Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: ln-vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8806, jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet se jnaddaf u jieħu ħsieb l-oqbra puniċi li hemm fl-inħawi t'Għajn Dwieli, limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-art fuq liema jinsabu dawn l-oqbra punici għadha qed tigi akkwistata mill-Gvern. Minħabba l-fatt li dan is-sit għandu valur arkeoloġiku, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ser tieħu passi biex tikteb lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sabiex jiġi deċiż l-aħjar mod kif dan is-sit u l-fdalijiet li hemm fihom, jiġu preservati.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7488, jista' l-Ministru jispeċifika għal liema xogħol ingħatat id-direct order ta' €351, 828.00 lil Galaxy Limited; € 344,560 lil SG Solutions Limited u dik ta' €365,000,00 lil Nuctech Hong Kong Co. Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif mogħtija hawn taħt:
v Ix-xogħol li ngħata b'
direct order
ta' €351, 828 lil
Galaxy Limited
fi Frar 2008 kien għal 15 il-miljun bolla tas-sisa għall-pakketti tas-sigaretti (
tobacco excise stamps
). Din id-
direct
order
saret biex tkopri l-bżonn immedjat għal dawn il-bolol sakemm sussegwement ġie finalizzat il-proċess, li dak iż-żmien kien għadu għaddej u li ġie ffinalizzat ftit tax-xhur wara, ta'
period contract tender
tad-Dipartiment tal-Kuntratti , liema tender kienet taħseb għal kwantita' minima ta' 30 miljun bolla kull sena fuq medda ta' erba snin.
v Ix-xogħol li ngħata permezz ta' żewġ
direct orders
f'Novembru 2008
,
kollettivament ta' €344,560 lil
SG Solutions Limited,
kien waħda għal proviżżjoni ta' tisħiħ għas-sistema diġa' eżistenti tat-TARIC database sabiex tinkorpora l-informazzjoni loġika dwar il-quota, u l-oħra għax-xiri ta' Tariff Quota System li taħdem flimkien mal-ewwel sistema msemmija .
SG Solutions Limited
huma l-aġenti f'Malta ta'
Bull Limited
, li huma l-produtturi tas-sistema msemmija.
v Il-kuntratt ma’ Nuctech Company Ltd hu forma ta’ operating lease fuq medda ta’ tmien snin għal €365,000 fis-sena għall-provvista ta’ mobile container x-ray scanner biex jintuża mid-Dipartiment tad-Dwana. Dan il-kuntratt għandu s-sapport tal-Gvern Ċiniż taħt il-ftehim bilaterali
Agreement on Cooperation between the Government of Malta and the Government of the People’s Republic of China Against Illicit Traffic in and Abuse of Narcotic Drugs and Psychotropic Substances.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar għajnuna għal irranġar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam tul l-aħħar sentejn? Kemm kien l-ammont kumplessiv li ngħatat f'għajnuna? F'liema lokalitajiet kienu joqogħdu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema? L-ammonti kollha mwiegħda, tħallsu? Hemm min għamel l-ispejjeż u għadu qed jistenna l-għajnuna finanzjarja mwiegħda mill-Awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2007 / 2008, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, irċiviet 914 applikazzjoni valida biex jibbenefikaw mill-iskema tal-għajnuna għall-irranġar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam. Dawn l-applikazzjonijiet kienu f'żoni ta' Konservazzjoni Urbana u bini skedat fl-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex kollha. L-ammont komplessiv li ngħata f'għajnuna hu ta' € 1,196,050. Sa dan il-mument uħud mill-ammonti għadhom ma tħallsux.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: ln-vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8806, jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet ser inaddaf u jieħu ħsieb l-oqbra puniċi li hemm fl-inħawi t'Għajn Dwieli, limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) Kemm mill-bidu tal-2008 s'issa telgħu persuni għat-
test
biex jiksbu l-liċenzja tas-sewqan kemm għal karozzi kif ukoll għal muturi?
b) Kemm minn dawn għaddew ma' l-ewwel darba, mat-tieni darba, mat-tielet darba jew m'aktar drabi li telgħu għat-test?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-bidu tal-2008 s’issa telgħu 17,285 għat-test, fosthom kien hemm 918 testijiet tal-muturi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 1-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx xi żona partikulari fejn Maltin li għandhom caravans u barranin li jiġu f'pajjiżna b'caravans ikunu jistgħu jikkampjaw għal ftit jiem mingħajr il-ħtieġa li jħallsu lil xi sid privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika fejn? Jekk fin-negattiv, jista' jindika jekk il-Gvern għandux ħsieb li jaħseb f'żona għal dan l-użu fid-dawl tal-fatt li dawn it-tip ta' siti għall-kampeġġ qed jiżdiedu bil-bosta f'pajjiżi oħra għal skop ta' turiżmu intern u dak li jiġi minn barra l-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma teżisti l-ebda reġistrazzjoni ta’ art bi skop biex tintuża bħala caravan site.
