Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kunsilli lokali ngħataw ordni mill-Korporazzjoni Enemalta biex fuq xogħol ta' bdil ta' bozoz li jintużaw għal fini ta' street lighting ma jagħmlux użu minn bozoz ta' tip low pressure 90W sodium lamp (SOX) u high pressure mercury vapour lamp 125W?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-raġuni prinċipali li ma baqgħux jintużaw SOX 90W and HPMV 125W hija li minflokhom bdew jintużaw SON 70W li huma aktar effiċjenti. Din id-deċiżjoni ttieħdet numru ta’ snin ilu u dan sar biex isir użu minn lampi aktar effiċjenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32395, u peress li l-Ministru ta d-dettalji ta' kemm dawn l-organizzazzjonijiet non governattivi se jkunu qed jingħataw għajnuna għall-2012, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar kemm ingħataw għajnuna l-istess NGOs għas-sena 2010 u 2011 separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kelb ittieħed għal kura fiċ-Ċentru San Franġisk wara li sofrew ġrieħi kawża ta' ġlied ma' klieb oħrajn meta kienu miżmuma fil-faċilità tal-Animal Welfare fl-Għammieri? Kemm minn dawn iddewwew u ntbagħtu lura l-Animal Welfare u kemm minnhom mietu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi ma jżommx l-istatistika msemmija. Dawn it-tip ta’ każijiet huma sporadiċi.. Huwa mijhiex regolari li klieb jiġġieldu b’tali mod li jkollhom ġrieħi. Klieb li huma ġodda jiġu introdotti fi gruppi biss matul l-ġuranta meta dawn jkun taħt il-viġilanza tal-uffiċjali tal-Animal Welfare. Fil-każ li jkun innotat li xi klieb ikollhom natural aggressiv, il-prattika hi li dawn jinżammu separati
Għammieri — Animal Welfare - tender dwar xiri ta' ikel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29080, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fis-sens jekk l-appell dwar it-tender kienx ġie deċiż? Jekk kien ġie deċiż, jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-appell? Jekk il-każ għadu mhux deċiż, jista' jgħid xi proċedura qed tintuża biex jinxtara l-ikel għal klieb miżuma fl-Animal Welfare fl-Għammieri u mingħand liema supplier qed jinxtara l-ikel?
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-qtar tal-għajnejn Hylo-comod u Allergo Comod mhumiex fil-lista tal-mediċini li jingħataw b'xejn? Hemm xi ħsieb li dawn jidħlu f'din il-lista?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-qtar Allergo Comod® (sodium cromoglycate) jintuża għat-trattament tas-sintomi relatati mal-għajnejn tal-konġuntivite allerġika u l-Hylo-Comod® (sodium hyaluronate) jintuża għat-trattament t’għajnejn xotti.
Il-Konġuntivite allerġika mhux waħda mill-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-każ li fih ajruplan tal-Air Malta kellu jittardja t-tluq tiegħu minħabba każ ta' allegat serq ta' mobile phone? Min ta l-ordni biex l-ajruplan jitwaqqaf milli jitlaq? Kemm swiet lill-Air Malta din id-deċiżjoni? Kemm kien hemm każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni simili fil-passat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar — talba lill-inkwilini biex jistallaw il-pannelli fotovoltaiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar qadtx irċeviet talba minn inkwilini f'appartament tagħha biex jistalla pannelli fotovoltaiċi fuq il-bejt tal-blokka? F'każ li jkun hemm talba simili, din tiġi aċċettata peress li s-saqaf mhux propjetà ta' inkwilini jew tal-komun iżda huma tal-Awtorità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'każ li x'inkwilini jkunu jridu jistallaw xi pannelli fotovoltaici fuq bejt ta' xi blokka, jkunu jridu jagħmlu talba lill-Awtorità tad-Djar, li fid-deskrizzjoni tagħha tweġibha.
Tista' l-Ministru tindika meta TVM HD se jibda jxandar b'mod normali u mhux bi prova? Meta jibda jagħmel dan, se jkun qed ixandar l-iskeda normali ta' TVM fl-intier tagħha jew se jkollu skeda għalih? Jekk se jkollu skeda għalih, tista' tindika din x'se tkun tinkludi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa TVM HD se jibqa’ jxandar bi prova. Meta TVM HD ma jibqax ixandar bi prova dan se jxandar l-iskeda normali ta’ TVM.
Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm xi inkwilini li jgħixu fi blokka t'appartamenti li applikaw għal skema ta' sussidju fuq sistemi fotovoltaiċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid dawn kienux f'appartamenti tal-privat jew tal-Awtorità tad-Djar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Rizorsi m’ghandhiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interperlant peress li din l-informazzjoni mhix rikjesta fl-applikazzjoni għas-sussidju għas-sistemi fotovoltaici. Rigward appartamenti tal-Awtorità tad-Djar, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru konċernat.
