Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna li isimha ntbagħat separatament, mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn l-2004 u l-2009.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali Raħal Ġdid — Triq Joseph Stivala - One Way
Question
Peress li wara li bosta ġimgħat ilu, l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, fuq talba tar-residenti ta' Triq Joseph Stivala, kien ressaq talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex l-imsemmija triq issir one-way, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi indirizzata? Jekk din diġà qed issir, jista' jgħid x'għamlet s'issa l-Awtorità dwar it-Trasport fuq din it-talba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta talbet lill-kunsill lokali konċernat għal iktar informazzjoni sabiex tkun tista’ tikkunsidra l-applikazzjoni in kwistjoni f'aktar dettal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters s'issa? Is-sistema qiegħda taħdem? Jekk fl-affermattiv, kemm minnhom qed jinqraw skont kif kien maħsub oriġinarjament? Għaliex il-PROB tal-ilma m'għadhomx jitwaħħlu mal-meter tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex għall-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16515. Għar-rigward tad–dawl, l-evalwazzjoni tal-proġett pilota mistennija tkun lesta għall-aħħar ta’ Mejju.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li l-IBM (
International Business Machines
) kienet qed tagħmel il-proġett pilota ġew ippruvati teknoloġiji differenti biex jiġi assigurat li s-soluzzjoni tkun l-aktar vatanġġjuża għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Waqt dan il-proċess ġiet identifikata sistema ġdida. Din ġiet magħżula filwaqt li l-prezz ma nbidilx. Għaldaqstant il-
probes
ta’ l-Ilma ġew imwaqqfin sakemm issir it-transizzjoni. Hu ppjanat li l-
modules
jibdew jitwaħħlu fil-futur qarib.
ARMS Ltd — trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jispjega b'liema setgħa legali, l-ARMS Ltd, imponiet ħlas ta' €466 għal dawk li jitolbu biex jagħmlu trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma fuq isimhom, mhux b'konsegwenza ta' kiri, iżda b'kosegwenza ta' mewt? Huwa minnu li armla li tibqa' tgħix fl-istess dar, u li titlob li l-meter idur fuq isimha wara l-mewt tar-raġel, qed tintalab dan il-ħlas? Huwa minnu li l-ħlas qed jintalab anki lil ulied li l-ġenituri tagħhom imutu u huma jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu fl-istess dar fejn dejjem għexu mal-ġenituri tagħhom? Tista' tgħidli kemm kien hemm każijiet bħal dawn minn meta l-ARMS Ltd daħħlet din il-miżura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant, li fuq il-kwistjoni tal-garanzija ta’ €466 li qed tiġi mitluba bħala pagament f’każ ta’ trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma, l-ARMS Ltd. timxi fuq il-proċeduri diġà eżistenti tal-Korporazzjonijiet.
F’din il-proċedura, il-ħlas tal-garanzija ta’ €466 tiġi mitluba biss f’każ li l-post li fih jinsab l-
meter
, ikun bil-kirja. Fl-ebda ċirkustanza meta l-post ikun tas-sid u mhux bil-kirja, ma tintalab xi forma ta ħlas. S’issa, ma ġew irrapurtati ebda każijiet simili mal-uffiċini tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters s'issa? Is-sistema qiegħda taħdem? Jekk fl-affermattiv, kemm minnhom qed jinqraw skont kif kien maħsub oriġinarjament? Għaliex il-PROB tal-ilma m'għadhomx jitwaħħlu mal-meter tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fuq il-pjanti u l-pjanijiet oriġinali approvati għal-estensjoni tal-impjant għat-trattament tad-drenaġġ li jinsab ix-Xgħajra?
