Jista' l-Ministru jindika jekk xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu ssellfitx xi flus f’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li jindika wkoll jekk hemmx pjan li jissellef aktar flus f’dawn it-tliet snin li ġejjin? Jista’ jagħti dettalji dwar l-ammont tas-self, is-sena meta sar is-self kif ukoll ir-raġuni tas-self? Għal kull każ, jista' l-Ministru jindika jekk il-Ministeru tal-Finanzi hux infurmat u approvax l-ammont tas-self?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta’ proġetti li huma/ġew finanzjati mill-Unjoni Ewropea mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull proġett, jista' l-Ministru:
i) jgħid kemm hu l-valur tal-proġett u x’persentaġġ minnu huwa finanzjat mill-Unjoni Ewropea;
ii) jindika d-dekasteru li se jutilizza l-proġett (il-klijent), filwaqt li jindika l-persuna/i li jirraprezentaw il-klijent;
iii) jindika f’liema stadju jinsab il-proġett; u
iv) jekk il-proġett ġie magħluq, jista’ jindika jekk hemmx xi spejjeż rikorrenti fl-użu tal-proġett (eż.
maintenance agreements
)? Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-valur tal-ispejjeż u kemm diġà tħallsu, sena b’sena?
Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan ta’ aktar żvilupp f’dawn it-tliet snin li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni inkluż l-ispiża li qed tiġi stmata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-policy dwar il-camping f’pajjiżna? Hemm xi restrizzjonijiet biex wieħed imur camping f’pajjiżna, fis-sens, hemm xi postijiet fejn ma jistax isir camping? Jekk fl-affermattiv, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn din il-projbizzjoni? Fejn huwa permess li jsir camping?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti fuq l-attivita' tal-camping f'pajjiżna ivarjaw minn sit għal sit minħabba li din l-attivata' hija suġġett għal regolamenti, awtorizzazzjonijiet jew provisjonijiet speċifiċi għas-sit. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2056 u Mistoqsija Parlamentari Numru 9935 li tirreferi ukoll għal tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant u ninfurmah li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434 ġiet aġġornata. Minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġew approvati erba' (4) applikazzjonijiet għal caravan / camping sites; tlieta (3) fil-Mellieħa u waħda (1) f’Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar). Filwaqt li tlett (3) applikazzjonijiet għadhom pendenti; tnejn (2) minn dawn huma proposti fil-lokalita` tal-Mellieħa u waħda (1) Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li nħareġ it-tender tat-trasport tal-mediċini lis-spiżerija tal-Iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek? Qegħdin jiġu osservati r-regoli kollha tas-sigurtà u stabbiltà tal-mediċini f'dan it-tender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tender ġie ippublikat f’Marzu 2010 u l-kunratt ingħata f’April 2011. Ir-regoli kollha tas-sigurtà u stabbiltà tal-mediċini qegħdin jiġu osservati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jiswew il-mediċini li reġgħu nġabru lura mill-ispiżeriji ta' Għawdex f'Ġunju 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f'Ġunju 2012 il-valur tal-mediċini li nġabru lura mill l-ispiżeriji ta' Għawdex huwa hekk:
[a] €893.32 - valur ta’ mediċina skaduta jew damaged bejn Diċembru 2011 – Ġunju 2012
[b] €439.72 - valur ta’ mediċna biex tiġi redistribwita fi spiżeriji oħra
[c] €29,502.89 - valur ta’ mediċina li nġiebet lura għaliex kien hemm dubju serju dwar jekk l-ambjent fil-parti fejn kienet qed tinġarr il-mediċina mill-kuntrattur kienx tali li seta’ jaffettwa fin-negattiv l-integrita’ tal-medinċi li kienet qed tinġarr dak inhar, jiġifieri fl-4 ta’ Ġunju 2012. Din id-deċizzjoni ittieħed b’responsabilita’ sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-pazjent.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 35789 u tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Xi informazzjoni mitluba bejn Ottubru 2011 u Ġunju 2012 diġa’ ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 34367.
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba se tieħu ż-żmien minħabba x-xogħol li hemm bżonn għat-tweġiba u għalhekk din se tingħata f’xi Seduta oħra.
Ħaddiema fix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-Parlament il-Ġdid, Bieb il-Belt u Teatru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35838 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35595, jista' l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali u cioè kemm mill-403 persuna li qed jaħdmu fil-proġett tal-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt u t-teatru huma Maltin u kemm huma ta' nazzjonalità barranija? Kemm mill-ħaddiema ta' nazzjonalità barranija huma ċittadini ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li waslet biex persuni bid-dijabete li għandhom bżonn l-insulina, u li kienu intitolati għas-siringi issa qed jingħataw nofs l-ammont li kienu intitolati għalihom bir-riżultat li qed jiġu mġiegħla jużaw l-istess siringa għal erba' darbiet biex iwasslu għal meta jkun jerġa' jmisshom jieħdu siringi oħrajn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża.
Il-pazjenti dijabetiċi li japplikaw skond l-emendi tas-Skeda V fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) u li parti mit-trattament tad-dijabete jikkonsisti minn insulina ser ikunu intitolati għal tletin siringa ta’ l-insulina fix-xahar minflok għaxra fix-xahar.
