Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5898 u jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?
Peress li fil-passat, Ministru tal-gvern kien tkellem dwar il-ħsieb li jiġu żviluppati residenzi għal skop soċjali fis-sit fejn sal-lum hemm il-ground ta' Pace Grasso (ex-schreiber) f'Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bl-istess ħsieb jew jekk bidilx il-pjanijiet tiegħu dwar din iż-żona? Jekk il-pjanijiet għadhom l-istess, jista' jgħid fejn wasal il-proċess? Jekk il-pjanijiet inbidlu, jista’ jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern attwali għal din iż-żona u fejn waslu l-pjanijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 2919 u nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7510, peress li fit-tweġiba datata 1 ta' April, il-Prim Ministru ta l-impressjoni li ma jafx fuqiex qed issir mistoqsija parlamentari 7510, nixtieq nirreferih għal mistoqsija parlamentari 6731. Filwaqt li fil-Parlament fit 23 ta' Marzu, il-Ministru responsabbli wieġeb li l-informazzjoni mitluba għal mistoqsija parlamentari 6731 qed tinġabar (u s'issa din baqgħet ma ġietx imwieġba), kważi l-informazzjoni kollha mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienet pubblikata fil-ġurnal The Times fil-ħarġa tat-3 ta' Marzu, fejn il-ġurnalist indika li kiseb l-informazzjoni mingħand ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-atteġjament fil-konfront tal-ħidma parlamentari tad-deputati fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni huwiex aċċettabbli għalih?
Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter
Question
Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien?
Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus shelter fi Triq il-Palma inqala’ mill-Awtorità fuq talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan il-bus shelter kien fi stat perikoluż. Ir-responsabbiltà tat-tqegħid mill-ġdid tal-imsemmi bus shelter hija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan jinsab f’ żona residenzjali.
Fir-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija Parlamentari nru.5171, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 2565.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet jeżistu biex gassijiet li jintużaw f'sistemi tal-arja kkundizzjonata fl-impjanti kbar li jaħdmu b'chillers, liema gassijiet huma teknikament magħrufa bħala 400C u 410A, jiġu skartati u mwarrba? Dawn it-tip ta' gassijiet, qed jintremew lokalment jew iridu jiġu mibgħuta barra minn Malta? Jekk is-sitwazzjoni hija li jintbagħtu barra minn Malta, hemm xi forma t'għajnuna biex kumpanniji nvoluti f'dan is-settur, jiġu inċentivati jiġbru dawn il-gassijiet, fl-aħħar interess tal-ambjent minflok jitilqugħhom fl-arja biex jiffrankaw xogħol u spejjeż żejda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ‘l-Wasteserv Malta Ltd.’ hija l-Kumpanija responsabbli għall-ġbir u immaniġjar ta' dawn il-gassijiet meta jkunu waslu biex jintremew. Minħabba li f'Malta m'għandniex il-faċilitajiet biex dawn il-gassijiet jiġu distrutti jew irriċiklati, Wasteserv Malta Ltd. qegħda tiġbor u taħżen dawn il-gassijiet miġjuba lilha mill-industrija kkonċernata.
Fl-aħħar komunikazzjoni li l-MEPA kellha ma’ Wasteserv Malta Ltd., il-MEPA kienet infurmata li l-gassijiet li l-Wasteserve ġabret sa issa huwa limitat u mhux vijabbli li tesportah imma għalissa qed tistorjah. Għalhekk, s’issa għadu qatt ma ġie esportat l-ebda gass għad-distruzzjoni jew riċiklaġġ.
Għar-rigward ta' inċentivi u għajnuna (finanzjarja jew oltre) għall-kumpaniji u l-industrija in ġenerali, il-MEPA ma taf bl-ebda forma ta' dawn it-tip ta' mekkaniżmi ta' assistenza. Għaldaqstant, il-Wasteserv qegħda tkun ikkonsultata fuq dan il-punt minħabba illi jista’ jkun hemm xi pjanijiet għal skemi ta' assistenza min-naħa tagħha.
Huwa minnu li ngħatat xi ordni biex eżamijiet għal kanċer tas-sider, teknikament magħrufa bħala mammogram, jkunu jistgħu jsriu biss meta t-tabib kuranti jkun ikkonferma dijanjosi li jkun feġġ dan it-tip ta' kanċer fuq pazjenta? Il-Ministru huwa konxju tal-fatt li ntqal lil persuni li marru l-Isptar Mater Dei biex jagħmlu mammogram bħala prekawzjoni wara xhur ta' stennija, li dan it-test mhux ser isirilhom minħabba ordni ta' dan it-tip?
Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari ma tingħatax minkejja li jkunu għaddew ġimgħat sħaħ minn meta saret, bl-iskuza li l-informazzjoni għada qed tinġabar, meta jiem qabel uffiċjal għoli tal-Gvern ippubblika l-istess informazzjoni f'ġurnal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal-liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Commuted Parking Payment Scheme
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Liema huma dawk il-lokalitajiet li għalihom l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tapplika il-
Commuted Parking Payment Scheme
(CPPS)?
b) Kemm inġabru flus mill-awtorità taħt din l-iskema minn meta bdiet titħaddem?
ċ) Kif dawn il-fondi miġbura b'din l-iskema, ġew użati mill-awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-lokalitajiet li għalihom l-Awtoritàa ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tapplika il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) huma:
San Ġiljan
Tas-Sliema
Il-Belt Valletta
Il-Furjana
Il-Ħamrun
Il-Mosta
Ir-Rabat, Għawdex
Birkirkara
San Pawl il-Baħar
Raħal Ġdid
San Ġwann
Il-flus li nġabru mill-Awtorità taħt din l-iskema minn meta bdiet titħaddem sal-31 ta' Diċembru 2008 jammontaw għal €10,657,430.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-flus li nġabru mill-Awtorità taħt din l-iskema u kif dawn il-fond ġew użati fl-iskema rispettiva.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux pjani biex iż-żona kollha fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa tiġi embellished u tingħata l-attenzjoni bħala żona b'aspett turistiku, aktar u aktar meta ta' kull ġimgħa operaturi tat-turisti jniżżlu coaches mimlija turisti jsegwu t-tiġrijiet taż-żwiemel f'dawn l-inħawi? L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qatt ikkunsidrat li tgħid biex din iż-żona tiġi upgraded biex tiġrijiet taż-żwiemel ikunu jistgħu jiġu rreklamata aktar bħala attrazzjoni oħra għat-turisti li jżuru l-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa issa ż-żona fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa mhiex fil-pjani tal-MTA bħala żona indikata għall-embellishment mil-lat turistiku. Ninsab infurmat madankollu li saru xogħolijiet ta’ upgrading fl-inħawi għal dak li jirrigwarda flood relief. Dan ix-xogħol iservi ta’ bażi siewja jekk fil-futur jiġi deċiż li ż-żona tiġi trattata mil-lat turistiku wkoll.
Public Broadcasting services — Extended Public Service Obligations
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6614, huwa possibli li l-Ministru telenka liema kienu dawk il-programmi f'kull kategorija msemmija, li xxandru fuq il-Public Broadcasting Service bejn Ottubru 2008 u Settembru 2009 li għalihom ġew stanzjati l-fondi indikati u li kienu parti mill-vot tal-EPSO (Extended Public Service Obligation)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-programmi li potenzjalment huma eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il- ġeneri:
· Programmi tat-tfal
· Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti
· Drama
· Programmi edukattivi, kulturali u ta’informazzjoni ġenerali
· Programmi Għawdex/Maltin ta’barra
· Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
· Programmi reliġjużi
· Transmissjonijiet tal-Parlament
Iżda f’dawn l-aħħar snin il-PBS mhux dejjem talbet fondi għal kull programm li jaqa’ taħt dawn il-kategoriji.
Il-fondi jiġu allokati skond il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru. Il-lista finali tal- programmi tiġi pprovduta wara li jiġi ffinalizzat l-awditjar.
Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-policy dwar xogħol ta' refurbishing fl-iskejjel tal-Gvern, fis-sens jekk dan ix-xogħol għandux isir waqt li l-iskejjel ikunu bil-vaganzi jew le? Il-Ministeru huwa konxju li fl-aħħar ġimgħat meta l-iskejjel ma kienux bil-vaganzi, sar xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq? Jekk dan jirriżulta fl-affermativ, tista' tara li jekk dan ix-xogħol mhux urġenti, jitwaqqaf u jitkompla fil-vaganzi biex jiġi evitat kull tip ta' periklu għat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-policy dwar ix-xogħol ta’ refurbishment fl-iskejjel hija din:
Jekk ix-xogħol ikun meħtieġ minħabba periklu għas-saħħa, jsir b’mod immedjat;
Jekk ix-xogħol hu żgħir u jista’ jsir mingħajr ma jtellef it-tagħlim, isir fi żmien l-iskola;
Jekk ikun xogħol kbir li jtellef it-tagħlim, isir fis-sajf.
