoni ta’ diversi Kunsilli Lokali. Dan il-proġett qiegħed jitkompla fl-iskejjel interessati. · Proġett li beda fis-sena skolastika 2015-2016 li qed jitwettaq fl-iskejjel tal-Istat hu dak tal- Health Factor . Dan il-proġett għandu l-ghan li jindirizza b’mod preventiv il-problema tal-piż żejjed fit-tfal f’età bikrija tal- kindergarden . · Ġiet mnehdija l-Iskema l-ġdida tal-frott u ħaxix fl-Iskejjel, inawgurata f’Mejju 2018 li għadda mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura bi sħubija mall-Ministeri responsabbli għall-Edukazzjoni u għas-Saħħa. Permezz ta’ din l-iskema l-ġdida koffinanzjata mill-Unjoni Ewropea, it-tfal kollha fl-iskejjel primarja f’din is-sena skolastika l-ġdida se jingħataw porzjon (80g) ta’ frott u/jew ħxejjex, u ukoll porzjon (250ml) ħalib frisk (2.5% xaħam) fil-ġimgħa. L-għan hija li iżżid l-ammont ta’ ħaxix u frott li jieklu t-tfal kif ukoll li jiġu esposti għall-frott u ħxejjex ġodda. Din kompliet tibni fuq l-iskema li kien hemm qabel tal-frott u ħaxix. · Proġett u studju ġdid li se jiġi mplimentat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu dak tal-Azzjoni Konġunta CHRODIS-PLUS (li hu proġett tal-EU). Malta se tipparteċipa permezz tal-proġett TOYBOX li jindirizza l-klassijiet tal- Kindergarten 1 kollha, jiġifieri lit-tfal żgħar ta’ bejn 3-4 snin, kif ukoll lill-familji tagħhom. Dan il-proġett jiffoka fuq erba’ mġibiet li nstabu li huma marbuta mal-bilanċ tal-enerġija u għalhekk se jindirizzaw b’mod preventiv l-obeżità fit-tfal f’età bikrija. · Premju ta Bandiera ġħal-Iskola Attiva. l-iskejjel li jilħqu kriterji stabbiliti minn qabel jingħataw rikonoxximent għall-isforzi u l-kisbiet tagħhom u fil-fatt jingħataw bandiera li l-iskola se żżomm għal sena. Kien hemm għoxrin skola (Stat, Knisja u Indipendenti) li ngħatat din il-bandiera matul din is-sena. · L-iskejjel ġew imħeġġa biex isibu slot ta' 15-il minuta kuljum biex jiżguraw li l-istudenti jingħataw l-opportunità li jimxu jew jiġġogjaw mil sabiex trawwem fihom messaġġ ċar dwar il-benefiċċji li jiġu ​​minn eżerċizzju regolari. Madwar 35 skejjel huma attwalment irreġistrati. · Programm ta' Żvilupp fil-Karriera tal-Isport - programm ġdid fjamant li se jara li 200 student tas-7 sena għandhom erba' lezzjonijiet addizzjonali ta' sport fil-ġimgħa apparti mit-tliet lezzjonijiet tal-PE ta' kull ġimgħa. L-istudenti se jiffukaw fuq l-isport preferut tagħhom (futbol, ​​basketball, atletika, żfin jew baseball / softball ) minbarra li jingħataw sfond tajjeb fuq aspetti oħra ta' karriera sportiva bħal nutrizzjoni, l-ewwel għajnuna, anti-doping, sports media u fotografija sportiva fost oħrajn. Is-Suġġett se jiġi mgħallem b'mod applikat. · Sorveljanza tal-piż tat-tfal permezz ta’ studju mat-tfal kollha fejn ħarġet l-informazzjoni dwar il-piż tat- tfal ta’ kull età. Sorveljanza dettaljata dwar piż, ikel u l-ambjent tal-iskola permezz tal-istudju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa COSI ( Childhood obesity surveillance initiative) · It-tagħlim tal- Home Economics li sar mandatorju fl-iskejjel medji statali huwa immirat li jolqot bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu. Dan is-suġġett jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim, inkluż dawk prattiċi, fuq it-tema ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment, marbut mal-Polza nazzjonali – A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity . · Il- Home Economics Seminar Centre (HESC) għandu wkoll irwol importanti fil-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal. Dan iċ-ċentru joffri programmi informattivi u interattivi ta’ tagħlim prattiku dwar is-saħħa, l-ikel u n-nutriment lit-tfal tal-iskejjel Primarji u Sekondarji, kemm tal-istat, tal-knisja u indipendenti. Jiġu mistiedna wkoll il-ġenituri/kustodji