Ministri, Segretarji Parlamentaru u Deputati li ġew intervistati fuq mezzi tax-xandir
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12200, tista' l-Ministru tgħid liema kriterju ntuża biex f'din il-lista l-coverage mogħti mill-Public Broadcasting Services lill-attivitajiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Ministri u Segretarji Parlamentari, inqasmu bejn attivitajiet uffiċjali u dawk relatati mal-partiti politiċi rispettivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterju li jintuża bejn attivita’ uffiċjali u attività tal-partit hi waħda sempliċi. Kull attivita’ li ssir minn politiku bħala attività tal-partit, titqies bħala attività tal-partit.
Jekk il-Prim Ministru jħabbar investiment bħala Prim Ministru, fl-istatistika titniżżel bħala attività tal-Prim Ministru. Fid-diskorsi tal-Ħadd, meta jitkellem il-Prim Ministru u jiġi rrapurtat, fl-istatistika titniżżel bħala attività tal-partit.
Isir l-istess meta jitkellmu Ministri, fil-vesti uffiċjali jew f’attività tal-partit.
Għal dak li jirrigwarda l-oppożizzjoni l-istatistika li tinżamm timxi fuq l-istess kriterju. L-attivitajiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni jgħoddu għalih waħdu u l-attivitajiet tal-membri l-oħra tal-Oppożizzjoni huma miġbura kollha flimkien.
Peress li jidher li hemm aktar minn verżjoni waħda ta' kif inhu kompost l-MCESD u kemm kull parti rappreżentata f'dan il-kunsill għandha voti, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vot għandhom fl-MCESD kull entità rappreżentata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Att XV tal-2001 li tirregola sija l-kompożizzjoni kif ukoll l-andament tax-xogħol tal-Kunsill Malti għall-Iżvillupp Soċjali u Ekonomiku.
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
Peress li għal mistoqsija parlamentari 11617 li kienet tagħmel referenza għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqisja parlamentari 11401, ingħatat tweġiba li m'għandha x'taqsam xejn mal-kontenut tal-mistoqsija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tqisx il-lokalità ta' Ħal Tarxien bħala lokalità/żona turistika u dan abbażi tal-eluf ta' turisti li jmorru f'din il-lokalità kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minħabba d-daqs ta’ pajjiżna u r-rikezzi naturali u storiċi li għandna tista’ tgħid kull lokalità għandha valur turistiku.
Il-lokalità ta’ Tarxien għandha valur turistiku li joħroġ l-aktar mit-tempji preistoriċi li hemm fih.
Il-ħsieb tal-Gvern u tal-Awtorità tat-Turiżmu hu li jaħdem sabiex joħroġ l-aspetti uniċi u tipiċi tal-lokalitajiet tagħna.
Peress li jidher li hemm aktar minn verżjoni waħda taf kif inhu kompost l-MCESD u kemm kull parti rappreżentata f'dan il-kunsill għandha voti, jista' l-Prim Ministru kemm-il vot għandhom fl-MCESD kull entità rappreżentata?
Korporazzjoni Enemalta — tħaffir ta' mina minn Delimara sal-Marsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta x-xogħol fuq il-mina li l-Korporazzjoni Enemalta ħaffret minn Delimara sal-Marsa? Kemm ġiet tiswa finalment din il-mina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
Peress li għal mistoqsija parlamentari 11617 li kienet tagħmel referenza għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqisja parlamentari 11401, ingħatat tweġiba li m'għandha x'taqsam xejn mal-kontenut tal-mistoqsija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tqisx il-lokalità ta' Ħal Tarxien bħala lokalità/żona turistika u dan abbażi tal-eluf ta' turisti li jmorru f'din il-lokalità kull sena?
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11401, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għall-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, il-lokalità ta' Ħal Tarxien hijiex meqjusa bħala lokalità/żona turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lokalità ta’ Ħal Tarxien għal raġunijiet ta’ ħlas ta’ liċenzji u kontribuzzjonijiet lill-Awtorità tat-Turiżmu m’hix meqjusa bħala lokalità turistika. Dan joħroġ mit-Tieni Skeda ta’ l-Avviż Legali Nru. 87 ta’ l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet għat-Turiżmu ta’ l-2002. (Fees Regulations)
Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ
Question
Jista' l-Ministru jweieġeb mistoqsija parlamentari 8546 u ċioe: Peress li wara ħafna snin, issa nħareġ il-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isir ix-xogħol fuq sistemi tad-drenaġġ u l-bini tat-toroq fl-inħawi ta' Landar u fi Triq Carmelo Rosario Dimech (ex Triq ta' Telleritu) f'Ħal Għaxaq, jista' jindika meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Awtorità dwar it-Trasport se jagħtu bidu għax-xogħol meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fl-inħawi tal-Landar f'Ħal-Għaxaq inbeda.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn f'residenza tkun tgħix persuna waħedha, qed jiġi indikat (fil-parti ta' kemm ikunu joqogħdu persuni f'dik l-abitazzjoni) li ma jkun qed jgħix ħadd f'dak l-indirizz minkejja li l-kontijiet preċedenti huma kollha mħallsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-fatt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu mħallsa m'għandu x'jaqsam xejn man-numru ta' persuni li jkunu indikati li joqgħodu fil-post skont l-istess kont. Fil-fatt in-numru ta' persuni li jkunu murija fil-kont huwa bbażat fuq dak li jkun tniżżel mill-konsumatur fuq il-formula dwar " dikjarazzjoni għal tibdil fin-numru ta' persuni f'residenza".