Madanakollu, l-Kummissarju tal-Artijiet wasal fl-aħħar fażijiet biex jiffirma ftehim temporanju għal perjodu tas-sajf għall-użu ta’ sit f’Baħar iċ-Ċagħaq biex ikun jista’ jintuża bħala
caravan site
.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp illegali
Question
ln-Vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8549, jista' l-Prim Ministru jgħid x'żamm u għalfejn s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadhet l-ebda passi fil-konfront tal-iżvilupp illegali li twettaq mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika f 'Kordin , erba' snin ilu, liema żvilupp kien inħariġlu enforcement notice 223/05 fis-sena 2005? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Lulju 2006 kienet irrifjutat l-applikazzjoni li għamel id-dipartiment biex jirregolarizza ruħu wara din it-twissija, iżda s 'issa d-Dipartiment tal-lndafa Pubblika għadu jippersisti f 'din l-illegalità u minn naħa tagħha l-Awtorità baqgħet kompjaċenti u m'għamlet xejn, hijiex konferma ta' kemm il-awtorità tuża s-saħħa ma' minn huwa żgħir iżda tibqa' ċassa biex taġixxi fil-konfront ta' min huwa b'saħħtu, inkluż Dipartimenti tal-Gvern?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar għajnuna għal irrangar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam tul l-aħħar sentejn? Kemm kien l-ammont kumplessiv li ngħatat f'għajnuna? F'liema lokalitajiet kienu joqogħdu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema? L-ammonti kollha mwiegħda, tħallsu? Hemm minn għamel l-ispejjeż u għadu qed jistenna l-għajnuna finanzjarja mwiegħda mill-Awtorità?
MCAST — Korsijiet għal studenti b'diżabilità intelletwali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistux korsijiet fl-MCAST għal studenti li jkollhom xi forma ta' diżabilità intelletwali? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid liema huma dawn il-korsijiet, kemm applikaw għalihom fl-aħħar tliet snin u kemm kienu dawk li ġew aċċettati f 'dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fost il-programmi ta’ studju, l-Kulleġġ Malti tal-Arti Xjenza u Teknoloġija joffri kors speċjaliżżat għal persuni b’diżabilita’ intelletwali minn dik minima għal moderata.
Dan il-programm ta’ taħriġ għal ħajja aktar indipendenti u b’xejra vokazzjonali huwa mifrux fuq sentejn.
Fl-aħħar tliet snin applikaw tmienja u t-tmienja kienu aċċettati ħlief għall-aħħar sena 2008 – 2009 fejn applikaw sebgħa u ħamsa ġew aċċettati. Ir-raġunijiet għalfejn żewġ studenti ma ġewx aċċettati kienu li l-programm ma kienx addattat għalihom fis-sens li l-ħtiġijiet tagħhom kienu ferm aktar minn dak li jista’ joffri l-programm.
Preparazzjoni għal dan il-kors ma’ dawk kollha interessati issir matul is-sena ta’ qabel u għalhekk l-istudenti flimkien mal-ġenituri jkunu jafu minn qabel jekk il-programm hux addattat għalihom jew le.
ln-vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8806, jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet ser inaddaf u jieħu ħsieb l-oqbra puniċi li hemm fl-inħawi t'Għajn Dwieli, limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport m’hux responsabbli għad-Dipartiment tal-Artijiet u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8163.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — enforcement notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jindika kemm suppost jgħaddi żmien minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ enforcement notice għal meta tittieħed azzjoni mill-istess awtorità jekk l-ordni tagħha tkun ġiet injorata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li ż-żmien skond il-liġi ta' meta għandhom jittieħdu dawk il-passi sabiex l-art titreġġa' lura għall-istat li kienet qabel ma sar l-iżvilupp illegali, hu dak ta' mhux inqas minn 15-il ġurnata u mhux iżjed minn 30 ġurnata, skont kif ikun speċifikat fl-Avviż ta' waqfien u twettiq (stop and enforcement notice).