għax huma ukoll għandhom irwol kruċjali fil-prevenzjoni tal-obeżità. Apparti dan, l-għalliema tal-HESC jagħtu wkoll sapport u taħriġ lill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola fl-iskejjel biex jintlaħħqu l-miri tal-pjanijiet ta’ azzjoni li jindirizzaw l-obeżita. · Fl-iskejjel isiru wkoll intervenzjonijiet mill-istess għalliema tal-HESC li huma mmirati għall-studenti mill-Kindergarten sas-Sekondarja. Jiġu maħluqa wkoll intervenzjonijiet tailormade skont il-bżonnijiet tal-iskejjel. Fost is-suġġetti li jiffukaw fuq il-prevenzjoni tal-obeżità insibu l-linji gwida u l-platt bnin, l-importanza tal-ħaxix u l-frott, il-benefiċċji li jinxtorob l-ilma u l-ħalib u l-għażla ta’ kolazzjon u lunches bnin. · HESC jissapportja l-iskejjel sabiex jaddottaw l-polza nazzjonali - A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity permess ta’ għajnuna u sapport fit-tfassil u l-implementazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni relatati ma’ din il-polza li jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet tal-iskejjel individwali. · Qed jiġi offrut sapport u assistenza lill-operaturi tat- tuck shops u distributuri tal-ikel sabiex l-ikel li jinbiegħ fl-iskejjel ikun wieħed san u konformi mal-Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018. · HESC jassisti fl-għażla ta’ ikel provdut waqt attivitajiet fl-iskejjel, meta mitlub, sabiex ikunu konformi mal- Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018. · Ġie mwaqqaf working group kompost minn KGEs u rappreżentanti mill-kamp tal- Early Years , Home Economics u Physical Education bil-għan li jitħejja programm multi-dixxiplinarju għas-snin bikrin. Dan il-proġett huwa ta’ gwida għall-għalliema sabiex jinkuraġġixxu lill-istudenti tagħhom jagħmlu għażliet infurmati għal stil ta’ ħajja aħjar. · HESC għandu websajt www.hesc.org.mt li fiha l-pubbliku jista’ jaċċessa dokumenti relatati mas-saħħa. Hemm ukoll riċetti li fosthom jinkludu ideat għal- lunchboxes bnin. Il-linji gwida tal-ikel u x-xorb jassistu lill-istudenti u l-ġenituri jagħmlu għażliet infurmati relatati max-xorb u l-ikel li jġibu l-iskola.

Membri Parlamentari – skorta tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Membri Parlamentari li għandhom skorta tal-Pulizija? Jista’ jgħid kif ingħatat, jiġifieri jekk kenitx inizjattiva tal-Pulizija jew intalbitx mill-Membru Parlamentari nnfisu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni jew il-modalitajiet ta' tali protezzjoni.

Membri Parlamentari – theddid partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi theddid partikolari fuq xi Membri tal-Parlament? Qatt saru rapporti minn Membri tal-Parlament wara li rċevew theddid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Madankollu ma nħossx li tagħrif ta' din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku.

Membru Parlamentari – skorta tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija assenjati bħala skorta mal-ex Kap tal-Oppożizzjoni li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà ma nħossx li tagħrif ta' din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku.

Sigurtà ta’ Membru Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-sigurta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kemm qed tiġi tiswa lill-poplu Malti kull xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma nħossx li tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant liema tagħrif jirrigwarda sigurtà personali, għandu jkun ippubblikat.

Skorta ma’ Membru Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-Pulizija bħala bodyguards tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bħalma dejjem isir, l-uffiċjali ta’ sigurtà tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, jiġu magħżula skont l-esiġenzi tal-Korp.