Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Commuted Parking Payment Scheme
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Liema huma dawk il-lokalitajiet li għalihom l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tapplika il-
Commuted Parking Payment Scheme
(CPPS)?
b) Kemm inġabru flus mill-Awtorità taħt din l-iskema minn meta bdiet titħaddem?
ċ) Kif dawn il-fondi miġbura b'din l-iskema, ġew użati mill-Awtorità?
Pjazza san Ġorġ — Żarmar, Irfiegħ u ġarr fl-imħażen
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5901 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar, 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għall-maħżen tal-monument tas-7 Gugno li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, u jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara s-sejħa għall-offerta għat-tneħħija u ġarr għall-maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno huwa li hemm ppjanat li jinbena carpark taħt l-art u għalhekk il-Monument irid jersaq. Il-proġett jinkludi wkoll tisbiħ tal-Pjazza.
Kif joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA u jingħata t-tender jkun jista’ jibda ix-xogħol.
Tul is-snin li fihom il-pajjiż ilu jiffaċċja l-problema ta' l-immigrazzjoni illegali, kien hemm każi li fihom ġew rrappurtati bħala nieqsa immigranti illegali li kienu miżmuma fil-faċilitajiet li hawn madwar il-pajjiż u li fihom jinżammu dawn l-immigranti? Jekk kien hemm każi rapportati, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u ta' liema età kienu dawk rrapurtati nieqsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar seba' snin, jiġifieri minn meta tfaċċat il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali sallum, kien hemm 397 immigranti illegali li nstabu li ġew nieqsa mill-faċilitajiet fejn kienu miżmuma. L-etajiet tagħhom kienet tvarja bejn id-19 u l-44 sena.
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — prezz tal-gass
Question
Peress li minn informazzjoni li ngħatat waqt seduta tal-Kumitat tal-Kamra għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, in-naħa tal-gvern qalet li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ngħatat l-informazzjoni mill-kumpannija li issa hija responsabbli mis-servizz tal-gass fil-pajjiż dwar il-prezz ġdid, jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikun propost li jkun il-prezz għal kull tip ta' ċilindru tal-gass?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpanija matul is-sentejn li għaddew?
Pjazza San Ġorġ — Żarmar, irfiegħ u ġarr fl-imħażen
Question
Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għal maħżen għall-monument tas-7 Gugnio li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, jista' l-Ministru jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-avviż li hu rrefera għalih ma nħariġx mill-Ministeru tiegħi u għalhekk nistiednu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Warferina — testijiet tad-demm - l-Isptar minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Wara li xi xhur ilu, dawk li jitteħdilhom id-demm minħabba l-Warferina, u li jirrisjedu fin-nofsinhar tal-pajjiż, kienu nfurmati biex jibdew jagħmlu dan fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, dan l-aħħar, ħafna minn dawn il-persuni ġew imġiegħla jmorru jagħmlu dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei?
Huwa minnu li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid mhux qed jiġu aċċettati aktar minn 20 persuna kuljum għat-test tal-Warferina minħabba nuqqas ta' staff?
Hemm xi problemi raġjonevoli kbar li qed iżommu lid-dipartiment milli jerġa' jibda jadotta l-proċedura preċidenti biex jevita bosta problemi u inkonvenjent żejjed lil numru kbir ta' anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil Awtorità dwar it-Trasport milli timplimenta internament il-proġett propost u żviluppat mill-istess awtorità fi Triq il-Knisja (Church Street) f'Ħal Tarxien biex titwaħħal bus shelter fuq in-naħa minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku fid-direzzjoni tal-Belt Valletta kif fuq kollox kien jidher fil-pjanti oriġinali?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport ser tpoġġi lura f'postu bus shelter li kien inqala' mill-istess awtorità minn Triq il-Palma f'Ħal Għaxaq disa' xhur ilu bil-konsegwenza li ċ-ċittadini li jużaw dan il-bus stop fi Triq Ewlenija, spiċċaw mingħajr kenn sakemm ikunu qed jistennew it-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tnedija tal-website 'visitmalta.com' jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Min għamel ix-xogħol fuq din il-
website
?
b) Kemm ħallset l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal dan ix-xogħol?
ċ) Jekk kenitx ħarġet offerta biex jiġi magħżul min ser jagħmel dan ix-xogħol?
d) Kemm ikun hemm hits fil-ġimgħa fuq dan il-portal?
e) Jekk tingħatax kummissjoni għal kull booking li jsir permezz ta' din il-website? Jekk fl-affermativ, lil min?
f) X'kontrolli hemm biex l-awtorità tassigura trasparenza assoluta fit-tħaddim ta' dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-website sar mill-kumpanija Alert Communications Ltd.