Peress li t-tibdil seta' sar wara li kien ingħata l-kuntratt biex jibda x-xogħol, kien hemm xi tibdil fil-parti finanzjarja ta' dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf it-tibdil fil-pjanti ta’ l-impjant ma kenux ta’ natura funzjonali iżda intervenzjonijiet għall-ameljoramenti estetiċi li kienu ġew proposti mill-kuntrattur qabel meta ġie iffirmat il-kuntratt. Għaldaqstant dawn it-tibdiliet ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu proprjetà l-gvern fil-Belt Valletta li fil-preżent tinsab vojta jew magħluqa?
Kemm minn din il-proprjetà tista' tiġi użata għal skop residenzjali u għal skop kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
ARMS Ltd — trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jispjega b'liema setgħa legali, l-ARMS Ltd, imponiet ħlas ta' €466 għal dawk li jitolbu biex jagħmlu trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma fuq isimhom, mhux b'konsegwenza ta' kiri, iżda b'kosegwenza ta' mewt? Huwa minnu li armla li tibqa' tgħix fl-istess dar, u li titlob li l-meter idur fuq isimha wara l-mewt tar-raġel, qed tintalab dan il-ħlas? Huwa minnu li l-ħlas qed jintalab anki lil ulied li l-ġenituri tagħhom imutu u huma jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu fl-istess dar fejn dejjem għexu mal-ġenituri tagħhom? Tista' tgħidli kemm kien hemm każijiet bħal dawn minn meta l-ARMS Ltd daħħlet din il-miżura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15838, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ma jistax jagħti indikazzjoni tal-istima għal kull parti u fażi tal-proġett ta' Bieb il-Belt li fuqha l-istess gvern approva l-proġett, meta fuq stazzjon televiżiv perit żvela li l-parti tat-Teatru se tiġi tiswa madwar €8 miljun?
B'referenza għall-istess mistoqsija, jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien opportun biex jagħti d-dettalji tal-istima għal kull parti u fażi tal-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-raġuni hi dik indikata fl-aħħar sentenza tar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15838.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u min ħallas l-ispejjeż għall-vjaġġ li l-Prim Ministru u delegazzjoni sħiħa għamlu ftit tal-ġimgħat ilu fil-Golf?
Minn fejn ġie mikri l-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Kemm tħallas għall-kiri tal-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Tista’ tingħata l-lista sħiħa ta’ dawk kollha li kienu fuq dan l-ajruplan f’dan il-vjaġġ kollu u f'isem liema entità u kapaċità kienu jiffurmaw parti minn din id-delegazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Wara li fis-16 ta' Marzu fi programm televiżiv ġie kkonfermat li l-parti tat-Teatru fil-proġett propost minn Renzo Piano għad-daħla tal-Belt Valleta se jiġi jiswa mat-€8 miljun, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed ikun maħsub li jiġu jiswew, separatament, il-partijiet l-oħra li jiffurmaw parti minn dan il-proġett propost jiġifieri kemm se jiswa l-bini mill-ġdid tad-daħla u kemm se jiġi jiswa l-bini propost għall-Parlament il-ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra li ċ-ċifra li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi għal kollox żbaljata. Il-baġitt kumplessiv tal-proġett li jinkludi x-xogħolijiet fuq is-sit tat-teatru l-imwaqqa’, il-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt, il-pont ta’ quddiemu u l-landscaping tal-foss hu ta’ madwar €80 miljun. L-istimi dettaljati tal-partijiet differenti tal-proġett jingħataw fi żmien opportun minħabba li għadu għaddej il-proċess ta’ xiri pubbliku għax-xogħolijiet relattivi.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — uffiċċju fil-Belt
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16417, jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija oriġinali li baqgħet mhux imwieġba u jgħid jekk jaħsibx li huwa ġust li kulħadd qed jiġi mġiegħel jitla' Ħal Luqa b'inkonvenjet kbir għal bosta, b'mod partikolari għall-anzjani u nies li m'għandhomx trasport? Peress li fit-tweġiba li l-Ministru irreferieni għall-mistoqsija parlamentari 16378, x'qed iġiegħel lill-Ministeru tiegħu jieħu daqshekk fit-tul biex isib post ieħor fil-Belt biex iservi ta' uffiċċju għall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jaqdi bl-aħjar mod lill-konsumaturi wara li ngħalaq l-uffiċċju li kien hemm fil-Belt?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16038, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux qed nifhem sewwa li l-gvern u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jagħtu aktar saħħa lil ċirkolari milli l-avviż legali maħruġ biex iħabbar id-dħul fis-seħħ tal-liġi kif emendata minn dan il-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li jista’ jkun li xi memo mid-Dipartiment ħarġet xi żmien qabel ma daħlet fis-seħħ il-liġi permezz tal-Avviż Legali. Jiena nfurmat ukoll li ma hemm xejn fil-memos li ma huwiex fi qbil mal-provvedimenti tal-liġi.