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10996, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' din il-mistoqsija u ċioe: kemm ġew impjegati ħaddiema f'kull każ ta' kumpaniji ġodda li taw bidu għall-ħidma tagħhom fl-aħħar 18-il xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti l-ismijiet ta' dawn il-kumpaniji sabiex tkun tista tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11401, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għall-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, il-lokalità ta' Ħal Tarxien hijiex meqjusa bħala lokalità/żona turistika?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp illegali
Question
ln-Vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8549, jista' l-Prim Ministru jgħid x'żamm u għalfejn s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadhet l-ebda passi fil-konfront tal-iżvilupp illegali li twettaq mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika f 'Kordin , erba' snin ilu, liema żvilupp kien inħariġlu enforcement notice 223/05 fis-sena 2005? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Lulju 2006 kienet irrifjutat l-applikazzjoni li għamel id-dipartiment biex jirregolarizza ruħu wara din it-twissija, iżda s 'issa d-Dipartiment tal-lndafa Pubblika għadu jippersisti f 'din l-illegalità u min naħa tagħha l-Awtorità baqgħet kompjaċenti u m'għamlet xejn, hijiex konferma ta' kemm l-Awtorità tuża s-saħħa ma' min huwa żgħir iżda tibqa' ċassa biex taġixxi fil-konfront ta' min huwa b'saħħtu, inkluż Dipartimenti tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ fil-fatt jinsab riferut sabiex tittieħed Azzjoni Diretta, u l-MEPA tagħmel dan fil-waqt propens, bħal f’kwalunkwe każ ieħor pendenti għal Azzjoni Diretta. L-iskadenzi legali japplikaw għad-Dipartimenti Pubbliċi daqs u kif japplikaw għal individwi privati.
Intant fit-tħejjija għal din it-tweġiba, l-Awtorità reġgħet żaret is-sit u rriżultalha li filwaqt li l-Avviż ta’ Twettiq 223/05 kien inħareġ fuq pedamenti bla permess, fil-post bħalissa hemm ukoll xi mħażen żgħar u uffiċċji tal-metall u ta’ l-injam, tad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika, u fil-fatt inħareġ Avviż ieħor nru 715/09 fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'użu għandhom it-tliet karozzi, tnejn BMW u oħra Peugeot mitluqin għat-trab fil-bini tal-istamperija tal-Gvern, fil-Marsa? Jista' jindika wkoll liema ministeru jew dipartiment għamel użu minn dawn il-vetturi l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-BMW’s għaddej il-proċess biex dawn il-vetturi jinbiegħu bl-offerti. Il-Peugeot qed tintuża minn Diviżjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-BMW’s kienu jintużaw mis-Segretarji Parlamentari f’dan l-Uffiċċju waqt li l-Peugeot kienet tintuża mill-MEUSAC.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpaniji ġodda li taw bidu għall-attività tagħhom fil-pajjiż fl-aħħar 18-il xahar? Kemm minn dawn huma b'investiment lokali u kemm minnhom huma b'investiment barrani u kemm ġew impjegati ħaddiema f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawn l-aħħar18-il xahar u ċioe mill-1 ta’ Jannar 2008 sa l-aħħar t’Awwissu 2009, irreġistraw 6650 kumpanija ġdida li fosthom kien hemm 2151 b’xi element ta’ shareholding barrani.
(Ara korrezzjoni fil-Papers Laid 2976 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 149 li saret fil-21 ta' Ottubru 2009)
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8622 u jagħti dettalji dwar x'tip ta' pilloli kienu dikjarati out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk hemm, liema minn dawn għadhom out of stock?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8626 u jgħid fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena, kemm kienu l-korsijiet li ġew organizzati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal persuni b'diżabilità? Kemm minn dawk li attendew xi wieħed mill-korsijiet instabilhom impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul l-aħħar ħames snin l-ETC kellha Ftehim ta’ Koperazzjoni mal-Fondazzjoni Eden u mal-Fondazzjoni Richmond sabiex jipprovdu taħrig speċifikament għall- persuni b’diżabilita. F’Novembru 2008 ingħata wkoll taħriġ speċifiku b’kollaborazzjoni mar-Razzett tal-Ħbiberija għall persuni b’diżabilitajiet fiżiċi.
