Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri s-salarju u/jew onorarja u benefiċċji oħra relatati mal-karigi mitluba fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Ħal Għaxaq — Ta' Landar - Progress

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 4040 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur u nofs minn meta l-Ministru wieġeb li risposta se tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk issa jinsabx f'pozizzjoni li jindika progress fuq din is-sitwazzjoni fiż-żona ta' Landar Ħal Għaxaq li ilha pendenti għal 18-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11379.
Leg 11 PQ #15838 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tat-Teatru u tal-Parlament il-Ġdid

Question

Wara li l-bieraħ fi programm televiżiv ġie kkonfermat li l-parti tat-Teatru fil-proġett propost minn Renzo Piano għad-daħla tal-Belt Valleta se jiġi jiswa mat-€8 miljun, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed ikun maħsub li jiġu jiswew, separatament, il-partijiet l-oħra li jiffurmaw parti minn dan il-proġett propost jiġifieri kemm se jiswa l-bini mill-ġdid tad-daħla u kemm se jiġi jiswa l-bini propost għall-Parlament il-ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15839 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-problema tal-qgħad

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm Malta u Għawdex separatament ħadu l-Fondi mill-Unjoni Ewropea biex il-qasam tax-xogħol jiffaċċja l-problema tal-qgħad? Jekk inġiebu xi fondi, jista' jelenka minn liema programm tal-Unjoni Ewropea dawn inkisbu? Xi proġetti twettqu jew qed jitwettqu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

kiri ta' ambulanzi mingħand sidien privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn qed jiġu użati ambulanzi ta' sidien privati fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' ambulanzi privati li qed ikunu użati fl-Isptar Mater Dei? Kemm qed jitħallas il-kuntratturi privat għal kull ambulanza ta' kull jum? Kif ġie magħżul il-kuntrattur li mingħandu qed jinkrew dawn l-ambulanzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

1. ninsab infurmat li l-ambulanzi ta' sidien privati jiġu użati meta l-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn manutenzjoni jew tiswija. 2. l-ambulanzi privati li qed ikunu użati fl-Isptar Mater Dei ivarja bejn waħda jew tnejn kuljum, skont il bżonn 3. Il-kuntrattur privat preżenti qed jitħallas €135.70 kuljum għal kull ambulanza. 4. il-kuntrattur preżenti ġie magħżul wara sejħa miftuħa għall-offerti skont il-contracts financial regulations tal-gvern.
Leg 11 PQ #15841 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-Community Works

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15504, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm-il darba, persuna li tkun qed tirreġistra, tista' tiġi magħżula biex taħdem fl-iskema tal-Community Works, jiġifieri, wara l-ewwel terminu ta' 780 siegħa tista' tingħata terminu ieħor? Wara li jispiċċa dan it-tieni terminu, tista' tingħata terminu ieħor jew le? Kemm ilha titħaddem din l-iskema, kien hemm persuni li waqt li kienu qed jaħdmu skont kif stipulat minn din l-iskema, sabu mpjieg? Jekk iva, kemm kienu dawk li sabu mpjieg u allura waqqfu milli jkomplu bil-Community Work u waqqfu ukoll milli jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-rigward tal-parteċipanti fl-iskema, ma hemm xejn li jindika kemm persuna li tkun eliġibbli tista tiġi magħżula biex tipparteċipa. Fil-fatt l-ewwel mitt persuna li kienu qed jipparteċipaw fl-ewwel sitt xhur, meta l-iskema kienet waħda pilota, se jerġgħu jiġu magħżula biex jagħmlu terminu ieħor ta’ sitt xhur. Dan jiġi determinat u hu marbut mat-talbiet li jagħmlulna l-entitajiet li qed jagħmlu użu mill-iskema, fis-sens jekk jikkonfermawx jew le li jridu li dawn il-persuni ikomplu magħhom. Fil-fatt it-tletin parteċipant minn Għawdex li kienu assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin reġgħu bdew it-tieni terminu tagħhom ħafna minnhom mal-istess Kunsill li kienu tul l-ewwel sitt xhur. Dan juri s-sodisfazzjon li ħafna mill-Kunsilli sabu fil-ħidma mwettqa mill-parteċipanti assenjati lilhom tul l-ewwel sitt xhur. Tul l-ewwel sitt xhur tal-iskema – iva – kien hemm 9 persuni li jew ma aċċettawx mill-ewwel li jipparteċipaw fl-iskema għax qalu li sabu mpjieg kif appena infurmajnihom li se jibdew fl-iskema jew għamlu dan ftit wara li daħlu fl-iskema. Ma’ dan kien hemm 16 il-persuna oħra li ma aċċettawx li jmorru fl-iskema allura ġew maqtugħa mir-reġistru tal-qgħad. 9 persuni oħra ġabu ċertifikat mediku li jimpedihom milli jaħdmu allura ma jistgħux jirreġistraw proprju għax ma jistgħux jaħdmu. Dawn ġew referuti għall-bord li hamm apposta biex jara l-każ tagħhom individwalment. Kemm il-darba il-bord imsemmi ma jilqax it-talba tagħhom dawn jerġgħu jibdew jirreġistraw u allura jiġu mill-ewwel eliġibbli għall-iskema.