Fil-każ tal-iskola ta’ Ħal Għaxaq, ix-xogħol fil-kurituri se jsir fil-vaganzi. Biex sar ix-xogħol tal-klassijiet, kien hemm spustjar tat-tfal minn klassi għal oħra u ma kien hemm l-ebda telf ta’ lezzjonijiet jew periklu għat-tfal.
Wieħed jifhem li ma tistax tħalli x-xogħol ta’ refurbishment meħtieġ kollu għas-sajf.
Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Servizz tad-drenaġġ
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 4469 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġieba għal din il-mistoqsija u jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq din is-sitwazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA irċeviet applikazzjoni - 'Sewer main extension at Ta' L-Andar and Il-Hareb areas' f'Triq Ta' Telleritu u mhux Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq kif ġie indikat fil-mistoqsija parlamentari PQ 4469.
Ir-rapport fuq din l-applikazzjoni wasal biex jiġi magħluq, u f'qasir żmien ser jintbagħat kopja ta' dan ir-rapport lil perit u lill-applikant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar madwar sena ilu fuq it-Triq il-Ġerejja l-Marsa? Dan ix-xogħol ġie ċertifikat mill-awtorità kompetenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux pjani biex iż-żona kollha fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa tiġi embellished u tingħata l-attenzjoni bħala żona b'aspett turistiku, aktar u aktar meta ta' kull ġimgħa operaturi tat-turisti jniżżlu coaches mimlija turisti jsegwu t-tiġrijiet taż-żwiemel f'dawn l-inħawi? L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qatt ikkunsidrat li tgħid biex din iż-żona tiġi upgraded biex tiġrijiet taż-żwiemel ikunu jistgħu jiġu rreklamata aktar bħala attrazzjoni oħra għat-turisti li jżuru l-pajjiż?
Tista' l-Ministru tispjega għalfejn xogħol li kien inbeda madwar tliet snin ilu biex jiġi restawrat parti mis-swar taċ-Ċitadella, issa ilu għal bosta xhur wieqaf bil-konsegwenza li fl-istess żona qed tirrenja dehra ta' telqa, abbandun, ħmieġ u mismanagement assolut f'post li huwa t'attrazzjoni kbira għat-turisti li jżuru Għawdex? Tista' tindika data meta dan ix-xogħol ser ikun jista' jitkompla u fuq kollox jitlesta biex jitneħħew l-istrutturi li ilhom għal żmien twil fil-post?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq l-armar tal-iskaffolding biex ikun jista jitkompla ix-xogħol ta' restawr.
Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter
Question
Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien?
Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Servizz tad-drenaġġ
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 4469 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġieba għal din il-mistoqsija u jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq din is-sitwazzjoni?
Peress li l-mistoqsija parlamentari 4040 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur u nofs minn meta l-Ministru wieġeb risposta tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk issa jinsabx f'pozizzjoni li jindika progress fuq din is-sitwazzjoni fiż-żona ta' Landar Ħal Għaxaq li ilha pendenti għal 18-il sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Public Broadcasting Services — Public Services Obligations
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 3884, tista' l-Ministru tispjega:
a) Kif il-Public Broadcasting Services skond kif qalet hi, qed tippjana biex tuża bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010 il-€1,164,000 li ġew approvati għal użu matul is-sena 2009 bħala Public Service Obligations?
b) Liema fondi ser tkun qed tuża l-Public Broadcasting Service biex taqdi l-obbligi tagħha li jaqgħu taħt Pulic Service Obligation bejn Jannar 2009 u Settembru 2009?
ċ) Tindika kif il-Public Broadcasting Service użat il-vot li kien approvat għal użu ta' Public Service Obligation għas-sena 2008 u dan billi telenka liema kienu x-xandiriet u kemm kienu l-ispejjeż biex dawn ixxandru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull sena l-Gvern jagħti direttivi lill-PBS dwar x’tip ta’ programmi ta’ servizz pubbliku jistenna u kemm għandhom jiġu allokati fondi mill-kontribuzzjoni EPSO (Extended Public Service Obligations) għal kull ġeneru. Għal bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010, il-Gvern ta din id-direzzjoni.