Sena b’sena in-numru ta’ persuni li attendew tali taħriġ kien hekk : 2003/04 - 42 persuna, 2004/05 - 54 persuna, 2005/06 - 40 persuna, 2006/07 - 48, 2007/08 - 100.
Minn dan it-total ta’284 persuni li rċevew taħrig speċifiku għall persuni b’diżabilità, 173 instabilhom impieg, fejn sal-lum (25/05/09), 66 minnhom għadhom jaħdmu.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni li jirreġistraw
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8627 u jgħid jekk huwiex minnu li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ infurmat li minn qed jirreġistra għax-xogħol u li ilhom jagħmlu dan għal aktar minn tnax-il xahar li ma jistgħux jirrifjutaw impjieg anke jekk ikun ta' preferenza li ma jkunux jirreġistra għaliha? Jekk dan ikun il-każ, dan japplika ukoll fejn għandek persuna li meta bdiet tirreġistra, kienet mitluba tniżżel żewġ preferenzi biss jew dan il-prinċipju ser ikun japplika fejn għandek lil dawk li kienu mitluba jniżżlu ħames preferenzi għalilex il-proċedura kienet ġiet aġġornata?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l- Korporazzjoni tħeġġeġ lil min qed ifittex ix-xogħol sabiex jagħżel kemm jista jkun preferenzi ta’ xogħol skond il- ħiliet u l- kwalifiki tiegħu sabiex b’hekk ikollu iktar possibilitajiet ta’ xogħol. Biss, il- Korporazzjoni, kull meta tibgħat għal dawk li qed ifittxu għax- xogħol fuq l-ewwel parti tar- reġistru tinfurmhom ukoll li ħadd minn dawk li qed ifittxu x-xogħol ma jista jkollu inqass minn żewġ preferenzi. Din hija l- prattika tal-Korporazzjoni għal dawn l- aħħar ħames snin.
Informat ukoll li mis-sena l-oħra (2008) persuni li jkunu ilhom jirreġistraw għax-xogħol qed jiġi mgħarfa li jistgħu jiġu mitluba jattendu xogħol jew taħriġ f’oqsma differenti minn dak li wieħed jkun qed jirreġistra. Eżempju ta’ dan huwa meta l-Korporazzjoni kellha numru ta’ talbiet minn għand min iħaddem għall
Room Attendants
u ġew imħarrġa persuni li kienu qed jirreġistraw bħala
cleaners
.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp illegali
Question
ln vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8549, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9238 u jgħid x'żamm u għalfejn s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadhet l-ebda passi fil-konfront tal-iżvilupp illegali li twettaq mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika f 'Kordin , erba' snin ilu, liema żvilupp kien inħariġlu enforcement notice 223/05 fis-sena 2005? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Lulju 2006 kienet irrifjutat l-applikazzjoni li għamel id-dipartiment biex jirregolarizza ruħu wara din it-twissija, iżda s 'issa d-Dipartiment tal-lndafa Pubblika għadu jippersisti f 'din l-illegalità u minn naħa tagħha l-Awtorità baqgħet kompjaċenti u m'għamlet xejn, hijiex konferma ta' kemm il-awtorità tuża s-saħħa ma' minn huwa żgħir iżda tibqa' ċassa biex taġixxi fil-konfront ta' min huwa b'saħħtu, inkluż Dipartimenti tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ fil-fatt jinsab riferut sabiex tittieħed Azzjoni Diretta, u l-MEPA tagħmel dan fil-waqt propens, bħal f'kwalunkwe każ ieħor pendenti għal Azzjoni Diretta. L-iskadenzi legali japplikaw għad-Dipartimenti Pubbliċi daqs u kif japplikaw għal individwi privati.
Intant fit-tħejjija għal din it-tweġiba, l-Awtorità reġgħet żaret is-sit u rriżultalha li filwaqt li l-Avviż ta' Twettiq 223/05 kien inħareġ fuq pedamenti bla permess, fil-post bħalissa hemm ukoll xi mħażen żgħar u uffiċċji tal-metall u ta' l-injam, tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, u fil-fatt inħareġ Avviż ieħor nru 715/09 fil-5 ta' Ġunju 2009.
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-viżitaturi/turisti li saru it-tempji neolitiċi ta' Ħal Tarxien fl-aħħar għaxar snin possibilment sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ viżitaturi/turisti li żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien fl-aħħar għaxar snin hu hekk:
1998 123,410
1999 123,104
2000 125,891
2001 116,197
2002 106,874
2003 106,218
2004 105,928
2005 101,967
2006 105,192
2007 115,512
2008 126,861