Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħaġa li qed iżżommu milli jaċċetta li l-Forum Unions Maltin jibdew ikunu rappreżentati fl-MCESD?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Biex issir bidla jew żieda fil-membri tal-Kunsill hemm bżonn li jkun hemm emenda fl-att li waqqaf l-MCESD.
Il-kompożizzjoni tal-Kunsill kif indikata f’dan l-att saret wara qbil bejn l-imsieħba soċjali.
Għalhekk il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jressaq emenda għal dan l-att biex ikun hemm bdil fil-kompożizzjoni tal-Kunsill jekk ikun hemm qbil bejn l-organizzazzjonijiet kollha rappreżentati fl-
MCESD
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise għandhiex xi pjanijiet ta' żvilupp fiż-żona industrijali ta' San Ġwann b'konnessjoni mal-qasam tal-mediċina? Jekk fl-affermativ, jista' jindika jekk hux ser ikun hemm fabbriki li ser ikollhom jiġu riallokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Il-Malta Enterprise se tibni “Life Sciences Centre” ġewwa San Gwann, liema proġett ser isir fuq żona ta’ 30,000 metru kwadru u li huwa parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett huwa mmirat li jitlesta sal-2013. Dan jista jfisser li ċerta fabbriki jiġu rilokati u fil-fatt diġa inbdew diskussjonijiet ma’ xi inkwilini sabiex jiġu rilokati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn f'residenza tkun tgħix persuna waħedha, qed jiġi indikat (fil-parti ta' kemm ikunu joqogħdu persuni f'dik l-abitazzjoni) li ma jkun qed jgħix ħadd f'dak l-indirizz minkejja li l-kontijiet preċedenti huma kollha mħallsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpaniji ġodda li taw bidu għall-attività tagħhom fil-pajjiż fl-aħħar 18-il xahar? Kemm minn dawn huma b'investiment lokali u kemm minnhom huma b'investiment barrani u kemm ġew impjegati ħaddiema f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Użu tal-Ambulanza għal sptar privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn fl-aħħar ġimgħat, f'diversi okkażjonijiet pazjenti tal-Isptar Mater Dei, kellhom jinħarġu mill-isptar b'ambulanza biex ittieħdu fi sptar privat ħalli jsirilhom l-eżami tal-MRI? Kien hemm okkażjonijiet oħra li minħabba ħsarat fl-apparat tal-Isptar Mater Dei kellha tiġi esegwità din il-prassi? Jekk fl-affermativ, kemm-il darba u għal liema raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-magna ta’ l-MRI żvillupatilha ħsara u sakemm ġiet irranġata żewġ pazjenti intbagħtu fi sptar privat biex isirilhom eżami bl-MRI. Ma kienx hemm okkazzjonijiet ohra li fl-Istpar Mater Dei kellha tiġi esegwita din il-prassi minħabba ħsarat fl-apparat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Drenaġġ huwiex konxju mill-problemi li qed jiffaċċjaw kontinwament ir-residenti ta' Triq is-Sajjieda, fil-Marsa li kull meta tagħmel ix-xita qawwija qed jispiċċaw bit-triq mgħarrqa bid-drenaġġ b'konsegwenza ta' periklu għal saħħithom u bosta inkonvenjenzi oħra? Jista' l-Ministru jordna lid-dipartiment jieħu bis-serjetà din is-sitwazzjoni u jirrimedjaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma hija konxja ta' dawn il-problemi. Dan jiġri għaliex ilma mill-bjut mqabbda illegalment mas-sistema tad-drenaġġ iżid l-ammont tal-ilma li jgħaddi mill-mains tad-drenaġġ, liema ammont xi drabi, meta tagħmel xita qawwija, jkun akbar mill-kapaċità li jifilħu dawn il-mains.
Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan nazzjonali biex telimina dawn il-problemi. L-ewwel fażi ta' dan il-pjan għaddejja bħalissa bit-tkabbir tal-Pumping Station tal-Marsa.
