Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyzer tests fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 u jista' jgħid ukoll għal kull sena kemm kien hemm każijiet minnhom li rriżultaw fil-pożittiv, fis-sens li sewwieqa kienu taħt l-effett tal-alkoħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ breathalyzer tests li saru fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll dawn il-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv, fl-istess snin.
Numru ta’
breathalyzer tests
u dawk li rriżultaw fil-pożittiv:
2015
2016
2017
2018
Ammont ta’ testijiet li saru
146
241
155
165
Testijiet li rriżultaw fil-pożittiv
106
188
109
106
Teħid ta’ kampjuni tad-demm jew awrina għall-preżenza tal-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap 65 tal-Liġijiet ta' Malta għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant ma kienx hemm okkażjonijiet fejn ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, mill-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma f’age groups ta’ taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u ’l fuq minn 65 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma fl-age groups illi qed ikunu indikati minnu, hija kif ġej :
Age Group
Numru ta’ Persuni b’Diżabilita’
0 – 17
1,117
18 – 65
7,573
66 +
10,261
Qorti – Każijiet ta’ sewwieqa pożittivi għall-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet kriminali quddiem il-Qrati tagħna konnessi ma' sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzer test fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika fir-rigward ta’ sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzertest.
Qorti — Kundanna għal każijiet ta’ sewqan taħt l-effett tal-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kundanni mill-Qrati ta' pajjiżna fuq każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol bejn l-2015 u l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta’ każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol.
Qorti – każijiet ta’ persuni li rrifjutaw il-breathalyzer test
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet quddiem il-Qrati ta' pajjiżna ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test bejn l-2015 u l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Forzi Armati ta’ Malta – stock ta’ flokkijiet ta’ taħt u kalzetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-istores tal-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm dejjem stock għall-membri tagħha, u jekk iva kemm kien hemm bħala bilanċi fl-aħħar ta’ kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, dawn l-imsemmija oġġetti:t
- Flokkijiet ta’ taħt; u
- Kalzetti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi flokkijiet u l-kalzetti kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
Flokkijiet
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1963
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 3990
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-11 ta’ Settembru 2018 – total 3656
.../2
Kalzetti Olive Green
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1592
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 488
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-1 ta’ Novembru 2018 – total 654
Kalzetti Navy Blue
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 918
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 284
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-27 ta’ Novembru 2018 – total 378
Forzi Armati ta' Malta — spiża ta' xatba tar-ranges tal-isparar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa x-xatba li tagħti għar-ranges tal-isparar tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tliet xatbiet ġew installati fir-ranges ta' Pembroke. It-tlieta kienu manifatturati u installati mill-FAM. B’kollox, it-tliet xatbiet swew lill-FAM €1642.
Forzi Armati ta' Malta — Ingwanti taċ-ċerminojal - stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm dejjem stock, u jekk iva, kemm kellu fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta għall-membri tagħha, bħala bilanċi fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tliet snin, ingwanti taċ-ċerimonjal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi, ingwanti taċ-ċerimonjal kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 32
L-istokk skont l-aħħar stocktake fit-8 ta’ Novembru 2018 – total 71
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi appelli kriminali mill-1 ta’ Lulju 2018 sal-lum u dan b’mod individwali minn kull ġudikant?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Appelli Kriminali maqtugħa fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Lulju, 2018 sal- 5 ta’ Diċembru 2018 (l-ammont jinkludu numru ta’ kawżi deċiżi, ċeduti, deżerti) huma s-segwenti:
L-Imħallef Antonio Mizzi: 141
L-Imħallef Giovanni Grixti: 58
L-Imħallef Edwina Grima: 31
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera: 133
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Imhallfin imsemmija, apparti Appelli Kriminali (Inferjuri) huma assenjati xoghol iehor. Naturalment dan ma japplikax fil-konfront tal-Imhallef Mizzi ghaliex irtira bl-eta'.
Ghalhekk apparti l-Appelli Kriminali (Inferjuri) :-
i. L-Imhallef Giovanni Grixti jiehu nofs il-Gurijiet u jaghmel l-Ghassa;
ii. L-Imhallef Edwina Grima tifforma parti mill-komposizzjoni tal-Appelli Kriminali (Superjuri) u taghmel l-Ghassa;
iii. L-Imhallef Consuelo Scerri Herrera tiehu nofs il-Gurijiet u taghmel l-Ghassa.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, il-Ministeru għal Għawdex għamel użu mid-ditta legali mniżżla n-numru ħamsa (5) fil-lista mogħtija mill-Onor. Interpellant separatament. Fl-2010, id-ditta legali in kwestjoni tħallset l-ammont ta’ EUR 755.20 għall-servizz legali u attendenza in konnessjoni m’appel għall-offerta 10/09 Supply, Delivery and Installation of Solar PV Colelction System at ITS, Qala, Gozo.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Il-lista qiegħdha f’ordni numerika li tirrifletti l-ordini tal-persuni/kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-lista qiegħda f’ordni alfabetika li tirrifletti l-ordni tal-persuni / kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mingħand l-Onor. Interpellant dwar is-servizzi mogħtija minn xi avukati u/jew d-ditti legali tagħhom mil-lista mogħtija separament. L-informazzjoni qed tingħata skont l-ordni tal-lista li ġiet provduta.
Ninsab infurmat ukoll li minħabba li l-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ġie iffurmat fl-2014 l-informazzjoni tad-Dipartimenti li kienu jagħmlu parti minn Ministeri oħra ser tinagħata minn dawk il-Minsteri stess.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.