Parks, pjazzez, ġonna u playing fields fil-konfini tal-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fejn u kemm hemm parks, pjazzez, ġonna u playing fields li jaqgħu fil-konfini ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ġonna, playing fields, pjazez u parks fil-konfini tal-Kunsilli Lokali. Din il-lista teskludi dawk li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali (e.g. il-Barrakka ta’ Fuq u dik ta’ Isfel), tinkludi biss il-pjazez li huma meqjusa bħala spazji rikreattivi (e.ż. Pjazza Balluta f’San Ġiljan jew Pjazza Paola f’Raħal Ġdid) u teskludi pjazez jew parti minn pjazez li huma parti mir-road network.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn persuni li għandhom art li fuqha mhemmx bini u li waqgħet għand il-joint office mhux qed ikunu permessi jifdu ċ-ċens u jixtru din l-art?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, huwa kommess li jagħmel l-aħjar użu mill-proprjetà tiegħu għall-ġid tal-poplu kollu. Għal dan il-għan, bħala regola, mhix il-policy tad-Dipartiment li jiddisponi minn art li fuqha m’hemmx bini u li qiegħda b’ titlu ta’ ċens temporanju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet impellenti biex dan isir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa l-operat ta' TVM2 lill-Public Broadcasting Services u jekk dan hux se jiġi ffinanzjat mill-Public Broadcasting Services, mill-EPSO jew inkella minn xi fond ieħor? Jekk se jingħataw fondi addizzjonali lill-Public Broadcasting Services, tista' tgħid kemm se jingħataw u mil-liema vot se jingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-operat ta’ TVM2 se jkollu Fond ta’ €500,00 mill-Vot Item 5023 Media Education Broadcasting 2012.
Bħala stazzjon ta’ servizz ta’ xandir pubbliku se jkollu programmi li jibbenefikaw mill-fondi EPSO.
Forzi Armati ta' Malta — Explosive Ordinance Disposal Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li waslet biex ittieħdet id-deċiżjoni li l-Explosive Ordinance Disposal Unit tal-Forzi Armati ta' Malta ġiet trasferita minn Manoel Island għall-Mosta? Jista' jgħid għalfejn din it-taqsima li ilha għal snin twal stazzjonata ħdejn żona marittima minħabba n-natura tax-xogħol tagħha ttieħdet f'żona 'l bogħod mill-kosta jew mill-bażi marittima tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Explosives Ordinance Disposal Unit tal-FAM, jew aħjar l-EOD, IED & Divers Platoon jifformaw parti mil-Ammunition & Explosives, Storage & Disposal Squadron (AESD Sqn) tal-FAM, liema ‘Squadron’ kienet u għadha stazzjonata ġewwa l-Forti tal-Mosta. Il-membri tal-Platoon iwettqu xogħolijiet primarjament fuq l-art ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ tfittxija għal splussiv, conventional munitions disposal (CMD), ‘improvized explosive devices’ (IED), ‘bomb threats’, kif ukoll xogħol relatat ma’ ‘diving’ fil-bahar.
l-EOD, IED & Divers Platoon kienu stazzjonati ‘Manoel Island’ iżda ż-żona tagħmel parti mill-proġett ta’ żvilupp ta’ Manoel Island u għaldaqstant dan il-post ma jistax jibqa’ jintuża.
Tajjeb wieħed isemmi illi sabiex ikun f’pożizzjoni li jlaħħaq mal-kosta kollha ta’ Malta u Għawdex il-
platoon
huwa mgħammar b’RHIB (dinghy fuq trailer) li kapaċi jitniżżel fil-baħar fi żmien qasir minn ħafna lokazzjonijiet matul il-kosta.
Barra minn dan, fis-sit tal-Mosta saru modifikazzjonijiet u dan għamlu tajjeb biex jilqa' fih lil dan il-
unit
.
Forzi Armati ta' Malta — EOD - kundizzjonijiet tal-faċilitajiet tal-post fejn jaħdmu
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Forzi Armati ta' Malta ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-faċilitajiet tal-post minn fejn qed ikollhom joperaw il-membri tal-EOD tal-Forzi Armati għaliex dawn huma kundizzjonijiet degredanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-rispota 32516. Infurmat li l-kundizzjonijiet tal-faċilitajiet li joperaw minnhom l-EOD, IED u d-‘Divers Platoon’ mill-Mosta huma faċilitajiet li għadhom kemm ġew irranġati flimkien mal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom is-suldati stazzjonati hemmhekk.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-three year plan għal dak li kien Education 22 u li l-Public Broadcasting Services ippreżenta lill-Ministeru tal-Edukazzjoni lejn nofs is-sena li għaddiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qatt ma kien ippreżentat three year plan għal E22 is-sena li għaddiet.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ organizazzjonijiet mhux governattivi li bbenefikaw minn għajnuna mogħtija mill-gvern lil NGOs? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont mogħti f’għajnuna lil kull organizzazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
organizzazzjonijiet li kienu se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema kienu l-organizzazzjonijiet li kienu se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja bħala parti mill-allokazzjoni tal-2012 u li jiffurmaw parti mill-vot: 5070 Programmes and Initiatives : Support to voluntary organisations? Kemm kien l-ammont li talbu f’għajnuna dawn l-organizzazzjonijiet? Kemm kienu se jingħataw qabel id-deċiżjoni li jitnaqqsu l-fondi għal dan il-vot u kemm se jkunu qed jingħataw wara d-deċiżjoni li ħa l-Gvern dwar it-tnaqqis?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 32395.
Dan il-fond fis-sena 2011 kien ta’ €2,420,000. Fil-Budget għas-sena 2012, ġew invvutati €2,920,000 fil-vot 5070 Programmes and Initiatives; Support to Voluntary Organisations. Dan tnaqqas b’€100,000. Għalhekk il-fond ghal 2012 huwa ta’ €400,000 aktar mill-2011.
Il-Kumitat ma kienx għadu alloka l-fondi qabel il-fond ġie rivedut u għalhekk ħadem mill-ewwel fuq l-ammont ta’ €2,8miljun.