Persuni li jgħixu waħedhom — kupuni għall-bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, persuni li jgħixu waħedhom ma rċevew l-ebda kupun biex imorru jiġbru l-bozoz energy saversli suppost kienu intitolati għalihom, minkejja li huma wkoll iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lir-raġuni għaliex xi persuni li jgħixu waħedhom, ma rċevewx il-kupun biex imorru jiġbru l-bozoz energy savers kienet li mhumiex irreġistrati mal-Korporazzjoi għas-Servizzi tal-Ilma skont kif stipulat fin-Notifika tal-Gvern nru 200 tal-2009.
Dawn ġew mgħarrfa sabiex jirreġistraw mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikun jista’ jinħarġilhom il-kupun.
Raħal Ġdid — Pompa għas-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Belt Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ huwiex konxju mill-fatt li minn żmien għall-ieħor, il-pompa li tintuża għas-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid qed toħloq inkonvenjent għar-residenti fis-sens li toħloq vibrazzjonijiet qawwija fid-djar? Nifhem li dan mhuwiex l-ewwel rapport li qed isir fuq din is-sitwazzjoni. Allura jista' d-dipartiment jindika x'sar u jekk hux qed jikkontempla xi ħaġa biex is-sitwazzjoni tkun irranġata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja ta’ dawn il-problemi kull darba li tintefa’ l-pompa li tippompja d-drenaġġ mill-Pumping station tal-Marsa lejn l-Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Sant Antnin, M’Scala. Twaħħlu kontrolli fuq dawn il-pompi biex jimminiżżaw dawn il-problemi.
Il-pjan huwa li dawn il-pompi ma jibqgħux joperaw iktar meta jitlesta l-impjant tad-drenaġġ f’ Ta’ Barkat u għalhekk jingħalaq l-impjant ta’ Sant Antnin u għalhekk dawn il-problemi jispiċċaw darba għal dejjem.
każini tal-baned, każini sportivi, għaqdiet mhux governattivi — bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha każini tal-baned, każini sportivi, għaqdiet mhux governattivi li għandhom bini minn fejn joperaw u oħrajn, ma setgħux jibbenefikaw mis-sistema tal-bozoz energy savers b'xejn, minkejja li huma wkoll iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma u minkejja l-fatt li l-ħidma tagħhom hija primarjament waħda bi skop soċjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fin-notifika tal-Gvern nru 200 tal-2009 kapitlu 2 intitolat “Eliġibiltà” hemm miktub li kull abitazzjoni domestika f’Malta għandha tkun intitolata għal voucher li jista’ jiġi msarraf f’bozoz minn bejjiegħ. Kien għalhekk li numru ta’ każini tal-banda u sportivi ma rċevewx il-kupun għall-bozoz energy saving b’xejn, ġaladarba mhumiex abitazzjoni domestika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi problema biex il-ħaddiema tas-sezzjoni tal-beach cleaners jitħallsu tal-overtime li ħadmu tul l-aħħar xhur? Jekk m'hemm l-ebda problema, jista' jindika meta ser isir dan il-ħlas?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'użu għandhom it-tliet karozzi, tnejn BMW u oħra Peugeot mitluqin għat-trab fil-bini tal-istamperija tal-Gvern, fil-Marsa? Jista' jindika wkoll liema ministeru jew dipartiment għamel użu minn dawn il-vetturi l-aħħar?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8163, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, b'mod kumpless, il-Gvern ħallas flus f'sussidji lill-kumpaniji kollha li jħaddmu titjiriet minn u lejn Malta fuq bażi low cost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din l-iskema tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha, u tiġi mogħtija lill-offerta l-aktar attrajenti in termini ta’ frekwenza ta’ servizz u assistenza mitluba. Ladarba l-ammont ta’ assistenza jkun stabbilit, u dan ivarja minn rotta għal oħra, l-ammont dovut jiġi kalkulat fuq kull passiġġier li jinġarr fuq ir-rotta. M’huwiex possibbli li jingħataw id-dettalji mitluba għaliex huma suġġetti għall-kuntratti li jgawdu minn kunfidenzjalità ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar madwar sena ilu fuq it-Triq il-Ġerejja l-Marsa? Dan ix-xogħol ġie ċertifikat mill-awtorità kompetenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ma għamlet l-ebda xogħol fi Triq il-Ġerrejja, Marsa.
Korporazzjoni Enemalta — persuni ingaġġati jew promossi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn:
a) kemm-il persuna ġiet ingaġġata jew promossa għal grad ta'
chief manager
fil-Korporazzjoni Enemalta? b) X'inhu xogħolhom?