studenti li lestew il-kors ta' careworkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm fl-aħħar sentejn kien hemm studenti li temmew b'suċċess il-kors ta' care workers? Kemm minn dawn ġew offruti impjieg?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Primarja ta' Raħal Ġdid

Question

Tista' l-Ministru tara li fl-Iskola Primarja ta' Raħal Ġdid, meta tkun ġurnata xita bħalma kienet fit-8 ta' Marzu 2010, jipprevali s-sens komun u t-tfal jitħallew jidħlu l-iskola qabel il-ħin tat-tmienja u nofs minflok jitħallew jistennew barra mal-ġenituri fix-xita sakemm isir il-ħin normali tad-dħul?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca informa l-Kap tal-Iskola Primarja A ta’ Raħal Ġdid biex meta tkun ġurnata xita t-tfal jitħallew jidħlu l-iskola qabel il-ħin tat-tmienja u nofs minflok jitħallew jistennew barra.

Refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlas lura (refunds) li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu jagħti matul din is-sena? Kemm huma l-individwi li għandhom jieħdu refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Hemm xi problema li minħabba fiha jista' jkun hemm xi dewmien fil-ħlas ta' dawn ir-refunds?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ ħlas lura (refunds) li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu jagħti jammonta għal €27,425,435. In-numru ta’ individwi li għandhom jieħdu refund mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu ta’ 18,771. Id-dewmien fil-ħlas ta’ dawn ir-refunds kien minħabba l-backlog li kien iġġenerat waqt li d-Dipartiment kien qiegħed iffokat fuq l-iskema dwar tnaqqis ta’ multi u mgħax li għalqet fi Frar.
Leg 11 PQ #15504 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kundizzjonijiet tax-xogħol fl-iskema tal-Community Works