Peress li l-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni indika li m'hemmx ħsieb li Transport Malta jkollha xi forma ta' trasport mill-Isptar Boffa sal-venda ta' Putirjal, l-aktar għal dawk li jkunu marru l-Isptar Boffa għal kura, huwa possibbli li l-Ministeru tas-Saħħa jorganizza xi forma ta' trasport simili hu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex proċedura normali li l-isptar jipprovdi trasport għall-pazjenti sakemm ma jkunx każ ta’ emerġenza. Iżda ta’ min jinnota li l-Hospice Movement jgħin f’każijiet fejn pazjenti jkollhom diffikulta fit-trasport sabiex jattendu fid-Dipartiment tal-Onkoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħatarx il-kap eżekuttiv tal-kumpanija ARMS u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min huwa? X'pakkett finanzjarju qed iġġorr magħha din il-kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-post għall-Kap Eżukittiv tal-Kumpanija ARMS Ltd għadu ma nteliex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjegati li qed jagħmlu xogħol fl-ARMS Ltd, għadhomx impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew jekk ġewx trasferiti mal-istess ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati li qed jagħmlu xogħol fl-ARMS Ltd għadhom impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16421, jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija oriġinali li baqgħet mhux imwieġba u jgħid il-persuna ta' nazzjonalità Franciża li ġiet impjegata mal-Malta Enterprise x'esperjenza kellha fil-qasam tal-investimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise tħares lejn il-kwalitajiet u l-ħiliet ta’ persuna u mhux neċessarjament l-esperjenza f’dan il-qasam. L-istrateġija tal-Malta Enterprise hija li timpjega persuni bil-kwalitajiet u l-ħiliet neċessarji għal dan il-qasam u tfassal programm ta’ taħriġ speċjalizzat dwar l-investiment barrani u l-kummerċ. Din l-istrateġija ser tapplika għal dawk kollha li qed jiġu mpjegati bħala Regional Leaders hekk kif speċifikat fis-sejħa pubblika.
flus dovuti mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kunsilli lokali ngħataw ordni biex javżaw lill-awdituri tagħhom iqisu l-flus dovuti lilhom mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala written-off? Kemm huma l-ammonti dovuti lill-kunsilli lokali minn dawn l-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-awdituri tal-Gvern Lokali li jagħmlu l-udituri fuq il-kotba tal-accounts tal-Kunsilli Lokali huma ditti professjonisti illi huma ggwidati minn regolamenti u proċeduri internazzjonali ta’ accounting u awditjar. Għaldaqstant mhux il-każ li Kunsill jagħti struzzjonijiet lill-uditur tiegħu x’iqies bħala written off jew le.
Dwar kemm huma l-ammonti dovuti lill-Kunsill Lokali mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Liċenzji mħallsa fl-għases tal-pulizija għal amusement machines
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' liċenzji li qed jitħallas il-permess għalihom fl-għases tal-pulizija in konnessjoni ma' amusement machines jew kaxxi tal-logħob ta' tip ieħor?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk maħruġa skont ir-Regolamenti Dwar ir-Restrizzjoni tal-Użu ta' Makni tad-Divertiment (L.S. 10.36).