Ġeneru
€
%
Programmi tat- tfal
221,291
19
Programmi ta’diskussjoni u ġrajjiet kurrenti
139,762
12
Drama
104,822
9
Programmi edukattivi,kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
291,172
25
Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra
58,234
5
Trasmissjonijiet ta’ġrajjiet ta’karattru nazzjonali
232,937
20
Programmi Reliġjużi
81,528
7
Trasmissjoni tal-Parlament
11,647
1
Fond ta’ kontinġenza
23,294
2
Nixtieq nagħmilha ċara li dawn iċ-ċifri huma biss indikattivi u mhux finali. Fil-fatt tul is-sena l-PBS u l-Ministru jkollhom laqgħat regolari biex jiddiskutu l-andament tal-programmi EPSO u minn żmien għal żmien jista’ jsir tibdil fl-ammonti imsemmija għal ġeneri speċifiċi. Matul is-sena jista’ jiġri li d-dħul mir-reklamar mistenni minn ċerti ġeneri jonqos jew jiżdied. Għalhekk isiru l-aġġustamenti neċessarji biex jiġi assikurat li l-pubbliku jkun qiegħed jieħu l-aħjar servizz possibbli għall-flus li jingħataw mill-Gvern.
Il- Ministeru jagħti direttivi lill-PBS skond is-sena finanzjara tal-PBS jiġifieri
bejn Ottubru u Settembru tas-sena ta’wara. Għas-sena Ottubru 2008 sa Settembru 2009, il-linji indikattivi tal-Gvern dwar kif għandu jsir l-infiq huwa ta’ li ġej. Kif spjegata aktar il’fuq, matul is-sena aktarx li jkun hemm ċaqliq minn ġeneru għal-ieħor. Iċ-ċifri eżatti jkunu jistgħu jingħataw wara li jsir l-awditjar taċ-ċifri meta tispiċċa s-sena.
Ġeneru€%
Programmi tat- tfal
256,231
22
Programmi ta’diskussjoni u grajjiet kurrenti
174,703
15
Drama
139,762
12
Programmi edukattivi,kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
209,644
18
Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra
58,234
5
Trasmissjonijiet ta’grajjiet ta’karattru nazjonali
209,644
18
Programmi Reliġjuzi
81,528
7
Trasmissjoni tal-Parlament
11,647
1
Fond ta’ kontinġenza
23,294
2
Bhalissa qiegħed isir l-awditjar fuq kif intefqet il-kontribuzzjoni li ta l-Gvern għall-programmi ta’ servizz pubbliku għas-sena Ottubru 2007 sa Settembru 2008. Kif dan jiġi ffinalizzat il-Ministeru jippublika kemm kienet il-kontribuzzjoni ġeneru b’ġeneru u l-lista bl-isem tal-programmi li jibbenifikaw minn kull ġeneru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li mhux kulmin għandu xi forma ta' benefiċċju soċjali, għandu dritt jitlob li l-ħlas għal kull għajnuna jsir b'sistema ta' direct debit fil-kont tal-individwu f'xi wieħed mill-banek? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid liema huma dawk il-benefiċċji li l-ħlas tagħhom irid jiġi mibgħut bil-posta u mhux b'sistema ta' direct debit? Hemm xi raġuni partikolari għal din il-pozizzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa minnu li mhux fil-każijiet kollha wieħed għandu d-dritt li jitlob li l-ħlas ta’ kull għajnuna isir b’sistema ta’ direct credit, jiġifieri l-ħlas issir direttament fil-kont bankarju ta’ l-individwu f’xi wieħed mill-banek. Din il-policy li ma’ jirċievux il-pagamenti bis-sistem direct credit hija biss għal dawk il-benefiċċji mhux kontributorji, jiġifieri dawk il-benefiċċji li wieħed irid jissodisfa t-test tal-mezzi biex jikkwalifika għalihom. Din il-miżura kienet ittieħdet minħabba abbużi li-kienu qed iseħħu, fejn benefiċċjarji kienu jsiefru mingħajr ma’ jirrapurtaw u b’hekk jibqgħu jirċievu l-benefiċċju mingħajr ma’ jkollhom dritt għalih. Dawk li kienu diġa qegħdin jirċievu dawn il-benefiċċji qabel ma’ giet introdotta din il-miżura, baqgħu jirċievu l-pagament direct credit. Il-benefiċċji mhux kontributorji huma dawn li ġejjin:-
Għajnuna għal mard
Għotja għal Halib
Għajnuna Soċjali
Pensjoni ta’ l-Eta’ AP
Pensjoni tal-Wens
Pensjoni tad-Disabilta DP.
Din hi s-sitwazzjoni. Billi hi l-proċedura tagħna li jekk jkun il-pagament isir permezz ta' direct credit, se jkun hemm revizjoni tas-sistema tal-pagamenti.