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li qed jiġu applikati fil-konfront ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u li qed ikunu utilizzati f'ħidmiet fil-kunsilli lokali bħala parti mill-iskema tal-Community Works? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa jkollhom jaħdmu dawn il-persuni? Kemm jitħallsu għal kull siegħa? Għandhom dritt ta' leave jew sick-leave? Jekk m'għandhomx dritt għal dawn il-ġranet, x'jiġri fil-każ ta' meta persuna tkun ma tiflaħx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din l-iskema ġiet imħabbra fil-baġit, allura hi miżura tal-Gvern mhux ta’ l-ETC. L-ETC daħlet f’din l-iskema għax naturalment il-parteċipanti huma klijenti tagħha bħala persuni li qed jirreġistraw. Eleġibbli huma dawk il-persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal ħames snin u aktar u li jkunu qed jirċievu l-benefiċċju tal-qagħad. Dawk magħżula jagħmlu 30 siegħa ħidma fil-ġimgħa ma' entità li magħha jkunu ġew assenjati għal perjodu ta` mhux anqas minn sitt xhur kull darba li jiġu magħżula biex ikunu fl-iskema. Dan hu ekwivalenti għal 780 siegħa. Ta' dan qed isir ħlas addizzjonali li meta miżjud mal-benefiċċju tal-qagħad li diġà qed jirċievu jiġi ekwivalenti għal 75% tal-paga minima nazzjonali kif kien ġie mħabbar fil-baġit. Billi dawn mhux impjegati, fil-fatt ma jħallsux il-kontribuzzjoni Nazzjonali, il-bolla, ma humiex intitolati għal- leave biss meta jkunu jew morda jew ikollhom xi ħtiġijiet tal-ħajja bħal appuntamenti l-isptar, jew qrati, safar minħabba mard, mewt jew twelid fil-familja u ċirkostanzi oħra ġustifikati jinfurmaw lil entità li magħha jkunu assenjati u jippreżentaw evidenza li tkun turi dan. F`kull każ iż-żmien li jkunu assenti jridu xorta jagħmluh ħidma wara u dan biex ma jkunx hemm preċedenti fis-sens li parteċipant jagħmel 780 siegħa u ieħor jagħmel siegħa anqas. M'hemmx limitu kemm persuna tirraporta li ma tistax tattendi għall-ħidma, l-importanti li kemm persuna tkun assenti trid tagħmel tajjeb għalih meta ċ-ċirkostanzi jippermettulha tagħmel dan.

Bini ta' struttura fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proġett li qed jikkontempla l-bini ta' struttura li tgħaqqad Triq Diċembru 13 fil-Marsa mal-inħawi tal-Valletta Waterfront? Dan se jwassal għal bini ta' xi fly-over jew tħaffir ta' xi mina? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tekniċi ta' tali proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dħul ta' flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2009? Kemm minn dawn tqassmu matul l-2009? Jista' jagħti lista ta' min ibbenefika minn dan il-fond matul l-2009? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw f'kull każ separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex għall-ewwel parti tad-domanda jagħmel referenza għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14355. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferik ukoll għar-rapport annwali li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar id-9 ta’ Frar 2010.

Skejjel tal-Istat — problema ta' dyslexia

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa kkalkolat li hemm tfal li għandhom problema ta' dyslexia fl-iskejjel tal-istat? Kemm hemm talbiet pendenti sabiet tingħata għajnuna lil dawn it-tfal? Kemm hemm impjegati mħarrġa apposta li qed jassistu lil dawn it-tfal? X'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar dan is-suġġett partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Huwa kkalkulat li hemm madwar 1,285 student/a li għandhom il-problema tad-dyslexia fl-iskejjel tal-Istat. Hemm madwar 430 talba pendenti biex tingħata xi tip ta’ għajnuna. Bħalissa hemm seba’ (7) għalliema li qegħdin jagħtu għajnuna lil dawn it-tfal. Il-Gvern qed jippjana li jerġa’ jinfetaħ il-kors tal-Universita’ sabiex dawk l-għalliema interessati jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f’dan il-qasam.
Leg 11 PQ #14971 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kuntratti dwar separazzjoni bonarja reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati każi ta' kuntratti dwar separazzjoni bonarja fl-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm hemm każi dwar separazzjoni pendenti quddiem il-qorti tal-ġustizzja? Kemm kienu reġistrati każijiet għal separazzjoni sena b'sena fl-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Familja hija kif ġej:- Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux kull kuntratt ta' separazzjoni approvat jiġi reġistrat mill-ewwel u għalhekk ikun hemm diskrepanzi bejn l-istatistika tal-Qorti tal-Familja u tar-Reġistru Pubbliku.