F'każ li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tkunx trid toħroġ compliance certificate għal post li jkun ilu mibni snin u li jkun inxtara minn persuni privati mingħand persuna oħra snin ilu, u li minkejja li dawn iridu jbiegħu mill-ġdid mhux jitħallew jagħmlu dan minħabba xi kontravenzjoni mal-policies pereżenti, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju jista' jingħata biex dawn il-persuni ma jispiċċawx ma jistgħux jbiegħu il-post tagħhom? X'jistgħu jagħmlu dawn in-nies jekk in-nuqqas fl-istruttura tal-proprjetà tagħhom ma jkunx jista' jiġi rranġat għaliex fuqhom hemm tliet sulari t'appartamenti oħra mibnija?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2010, jipprovdi rimedju għal ċirkostanzi msemmija mill-Onor. Interpellant għal ċertu tipi ta' żvilupp. Dan huwa aspett li ddaħħal fil-liġi permezz tar-revizjonijiet li ġew attwati mill-Parlament fl-Att imsemmi. Fil-fatt Artikolu 92(2) jipprovdi illi jkun jista' jinħareġ Ċertifikat għall-provvista ta' servizzi għat-tip ta' żvilupp elenkati fil-Kategorija B tat-Tmien Skeda tal-Att. Ftit ta' ġimgħat ilu il-Gvern ressaq proposta quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp sabiex numru ta' irregolaritajiet marbuta tal-Liġi Sanitarji jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-kategorija B tat-Tmien Skeda, liema proposta ġiet aċċettata mill-istess Kumitat. Bħalissa qiegħed jitlesta l-Avviż Legali sabiex din l-Iskeda tkun tista tiġi emendata u ddaħħal dawn il-provvedimenti fis-seħħ. Illi wieħed pero jirrileva illi dan kollu qiegħed isir mingħajr pregudizzju għal kull dritt legali spettanti lill-istess sidien attwali kontra minn bejgħ l-istess proprjeta lis-sidien attwali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm dropouts mill-MCAST bejn l-2000 u din is-sena, sena b’sena? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont il-livelli li fihom waqfu mill-kors l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li kienu Form 5, bejn is-sena 2000 u din is-sena, fl-iskejjel sekondarji tal-gvern, tal-knisja u indipendenti, li m'għamlux O'levels? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) kemm persuni ġew imħarrka b'sewqan bi
speed
eċċessiv bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali;
b) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu b'periklu għal sewwieqa oħra bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali; u
ċ) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu taht l-effett tal-alkohol bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Ħaddiema fix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-Parlament il-Ġdid, Bieb il-Belt u Teatru
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35595, jista' l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali u cioè kemm mill-403 persuna li qed jaħdmu fil-proġett tal-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt u t-teatru huma Maltin u kemm huma ta' nazzjonalità barranija? Kemm mill-ħaddiema ta' nazzjonalità barranija huma ċittadini ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tnaqqistal-vot fil-Budget 2012
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33131.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il ittra ta’ twissija dwar sospensjoni tas-servizz inħarġet mill-ARMS Ltd., fl-ewwel erba’ xhur tas-sena fuq kontijiet domestiċi u fuq kontijiet kummerċjali separatament? Jista' jindika kemm minn dawn it-twissijiet ġew esegwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, l-ARMS ħarġet 1,331 ittra ta’ twissija finali għal sospensjoni ta’ servizz fuq kontijiet domestiċi, u 398 fuq kontijiet kummerċjali. Minn dawn, kien hemm 1,128 kont domestiku u 280 kont kummerċjali li rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom jew daħlu f’arranġament għal ħlas mal-istess ARMS.
Jista’ l-Ministru jindika liema uffiċċju legali qed jagħmel ix-xogħol relatat mal-aspetti legali għall-kumpanija ARMS Ltd? Kif ġie magħżul dan l-uffiċċju legali u kemm qed jitħallas għal dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-uffiċji legali li qed jgħamlu xogħlijiet relatati ma ittri legali li jintbgħatu lill-konsumaturi, għal-kumpanija ARMS Ltd., huma:
· Aequitas Legal
· Dr. Anna Mallia
· Mifsud & Mifsud Advocates
· Rutter Giappone & Associates
Dawn l-entitajiet ġew mgħażula permezz ta’ proċess ta’
tendering
pubbliku li ġie mgħoti fil-bidu ta’ din is-sena. Ir-rati li bihom jitħallsu, huma skond ir-rati stipulati fit-tender. Kwalunkwe spejjeż oħra legali huma konformi mat-taxxa tal-qorti.
Fejn jidħlu konsulenzi xogħolijiet oħra simili u f’ċerti każi ta’ azzjoni għal ġbir ta’ djun, jintuża l-uffiċju legali ta’
Camilleri Preziosi Advocates
. Dawn jiġu mqabbda skond l-eżiġenzi ta’ dawn ix-xogħolijiet b’
direct order
.
Jista’ l-Ministru jindika kemm qed ikollhom complaints ta’ kuljum il-kumpanija ARMS Ltd relatati ma' nuqqas ta' qbil fuq il-kontijiet mibgħuta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ kuntatti li jkollha l-ARMS min-naħa tal-konsumaturi, dwar nuqqas ta’ qbil fuq kontijiet, huwa hekk kif ġej:
Medja ta’ 120 kuntatt kuljum fil-
Front Office Customer Care
.
Medja ta’ 149-il kuntatt kuljum fil-
Call Centre
.
Din l-istatisktika hija bbażata fuq il-
working days
tax-xahar ta’ April. Ta’ min jgħid illi l-maġġoranza ta’ dawn il-kuntatti jiġu riżolti bi spjega u / jew bil-mili ta’ formoli mill-klijent sabiex jaġġusta d-dettalji relattivi tal-kont tiegħu.