Fir-rigward tal-partijiet b) u ċ) tal-mistoqsija, dettalji dwar il-proċess tal-għażla għall-iżvilupp ta’ din il-
website
u dwar kemm ġiet tiswa diġà ingħataw preċedentement. Nistieden l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23507, 23668 u 24813 tal-Għaxar Leġislatura.
Fir-rigward tal-parti d) tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-
website
tirċievi medja ta’ madwar 8000 viżitatur kuljum, u li mill-ewwel ta’ Jannar 2008 ’l hawn kienu reġistrati ’il fuq minn 2.65 miljun viżitatur. In-numru ta’
hits
fl-istess perjodu ammontaw għal madwar 236 miljun.
Fir-rigward tal-parti e) tal-mistoqsija, nikkonferma illi l-
portal
joffri l-opportunità lit-turist prospettiv li jirriserva akkommodazzjoni f’lukanda jew li jikri karozza tal-kiri. Il-
portal
joffri diversi mezzi kif wieħed jista’ jagħmel dan, fosthom li juża’ il-
booking engine
li tinstab fuq is-sit stess. Meta jintuża dan is-servizz, il-lukanda jew kumpanija tal-karozzi li tibbenefika mill-
booking
, tħallas perċentwali lill-MTA. Dan ma japplikax fil-każ ta’
bookings
li jsiru direttament mal-lukanda jew mal-kumpanija tal-kiri tal-karozzi, jew permezz ta’ siti oħrajn li joffru dan is-servizz, anke meta il-klijent ikun wasal għandhom permezz ta’
link
minn fuq il-
portal
tal-
MTA.
Fir-rigward tal-parti f) tal-mistoqsija, dan is-servizz huwa suġġett għall-istess kontrolli li għandhom il-funzjonijiet kollha tal-Awtorità, inkluż il-possibbiltà ta’ verifiki interni u mill-awditur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 u jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbżu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4038 u jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi impurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra iż-żewġ listi bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Dawn il-listi jikkonsistu biss dwar karozzi reġistrati. Rigward karozzi mpurtati nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Wara li esponenti tal-Gvern kienu rrappurtati li taw garanzija lid-dilettanti tal-karnival li kienu jaħdmu fil-Forti Sant Iermu, li wara l-karnival ta' Frar li ġej, ser ikunu rilokati f'inħawi oħra, tista' l-Ministru tikkonferma din il-wegħda li saret lil dawn id-diletanti? Tista' tindika l-inħawi fejn il-gvern qed jaħseb li joffri lil dawn id-dilettanti biex ikomplu bid-delizzju tagħhom li jifforma parti integrali mill-kultura ta' pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ħaddiema tal-karrijiet tal-Karnival sa jkunu jistgħu iwettqu x-xogħol tagħhom fil-Forti Sant’Iermu sakemm il-Gvern isibilhom siti alternattivi u adegwati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi proġett ippjanat biex jindirizza l-problema kbira tat-traffiku li jinġabar ħdejn ir-roundabout ta' Triq Xintill li tinsab eżatt bejn il-lokalitajiet ta' Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid? Jekk iva, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT konxja mill-problemi ta’ kongestjoni tat-traffiku f’din il-junction importanti. Min naha tagħha l-ADT qed tevalwa diversi alternattivi għall-titjib ta’ din il-junction . Dan il –proċess għadu fi-stadju preliminari.
Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - servizz tad-drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4041, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent milli tieħu deċiżjoniji fuq l-applikazzjoni relatata ma' dan il-każ li qed jara numru ta' familji mingħajr servizz permanenti tad-drenaġġ minkejja li ilhom 18-il sena li ħallsu r-road contribution? Għall-preċiżjoni qed nirreferi għall-parti t'isfel ta' Triq it-Telleritu f'Ħal Għaxaq.
B'referenza għat-tnedija tal-website 'visitmalta.com' jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Min għamel ix-xogħol fuq din il-
website
?
b) Kemm ħallset l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal dan ix-xogħol?
ċ) Jekk kenitx ħarġet offerta biex jiġi magħżul min ser jagħmel dan ix-xogħol?
d) Kemm ikun hemm hits fil-ġimgħa fuq dan il-portal?
e) Jekk tingħatax kummissjoni għal kull booking li jsir permezz ta' din il-website? Jekk fl-affermativ, lil min?
f) X'kontrolli hemm biex l-awtorità tassigura trasparenza assoluta fit-tħaddim ta' dan is-servizz?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 u jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4038 u jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi impurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi mpurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.