Testijiet għal liċenzja ta' driving instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) X'inhi r-raġuni li minħabba fiha ilhom bosta xhur ma jsiru testijiet biex individwi jingħataw il-liċenzja ta' driving instructors ? b) Jista' jindika kif u meta din is-sitwazzjoni ser tiġi rimedjata? ċ) Kemm hemm persuni li applikaw u għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-eżami għal-liċenzja msemmija hawn fuq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex wieħed jingħata liċenzja ta’ instructor irid jagħmel tliet testijiet konsekuttivi jiġifieri wieħed tat-teorija, imbagħad test prattiku fis-sewqan u imbagħad test ta' abbilità ta’ instructor. Jien infurmat li fil-verità m’hemmx dewmien sabiex wieħed jitla’ għall-ewwel test u appuntamenti għal dan il-għan b’mod regolari jingħataw tliet ġimgħat wara li tiddaħħal applikazzjoni. Jekk applikant ma jattendix għal xi test minnhom jew inkella ma jgħaddix allura imbagħad fi żmien tlett ġimgħat jingħata appuntament ieħor minflok li jintalab jerġa japplika. Minħabba f’hekk sabiex wieħed jikkalkula t-tul ta’ żmien li applikant ikun ilu jistenna m’għandhiex tittieħed d-data ta’ l-ewwel applikazjoni iżda l-aħħar data li fiha l-applikant ikun m’attendiex jew inkella li fiha ma jkunx għadda mit-test. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-pożizzjoni ta’ dawk li kienu applikaw sal-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.

Kunsill Lokali Raħal Ġdid — Triq Joseph Stivala - One Way

Question

Wara li bosta ġimgħat ilu, l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, fuq talba tar-residenti ta' Triq Joseph Stivala, kien ressaq talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex l-imsemmija triq issir one-way, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi indirizzata? Jekk dan diġà qed isir, jista' jgħid x'għamlet s'issa l-Awtorità dwar it-Trasport fuq din it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

SR Technik — hanger ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jkunu qed joperaw il-ħidma tagħhom l-SR Technik sakemm jinbena l-hanger il-ġdid għal użu tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise qegħdin f’negozjati ma’ l-SR Technics (SRT) fuq il-post temporanju li minnu l-SRT ħa jibdew l-operat tagħhom f’Malta. Hemm numru ta’ postijiet mad-dawra ta’ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta li ġew ikkunsidrati. In-negozjati issa waslu fi stadju avvanzat, u huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin, il-post ikun identifikat.

Awtorità dwar it-Trasport — zebra crossing f'Triq Palma Raħal Ġdid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8547 li ngħatat f'Mejju tas-sena li għaddiet rigward sistemi ta' dwal ħdejn zebra crossing li hemm f'nofs Triq Palma f'Raħal Ġdid, u peress li minkejja li l-Ministru dakinhar kien wieġeb li l-Awtorità dwar it-Trasport għaddejja bil-proċeduri neċessarji biex jiġi stallat id-dawl u s'issa għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità dwar it-Trasport milli tistalla dan id-dawl qabel iseħħ xi inċidenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta lestiet l-applikazzjonijiet meħtieġa, u se ssir applikazzjoni ma’ l-Enemalta biex tkun tista’ tinxtegħel din iż-zebra crossing.

Marsa — problema tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10999 li ngħatat f'Ottubru li għadda, u peress li l-problema tad-drenaġġ f'din it-triq fil-Marsa kompliet tippersisti u reġa' kien hemm żbroff ieħor fl-aħħar jiem, jista' l-Ministru, mingħajr ma jwaħħal fir-residenti, jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex titkabbar il-pumping station tal-Marsa li kien indikat bħala soluzzjoni għal din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Pumping Station tal-Marsa mistennija tkun lesta sa l-aħħar ta' Ġunju 2010.