ċ) Kemm hu s-salarju marbut ma' dan il-grad?
d) Hemm aktar allowances u benefiċċji marbuta ma' dan il-grad u jekk fl-affermattiv, x'inhuma u kemm jiswew lill-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sentejn 6 persuni ġew ingaġġati jew promossi għall-grad ta' Chief Officer fl-Enemalta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-kriterju li bih id-dipartiment tal-kunsilli lokali jwaqqaf proġetti ta' ġemellaġġ bejn kunsill lokali u xi entità simili fl-Ewropea u barra dan il-kontinent? Kemm kien hemm każi ta' ġemellaġġi li ġew imblukkati mid-dipartiment u liema kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-kriterji li l-Kunsilli Lokali huma mistennija jimxu magħhom sabiex jagħmlu ġemellaġġi ma’ xi entità simili f’xi pajjiż ieħor huma dawk stabbiliti fl-Avviż Legali 144 ta’ l-2009.
Dawn ir-Regolamenti huma speċifikament dwar Ġemellaġġi u huma bbażati fuq
policy
li kienet ġiet stabbilita permezz ta’ Memo 13/2008 mibgħuta lill-Kunsilli Lokali kollha fit 18 ta’ Ġunju 2008. Din il-
policy
kienet ġiet stabbilita wara diskussjonijiet twal ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Memo 13/2008 u ta’ l-Avviż Legali 144 ta’ l-2009. Il-Kunsilli Lokali li jagħmlu talbiet għall-ġemellaġġi għandhom jimxu strettament mar-rekwiżiti ta’ l-Avviż Legali b’mod partikolari mar-Regolament 4.
Kien hemm każ wieħed biss ta’ talba għall-ġemellaġġ li ma ssodisfatx il-kriterji imsemmija fl-Avviż Legali. Din kienet it-talba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke mal-belt ta’ Anning fiċ-Ċina.
Ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba huma:
1) il-fatt li l-Kunsill ma bgħatx Twinning Work Plan kif ukoll ma tax stima totali tal-ispejjeż involuti fl-imsemmi ġemellaġġ;
2) il-fatt li minkejja li l-Kunsill ma kellu l-ebda awtorizzazzjoni bil-mitktub għal dan il-ġemellaġġ, il-Kunsill kien għamel it-tħejjijiet kollha għaż-żjara fiċ-Ċina; u
il-fatt li minkejja li fil-komunikazzjoni tad-dipartiment intalab speċifikament li kull komunikazzjoni mill-Kunsill relatata ma’ dan is-suġġett, iġġib il-firma kemm tas-sindku kif ukoll tas-Segretarju Eżekuttiv, xorta waħda kull korrispondenza baqgħet tiġi ffirmata biss mis-Sindku.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — compliment tal-gwardjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost li għandu jkun il-complement tal-gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm persuni jaħdmu bħala gwardjani f'din il-faċilità fil-preżent?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ma hemm l-ebda numru pre-stabbilit ta' kemm għandu jkun il-complement tal-gwardjani.
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' ħaddiema huwa kif ġej:-
Assistant Managers: 3
Correctional Supervisors: 4
Senior Correctional Officers: 18
Acting Sen. Correctional Officers: 13
Correctional Officers: 160
Jista' l-Ministru jagħti lista lokalità b'lokalità tal-postijiet tajbin għall-abitazzjoni li fil-preżent huma battala? Jista' jingħad kemm hemm minn dawn il-postijiet f'kull lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita tad-Djar għandha 5 postijiet ġewwa Bormla, post wieħed fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Qormi, San Ġiljan u Sta. Venera u 2 postijiet fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Pieta’ u l-Belt Valletta.
Korporazzjoni Enemalta — persuni ingaġġati jew promossi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn:
a) kemm-il persuna ġiet ingaġġata jew promossa għal grad ta'
chief manager
fil-Korporazzjoni Enemalta? b) X'inhu xogħolhom?
ċ) Kemm hu s-salarju marbut ma' dan il-grad?
d) Hemm aktar allowances u benefiċċji marbuta ma' dan il-grad u jekk fl-affermattiv, x'inhuma u kemm jiswew lill-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.