Dan il-perjodu jibda jgħodd mid-data ta' meta jkun ġie notifikat l-Avviż. Jekk matul dan iż-żmien jew qabel ma tkunx ġiet sottomessa applikazzjoni li tirregolarizza l-illegalita jew ma jsirx appell fi żmien 15-il jum minn meta jiġi notifikat l-avviż, u l-avviż jiġi njorat, il-każ jiġi nkluż fil-lista t'azzjoni diretta.
Minn hemm l-Awtorità taġixxi fiż-żmien oppurtun. Dan mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li tista' tittieħed mill-istess Awtorità sabiex jitwaqqaf kull użu ta' art jew kull operazzjoni ta' bini jew operazzjoniijiet oħra fuq l-istess art, liema waqfien ta' użu jew xogħolijiet jidħol fis-seħħ immedjatament malli jiġi servut l-Avviż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi nisa fil-Benefit Fraud Investigation Directorate u jekk jaħsibx li huwa ġust li jintbagħtu żewġ spetturi rġiel biex jagħmlu spezzjonijiet għand dawk li qed jieħdu l-benfiċċju ta' single mothers u jinsistu li jaraw il-gwardarobba u l-ħwejjeġ personali ta' dawn in-nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm żewġ spetturi nisa jaħdmu fid-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni). Naħseb li huwa ġust li l-benefiċċji soċjali għandu joħodhom biss min verament huwa intitolat għalihom u għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma dan. Id-Direttorat, permezz ta’ l-investigazzjonijiet li qiegħed iwettaq skont il-poteri mogħtija taħt l-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318), qiegħed jikkontribwixxi biex inaqqas l-abbużi fil-ħruġ ta’ benefiċċji soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx xi żona partikulari fejn Maltin li għandhom caravans u barranin li jiġu f'pajjiżna b'caravans ikunu jistgħu jikkampjaw għal ftit jiem mingħajr il-ħtieġa li jħallsu lil xi sid privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika fejn? Jekk fin-negattiv, jista' jindika jekk il-Gvern għandux ħsieb li jaħseb f'żona għal dan l-użu fid-dawl tal-fatt li dawn it-tip ta' siti għall-kampeġġ qed jiżdiedu bil-bosta f'pajjiżi oħra għal skop ta' turiżmu intern u dak li jiġi minn barra l-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7488, jista' l-Ministru jispeċifika għal liema xogħol ingħatat id-direct order ta' €351, 828.00 lil Galaxy Limited; € 344,560 lil SG Solutions Limited u dik ta' €365,000,00 lil Nuctech Hong Kong Co. Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7488, jista' l-Ministru jispeċifika għal liema xogħol ingħatat id-direct order lil Fiott Advocates u li għalih dawn tħallsu €81.53 għal kull siegħa xogħol u €582.34 għal kull ġurnata xogħol barra minn Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-direct order tirrigwardja servizzi professjonali provduti minn Fiott Advocates in konnessjoni mat-trattat fuq taxxa doppja ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u reviżjoni ta’ trattati simili mal-Libja u ċ-Ċina u trattati eżisenti oħra li jiġu ndikati minn dan il-Ministeru. Dawn is-servizzi jinkludu preparazzjoni għan-negozjati u parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet mal-pajjizi konċernati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8163, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, b'mod kumpless, il-Gvern ħallas flus f'sussidji lill-kumpanniji kollha li jħaddmu titjiriet minn u lejn Malta fuq bażi low cost?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5898 u jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema ta’ finanzjament lill-linji tal-ajru titħaddem skond il-Community Guidelines on Financing of Airports and Start-up Aid to Airlines Departing from Regional Airports.
Din l-iskema tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha, u tiġi mogħtija lill-offerta l-aktar attrajenti in termini ta’ frekwenza ta’ servizz u assistenza mitluba. Ladarba l-ammont ta’ assistenza jkun stabbilit, u dan ivarja minn rotta għal oħra, l-ammont dovut jiġi kalkulat fuq kull passiġġier li jinġarr fuq ir-rotta. M’huwiex possibbli li jingħataw id-dettalji mitluba għaliex huma suġġetti għall-kuntratti li jgawdu minn kunfidenzjalità ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'tip ta' pilloli kienu dikjarati out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk hemm, liema minn dawn għadhom out of stock?